BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV DWAR 
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET ġ L.S.458.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.07
REGOLI TAL-BORD KONSULTATTIV 
U EŻEKUTTIV DWAR IL-PROĊEDURA
BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET
18 ta’ Diċembru, 1959
L-AVVIŻ LEGALI 86 ta’ l-1959, kif emendat: bl-Avviż Legali 90 ta’ l-
1968 u bl-Att XLIX ta’ l-1981.
Titolu.
u Eżekuttiv dwar il-Proċedura biex jitħassru l-Ismijiet.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 90 ta’ l-1968.
2. F’dawn ir-regoli -
"akkuża" tfisser akkuża speċifikata f’avviż ta’ inkjesta;
Kap. 464.
"avviż ta’ inkjesta" hi kif imfissra fir-regola 5(1);
"awżiljarju mediku" tfisser fiżjoterapista, kiropodista, dietitian,
tekniku tal-laboratorju mediku, occupational therapist, radjografu,
remedial gymnast, speech therapist, masseur u masseuse reġistrati
skond l-Att, u riferenzi għall-awżiljarju mediku dwar kull kwerela
jew rapport jew kull proċeduri, għandhom jiftehmu bħala riferenzi
għall-awżiljarju mediku li kontra tiegħu tintbgħat kwerela jew
rapport lill-Bord;
Kap. 94.
"Bord" tfisser il-Bord Konsultattiv u Eżekuttiv imwaqqaf bl-
Ordinanza dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa;
"Chairman" tfisser iċ-Chairman tal-Bord Konsultattiv u
Eżekuttiv u tinkludi, fil-każ ta’ assenza taċ-Chairman minn laqgħa
tal-Bord, iċ-Chairman ta’ dik il-laqgħa;
"membru tal-professjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-
professjoni medika" tfisser qabla, infermier reġistrat jew infermier
iskritt fl-elenku, li jkun reġistrat jew iskritt fl-elenku, skond il-każ,
skond l-Att, u riferenzi għal membru tal-professjonijiet li
għandhom x’jaqsmu mal-professjoni medika, dwar kull kwerela
jew rapport jew kull proċeduri, għandhom jiftehmu bħala riferenzi
għall-membru tal-professjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-
professjoni medika li kontra tiegħu tintbgħat kwerela jew rapport
lill-Bord;
"reġistru xieraq" tfisser ir-reġistru xieraq għall-finijiet ta’ l-Att;
Kap. 94.
"segretarju" tfisser is-segretarju tal-Bord Konsultattiv u
Eżekuttiv maħtur skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24(4) ta’
l-Ordinanza dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa.
Ordnijiet skond l-
Att.
3. Ebda ordni ma għandu jingħata skond l-Att ħlief minħabba
xi inkjesta skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli dwar l-
akkuża jew l-akkużi formulati f’avviż ta’ inkjesta notifikat skond l-
imsemmija disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli lill-persuna li kontra
tagħha l-akkuża tkun saret.
2 L.S.458.07 ħ
BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV DWAR 
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET
Kwereli u rapporti.
Emendat:
XLIX.1981.4.
Kap. 9.
