KUNSILL TA’ L-ISPIŻJARA DWAR
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET ġ L.S.458.12 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.12
REGOLI TAL-KUNSILL TA’ L-ISPIŻJARA 
DWAR IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU
L-ISMIJIET
15 ta’ Lulju, 1969
L-AVVIŻ LEGALI 76 ta’ l-1969, kif emendat bl-Avviż Legali 80 ta’ l-
1981.
Titolu.
Ispiżjara dwar il-Proċedura biex jitħassru l-Ismijiet.
Tifsir.
"akkuża" tfisser akkuża speċifikata f’avviż ta’ inkjesta;
Kap. 464.
"avviż ta’ inkjesta" hi kif imfissra fir-regola 5(1);
Kap. 94.
"Kunsill" tfisser il-Kunsill ta’ l-Ispiżjara mwaqqaf bl-Ordinanza
dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa;
"eżerċitant" tfisser spiżjar jew assistent spiżjar reġistrat skond l-
Att, u riferenzi għal eżerċitant, dwar kull kwerela jew rapport jew
kull proċeduri, huma riferenzi għall-eżerċitant li kontra tiegħu tkun
mibgħuta kwerela jew rapport;
"President" tfisser il-President tal-Kunsill ta’ l-Ispiżjara u
tinkludi, fil-każ ta’ assenza tal-President minn laqgħa tal-Kunsill,
iċ-chairman ta’ dik il-laqgħa;
Kap. 94.
"reġistratur" tfisser is-reġistratur tal-Kunsill ta’ l-Ispiżjara
maħtur skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24(4) ta’ l-
Ordinanza dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa;
"reġistru xieraq" tfisser ir-reġistru xieraq għall-finijiet ta’ l-Att.
Ordnijiet skond l-
Att.
3. Ebda ordni ma għandu jingħata skond l-Att ħlief minħabba
xi inkjesta skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli dwar l-
akkuża formulata f’avviż ta’ inkjesta notifikat skond l-imsemmija
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli lill-persuna li kontra tagħha l-
akkuża li tkun saret.
Kwereli u rapporti.
Emendat:
A.L. 80 ta’ 1981.
Kap. 9.
4.  (1)  Meta -
(a) kwerela bil-miktub illi eżerċitant ikun ġie dikjarat ħati
minn xi qorti f’dawn il-Gżejjer ta’ xi delitt punibbli
bil-piena ta’ priġunerija għal xi żmien li jkun iżjed
minn sena jew ta’ xi wieħed mid-delitti msemmija fl-
artikoli 212 sa 219 jew fl-artikoli 221 sa 223 tal-
Kodiċi Kriminali tiġi mibgħuta lill-Kunsill minn xi
korp jew persuna, jew rapport bil-miktub li eżerċitant
ikun ġie hekk misjub ħati jiġi mibgħut lill-Kunsill
minn persuna li jkollha kariga pubblika, jew
(b) kwerela bil-miktub dwar il-kondotta ta’ eżerċitant tkun
ġiet mibgħuta lill-Kunsill minn xi korp jew persuna,
2 L.S.458.12 ħ
KUNSILL TA’ L-ISPIŻJARA DWAR
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET
jew rapport bil-miktub dwar il-kondotta ta’ eżerċitant
ikun ġie mibgħut lill-Kunsill minn persuna li jkollha
kariga pubblika, jew
(ċ) kwerela bil-miktub illi eżerċitant ma jkunx tajjeb li
jkompli jeżerċita l-professjoni tiegħu minħabba mard
mentali jew fiżiku tiġi mibgħuta lill-Kunsill minn xi
korp jew persuna, jew rapport bil-miktub dwar l-
inkapaċità  ta’ eżerċitant li jkompli jeżerċita l-
professjoni tiegħu minħabba r-raġunijiet fuq
imsemmija jiġi mibgħut lill-Kunsill minn persuna li
jkollha kariga pubblika,
ir-reġistratur għandu jissottometti l-kwerela jew ir-rapport lill-
President.
