KUNSILL MEDIKU DWAR 
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET ġ L.S.458.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.08
REGOLI TAL-KUNSILL MEDIKU DWAR 
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET
24 ta’ Diċembru, 1959
L-AVVIŻ LEGALI 92 ta’ l-1959, kif emendat: bl-Avviż Legali 2 ta’ l-
1969 u bl-Att XLIX ta’ l-1981.
Titolu.
dwar il-Proċedura biex jitħassru l-Ismijiet.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 2 ta’ l-1969.
2. F’dawn ir-Regoli - 
"akkuża" tfisser akkuża speċifikata f’avviż ta’ inkjesta;
Kap. 464.
"avviż ta’ inkjesta" tfisser dak li tgħid ir-regola 5(1);
"eżerċitant" tfisser tabib, kirurgu-dentista, dentista jew
veterinarju reġistrati skond l-Att, u riferenzi għall-eżerċitant, dwar
kull kwerela jew rapport jew dwar kull proċeduri, huma riferenzi
għall-eżerċitant li kontra tiegħu tkun mibgħuta lill-Kunsill Mediku
kwerela jew rapport;
Kap. 94.
l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa;
"President" tfisser il-President tal-Kunsill Mediku u tinkludi, fil-
każ ta’ assenza tal-President minn laqgħa tal-Kunsill, iċ-chairman
ta’ dik il-laqgħa;
Kap. 94.
"reġistratur" tfisser ir-reġistratur tal-Kunsill Mediku maħtur
skond id-disposizzionijiet ta’ l-artikolu 21 ta’ l-Ordinanza dwar l-
Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa;
"reġistru xieraq" tfisser ir-reġistru xieraq għall-finijiet ta’ l-Att.
Ordnijiet skond l-
Att.
3. Ebda ordni ma għandu jingħata skond l-Att ħlief minħabba
xi inkjesta skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli dwar l-
akkuża jew l-akkużi formulati f’avviż ta’ inkjesta notifikat skond l-
imsemmija disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli lill-persuna li kontra
tagħha l-akkuża jew l-akkużi jkunu saru.
Kwereli u rapporti.
Emendat:
XLIX. 1981.4.
Kap. 9.
4. (1) Meta -
(a) kwerela bil-miktub illi eżerċitant ikun ġie dikjarat ħati
minn xi qorti f’dawn il-Gżejjer ta’ xi delitt punibbli bi
priġunerija għal xi żmien li jkun iżjed minn sena jew
ta’ xi wieħed mid-delitti msemmija fl-artikoli 198 sa
209 tal-Kodiċi Kriminali tiġi mibgħuta lill-Kunsill
minn xi korp jew persuna, jew rapport bil-miktub illi
eżerċitant ikun ġie hekk dikjarat ħati jiġi mibgħut lill-
Kunsill minn persuna li jkollha kariga pubblika, jew
(b) kwerela bil-miktub dwar il-kondotta ta’ eżerċitant tkun
ġiet mibgħuta lill-Kunsill minn xi korp jew persuna,
jew rapport bil-miktub dwar il-kondotta ta’ eżerċitant
ikun ġie mibgħut lill-Kunsill minn persuna li jkollha
2 L.S.458.08 ħ
KUNSILL MEDIKU DWAR 
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET
kariga pubblika, jew
(ċ) kwerela bil-miktub illi eżerċitant ma jkunx tajieb li
jkompli jeżerċita l-professjoni tiegħu minħabba mard
mentali jew fiżiku tiġi mibgħuta lill-Kunsill minn xi
korp jew persuna, jew rapport bil-miktub dwar l-
inkapaċità  ta’ eżerċitant li jkompli jeżerċita l-
professjoni tiegħu minħabba r-raġunijiet fuq
imsemmija jiġi mibgħut lill-Kunsill minn persuna li
jkollha kariga pubblika,
ir-reġistratur għandu jissottometti l-kwerela jew ir-rapport lill-
President.