4.  (1)  Meta -
(a) kwerela bil-miktub illi membru tal-professjonijiet li
għandhom x’jaqsmu mal-professjoni medika jew
awżiljarju mediku ikun ġie dikjarat ħati minn xi qorti
f’dawn il-Gżejjer ta’ xi delitt punibbli bil-piena ta’
priġunerija għal xi żmien li jkun iżjed minn sena jew
ta’ xi wieħed mid-delitti msemmija fl-artikoli 198 sa
209 tal-Kodiċi Kriminali tiġi mibgħuta lill-Bord minn
xi korp jew persuna, jew rapport bil-miktub illi
membru tal-professjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-
professjoni medika jew awżiljarju mediku ikun ġie
hekk dikjarat ħati jiġi mibgħut lill-Bord minn persuna
li jkollha kariga pubblika, jew
(b) kwerela bil-miktub dwar il-kondotta ta’ membru tal-
professjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-professioni
medika jew ta’ awżiliarju mediku tkun ġiet mibgħuta
lill-Bord minn xi korp jew persuna, jew rapport bil-
miktub dwar il-kondotta ta’ membru tal-professjonijiet
li għandhom x’jaqsmu mal-professjoni medika jew ta’
awżiljarju mediku tkun ġiet mibgħuta lill-Bord minn
persuna li jkollha kariga pubblika, jew
(ċ) kwerela bil-miktub illi membru tal-professonijiet li
għandhom x’jaqsmu mal-professjoni medika jew
awżiljarju mediku ma jkunx tajjeb li jkompli jeżerċita
l-professjoni tiegħu minħabba mard tiġi mibgħuta lill-
Bord minn xi korp jew persuna, jew rapport bil-miktub
dwar l-inkapaċità  ta’ membru tal-professjonijiet li
għandhom x’jaqsmu mal-professjoni medika jew ta’
awżiljarju mediku li jkompli jeżerċita l-professjoni
tiegħu minħabba r-raġunijiet fuq imsemmija jiġi
mibgħut lill-Bord minn persuna li ikollha kariga
pubblika,
is-segretarju għandu jissottometti l-kwerela jew ir-rapport liċ-
Chairman.
(2) Kwerela li tirriferixxi għal kondotta jew inkapaċità
minħabba mard ma għandhiex titmexxa aktar ’il quddiem kemm-il
darba u sakemm ma tiġix konfermata permezz ta’ dikjarazzjoni bil-
ġurament; u kull dikjarazzjoni -
(a) għandha turi l-indirizz u d-deskrizzjoni tad-dikjarant,
u
(b) jekk xi fatt dikjarat ma jkunx jaf bih personalment id-
dikjarant, għandha turi l-oriġini ta’ l-informazzjoni
tad-dikjarant u r-raġunijiet għaliex jemmen li l-fatti
huma veri.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregola (2), iċ-
Chairman għandu jordna lis-segretarju biex jinnotifika lill-membru
kwerelat tal-professjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-professjoni
medika jew lill-awżiljarju mediku li tkun ġiet riċevuta l-kwerela
jew ir-rapport, u jgħid is-sustanza tal-kwerela jew rapport u jibgħat
lill-kwerelat kopja ta’ kull dikjarazzjoni ġuramentata mogħtija
skond is-subregola (2), u jitlob lill-kwerelat biex jissottometti lill-
BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV DWAR 
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET ġ L.S.458.07 3
Bord, egħluq dik id-data li ċ-Chairman jistabbilixxi, kull
spjegazzjoni li huwa jkun jista’ jagħti; u kull spjegazzjoni għandha
tkun bil-miktub u għandha tasal għand is-segretarju egħluq iż-
żmien stabbilit miċ-Chairman:
Iżda, safejn kwerela jew rapport jirriferixxi għal kondotta,
jekk ma jkunx jidher liċ-Chairman li jkun diskutibbli jekk dik il-
kondotta tikkostitwix kondotta bla ġieħ f’imġieba professjonali
huwa għandu jordna lis-segretarju biex jirriferixxi dik il-kwerela
jew rapport lill-Bord jew biex jiddeċidi illi l-kwerela jew rapport
ma għandhomx jitmexxew aktar ’il quddiem jew biex jordna lis-
segretarju li jinnotifika lill-kwerelat skond id-disposizzjonijiet ta’
din ir-regola.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li jaħbtu qabel ta’ din ir-
regola, iċ-Chairman għandu jordna lis-segretarju biex jibgħat għal
inkjesta kwerela jew rapport lill-Bord flimkien ma’ kull
spjegazzjoni mogħtija mill-kwerelat u kull dikjarazzjonijiet
ġuramentati mogħtija skond is-subregola (2).
(5) F’din ir-regola il-frażi "persuna li jkollha kariga pubblika"
tfisser uffiċjal ta’ dipartiment tal-gvern jew awtorità  pubblika li
taġixxi ta’ hekk, jew kull persuna li jkollha kariga ġudizzjarja jew
kull uffiċjal li jkun allokat ma’ qorti.
Avviż ta’ inkjesta.
ikun ġie mibgħut lill-Bord skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel u
kemm-il darba l-Bord ma jkunx sodisfatt għal kollox bl-
ispjegazzjoni miktuba tal-kwerelat, is-segretarju għandu
jinnotifikah b’avviż (f’dawn ir-Regoli msejjaħ "avviż ta’ inkjesta")
li għandu -
(a) jispeċifika, fil-forma ta’ akkuża jew akkużi, il-ħwejjeġ
li dwarhom l-inkjesta tkun ser issir, u
(b) jgħid id-data, il-ħin u l-post li fihom l-inkjesta tkun ser
issir.
(2) L-inkjesta ma għandhiex tiġi ffissata għal xi data qabel
tmint ijiem wara d-data ta’ l-avviż ta’ inkjesta.
(3) Avviż ta’ inkjesta għandu jkun fil-forma murija fil-Formula
A li hemm fl-Iskeda, b’dak it-tibdil li ċ-ċirkostanzi jistgħu jeħtieġu.
(4) Għandha tintbgħat ma’ kull avviż ta’ inkjesta kopja ta’
dawn ir-regoli.
(5) F’kull każ meta jkun hemm kwerelant, kopja ta’ l-avviż ta’
inkjesta għandha tintbgħat lilu.
Jum u ħin ta’ 
inkjesta.
6. Iċ-Chairman għandu jistabbilixxi l-jum u l-ħin biex
tinżamm l-inkjesta skond l-Att.
Avviż difettuż.
Chairman, jew f’kull stadju tas-smigħ ikun jidher lill-Bord, illi
avviż ta’ inkjesta jkun difettuż, iċ-Chairman jew il-Bord, skond il-
każ, għandu jagħti ordnijiet għall-emenda ta’ l-avviż kif jidhirlu
meħtieġ kemm-il darba, wara li jittieħed kont tal-meriti tal-każ, l-
emendi meħtieġa jkunu jistgħu jsiru mingħajr inġustizzja.
(2) Meta fil-fehma taċ-Chairman jew tal-Bord ikun xieraq,
4 L.S.458.07 ħ
BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV DWAR 
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET
minħabba fl-eżerċizzju minnu tas-setgħat mogħtija bis-subregola
(1), illi l-inkjesta tkun posposta jew aġġornata, iċ-Chairman jew il-
Bord, skond il-każ, għandu jagħti dawk l-ordnijiet għal hekk kif
jidhru meħtieġa.
Proċeduri fil-
pubbliku.
8. Il-proċeduri quddiem il-Bord huma pubbliċi; iżda l-Bord
jista’, meta jidhirlu xieraq, jordna illi l-proċeduri jsiru fil-privat.
Astensjoni jew 
rikuża.
Kap. 12.
9. (1) Kull membru tal-Bord u s-segretarju għandu jastjeni
milli jieħu parti f’kull inkjesta jew jista’ jiġi rikużat f’kull waħda
miċ-ċirkostanzi li fiha mħallef kien jastjeni jew jista’ jiġi rikużat
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Kull rikuża ma tkunx ammissibli kemm-il darba ma tkunx
magħmula qabel il-qari mis-segretarju ta’ l-akkuża jew l-akkużi
lill-membru tal-professjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-
professjoni medika jew lill-awżiljarju mediku.
(3) Il-Bord għandu jiddeċidi l-oġġezzjoni qabel il-qari ta’ l-
imsemmija akkuża jew akkużi u d-deċiżjoni tiegħu tkun finali.
Assistenza legali u 
assistenza oħra.
10. (1) Kull parti fil-proċeduri quddiem il-Bord tista’ tiġi
assistita minn avukat jew prokuratur legali. Il-membru tal-
professjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-professjoni medika jew
l-awżiljarju mediku jista’ jiġi wkoll asistit minn membru tal-
professjoni tiegħu, li ismu jkun jidher fir-reġistru xieraq.