(2) Kwerela li tirriferixxi għal kondotta jew inkapaċità
minħabba mard, ma għandhiex titmexxa aktar ’il quddiem kemm-il
darba u sakemm ma tiġix konfermata permezz ta’ dikjarazzjoni bil-
ġurament; u kull dikjarazzjoni -
(a) għandha turi l-indirizz u d-deskrizzioni tad-dikjarant,
u
(b) jekk xi fatt dikjarat ma jkunx jaf bih personalment id-
dikjarant, għandha turi l-oriġini ta’ l-informazzjoni
tad-dikjarant u r-raġunijiet għaliex jemmen li l-fatti
huma veri.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-sub-regola (2), il-
President għandu jordna lir-reġistratur biex jinnotifika lill-
eżerċitant li tkun ġiet riċevuta l-kwerela jew ir-rapport, u jgħid is-
sustanza tal-kwerela jew rapport u jibgħat lill-eżerċitant kopja ta’
kull dikjarazzjoni ġuramentata mogħtija skond is-sub-regola (2) u
jitlob lill-eżerċitant biex jissottometti lill-Kunsill, egħluq dik id-
data li l-President jistabbilixxi, kull spjegazzjoni li l-eżerċitant
ikun jista’ jagħti; u kull spjegazzjoni għandha tkun bil-miktub u
għandha tasal għand ir-reġistratur egħluq iż-żmien stabbilit mill-
President:
Iżda, safejn kwerela jew rapport jirriferixxi għal kondotta, jekk
ma jkunx jidher lill-President li jkun diskutibbli jekk dik il-
kondotta tikkostitwix kondotta bla ġieħ f’imġieba professjonali
huwa għandu jordna lir-registratur biex jirriferixxi dik il-kwerela
jew rapport lill-Kunsill jew biex jiddeċidi illi l-kwerela jew rapport
ma għandhomx jitmexxew aktar ’il quddiem jew biex jordna lir-
reġistratur li jinnotifika lill-eżerċitant skond id-disposizzjonijiet ta’
din is-sub-regola.
(4) Bla ħsara għal-disposizzjonijiet li jaħbtu qabel ta’ din ir-
regola, il-President għandu jordna lir-reġistratur biex jibgħat għal
inkjesta kwerela jew rapport lill-Kunsill flimkien ma’ kull
spjegazzjoni mogħtija wara mill-eżerċitant u kull dikjarazzjonijiet
ġuramentati mogħtija skond is-sub-regola (2).
(5) F’din ir-regola l-frażi "persuna li jkollha kariga pubblika"
tfisser uffiċjal ta’ dipartiment tal-gvern jew awtorità  pubblika li
taġixxi ta’ hekk, jew kull persuna li jkollha kariga ġudizzjarja jew
kull uffiċjal li jkun allokat ma’ qorti.
Avviż ta’ inkjesta. 5. (1) Kemm jista’ jkun malajr wara li kwerela jew rapport
KUNSILL MEDIKU DWAR 
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET ġ L.S.458.08 3
ikun ġie mibgħut lill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel u
kemm-il darba l-Kunsill ma jkunx sodisfatt għal kollox bl-
ispjegazzjoni miktuba ta’ l-eżerċitant, ir-reġistratur għandu
jinnotifika lill-eżerċitant avviż ta’ inkjesta li għandu -
(a) jispeċifika, fil-forma ta’ akkuża jew akkużi, il-ħwejjeġ
li dwarhom l-inkjesta tkun ser issir, u
(b) jgħid id-data, il-ħin u l-post li fihom l-inkjesta tkun ser
issir.
(2) L-inkjesta ma għandhiex tiġi ffissata għal xi data qabel
tmint ijiem wara d-data ta’ l-avviż ta’ inkjesta.
(3) Avviż ta’ inkjesta għandu jkun fil-forma murija fil-Formula
A li hemm fl-Iskeda, b’dak it-tibdil kif iċ-ċirkostanzi jistgħu
jeħtieġu.
(4) Għandha tintbgħat ma’ kull avviż ta’ inkjesta kopja ta’
dawn ir-regoli.
(5) Kopja ta’ l-avviż ta’ inkjesta għandha tiġi notifikata lill-
kwerelant jew lil min ikun bgħat ir-rapport.
Jum u ħin ta’ 
inkjesta.
6. Il-President għandu jistabbilixxi l-jum u l-ħin għat-tiżmim
ta’ inkjesta skond l-Att.
Avviż difettuż.
President, jew f’kull stadju tas-smigħ ikun jidher lill-Kunsill, illi
avviż ta’ inkjesta jkun difettuż, il-President jew il-Kunsill, skond
il-każ, għandu jagħti ordnijiet għall-emenda ta’ l-avviż kif jidhirlu
meħtieġ kemm-il darba, wara li jittieħed kont tal-meriti tal-każ, l-
emendi meħtieġa jkunu jistgħu jsiru mingħajr inġustizzja.
(2) Meta fil-fehma tal-President jew tal-Kunsill ikun xieraq,
minħabba fl-eżerċizzju minnu tas-setgħat mogħtija bis-sub-regola
(1), illi l-inkjesta tkun posposta jew aġġornata, il-President jew il-
Kunsill, skond il-każ, għandu jagħti dawk l-ordnijiet għal hekk kif
jidhru meħtieġa.
Proċeduri fil-
pubbliku.
8. Il-proċeduri quddiem il-Kunsill huma pubbliċi; iżda l-
Kunsill jista’, meta jidhirlu xieraq, jordna illi l-proċeduri jsiru fil-
privat.