(2) Iċ-Chairman għandu jġib id-disposizzjonijiet ta’ din ir-
regola għak-konjizzjoni ta’ kull parti fil-proċeduri li tidher
quddiem il-Bord mingħajr assistenza.
Qari ta’ l-akkuża. 11. Il-proċeduri dwar l-inkjesta għandhom jibdew bil-qari mis-
segretarju ta’ l-akkuża. Wara dan iċ-Chairman għandu jagħmel lill-
membru tal-professjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-professjoni
medika jew lill-awżiljarju mediku l-mistoqsija jekk jammettix jew
jiċħadx l-akkuża.
Ammissjoni jew 
ċaħda.
12. (1) Jekk l-akkużat jammetti l-akkuża l-Bord jista’, fid-
diskrezzjoni tiegħu, jiddispensa mill-produzzjoni ta’ xhieda u
jgħaddi biex jagħti d-deċiżjoni tiegħu f’dik il-ġurnata jew f’xi
ġurnata oħra ffissata għal dak l-iskop.
(2) Jekk l-akkużat jiċħad l-akkuża l-Bord għandu jkompli l-
inkjesta.
(3) Jekk l-akkużat jonqos milli jattendi mingħajr kawża ġusta u
l-Bord ikun sodisfatt illi avviż ta’ l-inkjesta kien mibgħut kif
meħtieġ b’dawn ir-regoli, il-Bord jista’, jekk jidhirlu xieraq,
ikompli l-inkjesta anki fl-assenza tiegħu.
Proċeduri. 13. Il-proċeduri dwar inkjesta ikunu dawn li ġejjin:
(a) Xhieda b’sustenn ta’ l-akkuża għandhom ikunu
prodotti u eżaminati mill-parti li tipproduċihom jew fl-
assenza tagħha mill-Bord u kontro-eżaminati mill-
akkużat; wara dan kull membru tal-Bord ikun jista’
jagħmel mistoqsijiet kif jidhirlu meħtieġ.
(b) Ix-xhieda tad-difiża għandhom jinstemgħu u f’każ li l-
BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV DWAR 
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET ġ L.S.458.07 5
akkużat jixtieq jixhed, jista’ jagħmel hekk kemm-il
darba x-xiehda tiegħu tingħata qabel dik ta’ kull xhud
li jkun ser jiġi prodott minnu. Ix-xhieda għandhom
ikunu eżaminati mill-akkużat u kontro-eżaminati minn
kull parti oħra fil-proċeduri; wara dan kull membru
tal-Bord ikun jista’ jagħmel mistoqsijiet kif jidhirlu
meħtieġ.
(ċ) Meta l-provi kollha ikunu ġew magħmula, l-akkużat
għandu, personalment jew permezz tal-persuna li
minnha jkun assistit, jindirizza lill-Bord u jagħmel id-
difiża tiegħu.
(d) Il-Bord għandu wara dan jagħti d-deċiżjoni tiegħu
f’dik il-ġurnata jew f’xi ġurnata oħra ffissata għal dak
l-iskop. 
(e) Il-Bord ma jkunx prekluż f’kull stadju tal-proċeduri
sakemm tingħata d-deċiżjoni milli jerġa’ jisma’ xi
xhud jew jitlob il-produzzjoni ta’ xi dokumenti.
Akkuża mhux 
pruvata.
14. Fil-każijiet kollha meta l-Bord ikun sodisfatt illi l-akkuża
ma tkunx ġiet pruvata, il-Bord għandu jiddeċidi u għandu jniżżel
deċiżioni illi l-akkuża ma ġietx pruvata u illi l-akkużat ma jkunx
ħati dwar il-ħwejjeġ li għalihom l-akkuża tirriferxxi.
Deċiżjonijiet fil-
pubbliku u bil-
miktub. 
15. (1) Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jingħataw fil-
pubbliku u bil-miktub; u għandhom ikunu iffirmati miċ-Chairman.
(2) L-oriġinal għandu jinżamm mis-segretarju, flimkien man-
notamenti kollha ta’ l-inkjesta.
Validità  ta’ 
proċeduri.
16. Meta skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dawn ir-regoli l-inkjesta tkun differita għal xi laqgħa futura, il-
validità  tal-proċeduri ta’ dik il-laqgħa ma għandhiex tiġi attakkata
minħabba biss illi membri tal-Bord li kienu preżenti fl-ewwel
laqgħa ma kienux preżenti fil-laqgħa ta’ wara jew illi membri tal-
Bord li kienu preżenti fil-laqgħa ta’ wara ma kienux preżenti fl-
ewwel laqgħa.
Kopja tad-
deċiżjoni.
17. Is-segretarju għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-
membru tal-professjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-professjoni
medika jew lill-awżiljarju mediku kopja tad-deċiżjoni tal-Bord.
Formula ta’ taħrika 
tax-xhieda.
18. Avviż lil xi persuna biex tidher quddiem il-Bord biex tagħti
x-xiehda u/jew biex tipproduċi dokumenti għandu jkun skond il-
forma murija fil-Formula B li hemm fl-Iskeda.
Firmar u notifikar 
ta’ avviżi.
19. Kull avviż imsemmi f’dawn ir-regoli għandu jkun iffirmat
miċ-Chairman u notifikat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
36 ta’ l-Att:
Iżda kull avviż maħruġ skond ir-regola 18 għandu jkun
notifikat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 37 ta’ l-Att.
Diskussjonijiet 
konfidenzjali.
20. Il-membri tal-Bord u s-segretarju ma għandhom jikxfu
ebda ħaġa diskussa mill-Bord fil-kors ta’ inkjesta.
Proċeduri oħra.
jżomm il-bon-ordni u għandu jirregola d-diskussjonijiet u l-
6 L.S.458.07 ħ
BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV DWAR 
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET
proċeduri tiegħu.
BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV DWAR 
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET ġ L.S.458.07 7
SKEDA
Regoli 5(3), 18
FORMULA A
Regola 5 (3)
 BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV 
Avviż ta’ Inkjesta
Lil ....................................
.........................................
Jiena b’dan nagħtik avviż illi l-Bord Konsultattiv u Eżekuttiv
ordna inkjesta biex jikkunsidra u jiddeċidi l-akkuża imputata lilek,
jiġifieri .............................................................
Inti qiegħed b’dan tiġi nformat illi l-ewwel seduta ta’ l-
imsemmija inkjesta sejra ssir nhar ............................. il-
........................ 19 ...... fil-.................... il- ........................
 Kopja tar-Regoli tal-Bord Konsultattiv u Eżekuttiv dwar il-
Proċedura ta’ Taħsir ta’ Ismijiet hija annessa biex tagħraf timxi.
Inti mwissi illi n-nuqqas minn naħa tiegħek li tidher mingħajr ma
tagħti spjegazzjoni tajba għall-assenza tiegħek ma jipprekludix lill-
Bord Konsultattiv u Eżekuttiv milli jkompli l-inkjesta anki fl-
assenza tiegħek.
Chairman,
Data ........................ Bord Konsultattiv u Eżekuttiv
 
8 L.S.458.07 ħ
BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV DWAR 
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET
FORMULA B 
Regola 18
BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV
Avviż lil persuna biex tagħti x-xiehda u/jew biex tipproduċi
dokumenti, eċċ.
Lil ....................................
Inti b’dan meħtieġ li tattendi quddiem il-Bord Konsultattiv u
Eżekuttiv nhar ..................... il- ........................ 19 ...... fil-
.................. il- .................. u hekk f’kull ġurnata oħra li għaliha s-
smigħ ikun ġie differit, biex tagħti x-xiehda u/jew biex tipproduċi
d-dokumenti li ġejjin .................................... fil-kwistjoni ta’ l-
inkjesta kontra .......................................
 Inti mwissi illi n-nuqqas li tattendi kif inti b’dan meħtieġ tista’
teħel il-penalitajiet preskritti mil-liġi.
Chairman,
Data ....................... Bord Konsultattiv u Eżekuttiv