Astensjoni jew 
rikuża.
Kap. 12.
9. (1) Kull membru tal-Kunsill u r-reġistratur għandu jastjeni
milli jieħu parti f’kull inkjesta jew jista’ jiġi rikużat f’kull waħda
miċ-ċirkostanzi li fiha mħallef kien jastjeni jew jista’ jiġi rikużat
skond id-disposizzonijiet ta’ l-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Kull rikuża ma tkunx ammissibbli kemm-il darba ma tkunx
magħmula qabel il-qari mir-reġistratur ta’ l-akkuża jew l-akkużi
lill-eżerċitant.
(3) Il-Kunsill għandu jiddeċidi l-oġġezzjoni qabel il-qari ta’ l-
imsemmija akkuża jew akkużi u d-deċiżjoni tiegħu tkun finali.
Assistenza legali u 
assistenza oħra.
10. (1) Kull parti fil-proċeduri quddiem il-Kunsill tista’ tiġi
assistita minn avukat jew prokuratur legali. L-eżerċitant jista’ jiġi
wkoll assistit minn membru tal-professjoni tiegħu, li ismu jkun
jidher fir-reġistru xieraq.
4 L.S.458.08 ħ
KUNSILL MEDIKU DWAR 
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET
(2) Il-President għandu jġib id-disposizzjonijiet ta’ din ir-
regola għak-konjizzjoni ta’ kull parti fil-proċeduri li tidher
quddiem il-Kunsill mingħajr assistenza.
Qari ta’ l-akkuża. 11. Il-proċeduri dwar l-inkjesta għandhom jibdew bil-qari mir-
reġistratur ta’ l-akkuża. Wara dan il-President għandu jagħmel lill-
eżerċitant il-mistoqsija jekk jammettix jew jiċħadx l-akkuża.
Ammissjoni jew 
ċaħda.
12. (1) Jekk l-eżerċitant jammetti l-akkuża l-Kunsill jista’,
fid-diskrezzjoni tiegħu, jiddispensa mill-produzzjoni ta’ xhieda u
jgħaddi biex jagħti d-deċiżjoni tiegħu f’dik il-ġurnata jew f’xi
ġurnata oħra ffissata għal dak l-iskop.
(2) Jekk l-eżerċitant jiċħad l-akkuża l-Kunsill għandu jkompli
l-inkjesta.
(3) Jekk l-eżerċitant jonqos milli jattendi mingħajr kawża ġusta
u l-Kunsill ikun sodisfatt illi avviż ta’ l-inkjesta kien mibgħut kif
meħtieġ b’dawn ir-regoli, il-Kunsill jista’, jekk jidhirlu xieraq,
ikompli l-inkjesta anki fl-assenza tiegħu.
Proċeduri. 13. Il-proċeduri dwar inkjesta jkunu dawn li ġejjin:
(a) Xhieda b’sustenn ta’ l-akkuża għandhom ikunu
prodotti u eżaminati mill-parti li tipproduċihom jew fl-
assenza tagħha mill-Kunsill u kontro-eżaminati mill-
eżerċitant; wara dan kull membru tal-Kunsill ikun
jista’ jagħmel mistoqsijiet kif jidhirlu meħtieġ.
(b) Ix-xhieda tad-difiża għandhom jinstemgħu u f’każ li l-
eżerċitant jixtieq jagħti x-xiehda tiegħu, jista’ jagħmel
hekk kemm-il darba x-xiehda tiegħu tingħata qabel dik
ta’ kull xhud li jkun ser jiġi prodott minnu. Ix-xhieda
għandhom ikunu eżaminati mill-eżerċitant u kontro-
eżaminati minn kull parti oħra fil-proċeduri; wara dan
kull membru tal-Kunsill ikun jista’ jagħmel
mistoqsijiet kif jidhirlu meħtieġ.
(ċ) Meta l-provi kollha jkunu ġew magħmula l-eżerċitant
għandu, personalment jew permezz tal-persuna li
minnha jkun assistit, jindirizza lill-Kunsill u jagħmel
id-difiża tiegħu.
(d) Il-Kunsill għandu wara dan jagħti d-deċiżjoni tiegħu
f’dik il-ġurnata jew f’xi ġurnata oħra ffissata għal dak
l-iskop. 
(e) Il-Kunsill ma jkunx prekluż f’kull stadju tal-proċeduri
sakemm tingħata d-deċiżjoni milli jerġa’ jisma’ xi
xhud jew jitlob il-produzzjoni ta’ xi dokumenti.
Akkuża mhux 
pruvata.
14. Fil-każijiet kollha meta l-Kunsill ikun sodisfatt illi l-
akkuża ma tkunx ġiet pruvata, il-Kunsill għandu jiddeċidi
konformement u għandu jniżżel deċiżjoni illi l-akkuża jew l-akkużi
ma ġietx pruvata jew ma ġewx pruvati u illi l-eżerċitant ma jkunx
ħati dwar il-ħwejjeġ li għalihom l-akkuża jew l-akkużi tirriferixxi
jew jirriferixxu.
KUNSILL MEDIKU DWAR 
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET ġ L.S.458.08 5
Deċiżjonijiet fil-
pubbliku u bil-
miktub.
15. (1) Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jingħataw fil-
pubbliku u bil-miktub; għandhom ikunu ffirmati mill-President.
(2) L-oriġinal għandu jinżamm mir-reġistratur, flimkien man-
notamenti kollha ta’ l-inkjesta.
Validità  ta’ 
proċeduri.
16. Meta skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dawn ir-regoli l-inkjesta tkun differita għal xi laqgħa futura, il-
validità  tal-proċeduri ta’ dik il-laqgħa ma għandhiex tiġi attakkata
minħabba biss illi membri tal-Kunsill li kienu preżenti fl-ewwel
laqgħa ma kienux preżenti fil-laqgħa ta’ wara jew illi membri tal-
Kunsill li kienu preżenti fil-laqgħa ta’ wara ma kienux preżenti fl-
ewwel laqgħa.
Kopja tad-
deċiżjoni.
17. Ir-reġistratur għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-
eżerċitant kopja tad-deċiżjoni tal-Kunsill.
Formula ta’ taħrika 
tax-xhieda.
18. Avviż lil xi persuna biex tidher quddiem il-Kunsill biex
tagħti x-xiehda u/jew biex tipproduċi dokumenti għandu jkun
skond il-forma murija fil-Formula B li hemm fl-Iskeda.
Firmar u notifikar 
ta’ avviżi.
19. Kull avviż imsemmi f’dawn ir-Regoli għandu jkun iffirmat
mill-President u notifikat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
36 ta’ l-Att:
Iżda kull avviż maħruġ skond ir-regola 18 għandu jkun
notifikat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 37 ta’ l-Att.
Setgħat tal-Kunsill.
(a) li jżomm il-bon ordni, u
(b) li jirregola d-diskussjoni.
Diskussjonijiet 
konfidenzjali.
21. Il-membri tal-Kunsill u r-reġistratur ma għandhom jikxfu
ebda ħaġa diskussa mill-Kunsill fil-kors ta’ inkjesta.
Proċeduri oħra.
għandu jirregola l-proċedura tiegħu.
6 L.S.458.08 ħ
KUNSILL MEDIKU DWAR 
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET
SKEDA
Regoli 5(3), 18
FORMULA A
Regola 5 (3)
 KUNSILL MEDIKU 
Avviż ta’ Inkjesta
Lil ....................................(data)
.........................................
Jiena b’dan nagħtik avviż illi l-Kunsill Mediku ordna inkjesta
biex jikkunsidra u jiddeċidi l-akkuża imputata lilek, jiġifieri
.............................................................
Inti qiegħed b’dan tiġi nformat illi l-ewwel seduta ta’ l-
imsemmija inkjesta sejra ssir nhar .............................. il-
........................ 19 ...... fil-.................... il- ........................
 Kopja tar-Regoli tal-Kunsill Mediku dwar il-Proċedura ta’
Taħsir ta’ Ismijiet hija annessa biex tagħraf timxi.
Inti mwissi illi n-nuqqas minn naħa tiegħek li tidher mingħajr ma
tagħti spjegazzjoni tajba għall-assenza tiegħek ma jipprekludix lill-
Kunsill Mediku milli jkompli l-inkjesta anki fl-assenza tiegħek.
President,
Kunsill Mediku
 
KUNSILL MEDIKU DWAR 
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET ġ L.S.458.08 7
FORMULA B 
Regola 18
KUNSILL MEDIKU
Avviż lil persuna biex tagħti x-xiehda u/jew biex tipproduċi
dokumenti, eċċ.
Lil .................................... (data)
Inti b’dan meħtieġ li tattendi quddiem il-Kunsill Mediku nhar
..................... il- ........................ 19 ...... fil- .................. il-
.................. u hekk f’kull ġurnata oħra li għaliha s-smigħ ikun ġie
differit, biex tagħti x-xiehda u/jew biex tipproduċi d-dokumenti li
ġejjin .................................... fil-kwistjoni ta’ inkjesta kontra
.......................................
 Inti mwissi illi n-nuqqas li tattendi kif inti b’dan meħtieġ
jirrendik li tista’ teħel il-penalitajiet preskritti mil-liġi.
President,
Kunsill Mediku