(2) Kwerela li tirriferixxi għal kondotta jew inkapaċità
minħabba mard ma għandhiex titmexxa aktar ’il quddiem kemm-il
darba u sakemm ma tiġix konfermata permezz ta’ dikjarazzjoni bil-
ġurament; u kull dikjarazzjoni -
(a) għandha turi l-indirizz u d-deskrizzjoni tad-dikjarant,
u
(b) jekk xi fatt dikjarat ma jkunx jaf bih personalment id-
dikjarant, għandha turi l-oriġini ta’ l-informazzjoni
tad-dikjarant u r-raġunijiet għaliex jemmen li l-fatti
huma veri.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregola (2), l-
President għandu jordna lir-reġistratur biex jinnotifika lill-
eżerċitant li tkun ġiet riċevuta l-kwerela jew ir-rapport, u jgħid is-
sustanza tal-kwerela jew rapport u jibgħat lill-eżerċitant kopja ta’
kull dikjarazzjoni ġuramentata mogħtija skond is-subregola (2), u
jitlob lill-eżerċitant biex jissottometti lill-Kunsill, egħluq dik id-
data li l-President jistabbilixxi, kull spjegazzjoni li l-eżerċitant
jkun jista’ jagħti; u kull spjegazzjoni għandha tkun bil-miktub u
għandha tasal għand ir-reġistratur egħluq iż-żmien stabbilit mill-
President:
Iżda, safejn kwerela jew rapport jirriferixxi għal kondotta,
jekk ma jkunx jidher lill-President li jkun diskutibbli jekk dik il-
kondotta tikkostitwix kondotta bla ġieħ f’imġieba professjonali
huwa għandu jordna lir-reġistratur biex jirriferixxi dik il-kwerela
jew rapport lill-Kunsill jew biex jiddeċidi illi l-kwerela jew rapport
ma għandhomx jitmexxew aktar ’il quddiem jew biex jordna lir-
reġistratur li jinnotifika lill-eżerċitant skond id-disposizzjonijiet ta’
din ir-regola.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li jaħbtu qabel ta’ din ir-
regola, l-President għandu jordna lir-reġistratur biex jibgħat għal
inkjesta kwerela jew rapport lill-Kunsill flimkien ma’ kull
spjegazzjoni mogħtija wara mill-eżerċitant u kull dikjarazzjonijiet
ġuramentati mogħtija skond is-subregola (2).
(5) F’din ir-regola il-frażi "persuna li jkollha kariga pubblika"
tfisser uffiċjal ta’ dipartiment tal-gvern jew awtorità  pubblika li
taġixxi bħala hekk, jew kull persuna li jkollha kariga ġudizzjarja
jew kull uffiċjal li jkun allokat ma’ qorti.
KUNSILL TA’ L-ISPIŻJARA DWAR
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET ġ L.S.458.12 3
Avviż ta’ inkjesta.
ikun ġie mibgħut lill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel u
kemm-il darba l-Kunsill ma jkunx sodisfatt għal kollox bl-
ispjegazzjoni miktuba ta’ l-eżerċitant, ir-reġistratur għandu
jinnotifika lill-eżerċitant avviż (f’dawn ir-regoli msejjaħ "avviż ta’
inkjesta") li għandu -
(a) jispeċifika, fil-forma ta’ akkuża jew akkużi, il-ħwejjeġ
li dwarhom l-inkjesta tkun ser issir, u
(b) jgħid id-data, il-ħin u l-post li fihom l-inkjesta tkun ser
issir.
(2) L-inkjesta ma għandhiex tiġi ffissata għal xi data qabel
tmint ijiem wara d-data ta’ l-avviż ta’ inkjesta.
(3) Avviż ta’ inkjesta għandu jkun fil-forma murija fil-Formula
A li hemm fl-Iskeda, b’dak it-tibdil li ċ-ċirkostanzi jistgħu jeħtieġu.
(4) Għandha tintbgħat ma’ kull avviż ta’ inkjesta kopja ta’
dawn ir-regoli.
(5) Kopja ta’ l-avviż ta’ inkjesta għandha tiġi notifikata lill-
kwerelant jew lil min ikun bgħat ir-rapport.
Ġurnata u ħin ta’ 
inkjesta.
6. Il-President għandu jistabbilixxi l-ġurnata u l-ħin ta’ l-
inkjesta skond l-Att.
Avviż difettuż.
President, jew f’kull stadju tas-smigħ ikun jidher lill-Kunsill, illi
avviż ta’ inkjesta jkun difettuż, il-President jew il-Kunsill, skond
il-każ, għandu jagħti ordnijiet għall-emenda ta’ l-avviż kif jidhirlu
meħtieġ kemm-il darba, wara li jittieħed kont tal-meriti tal-każ, l-
emendi meħtieġa jkunu jistgħu jsiru mingħajr inġustizzja.
(2) Meta fil-fehma tal-President jew tal-Kunsill ikun xieraq,
minħabba fl-eżerċizzju minnu tas-setgħat mogħtija bis-subregola
(1), illi l-inkjesta tkun posposta jew differita, l-President jew il-
Kunsill, skond il-każ, għandu jagħti dawk l-ordnijiet għal hekk kif
jidhru meħtieġa.
Proċeduri fil-
pubbliku.
8. Il-proċeduri quddiem il-Kunsill huma pubbliċi; iżda l-
Kunsill jista’, meta jidhirlu xieraq, jordna illi l-proċeduri jsiru fil-
privat.
Astensjoni jew 
rikuża.
Emendat:
A.L. 80 ta’ l-1981.
Kap. 12.
9. (1) Kull membru jew kull membru addizzjonali tal-Kunsill
u r-reġistratur għandu jastjeni milli jieħu parti f’kull inkiesta jew
jista’ jiġi rikużat f’kull waħda miċ-ċirkostanzi li fiha mħallef kien
jastjeni jew jista’ jiġi rikużat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 734 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Kull rikuża ma tkunx ammissibli kemm-il darba ma tkunx
magħmula qabel il-qari mir-reġistratur ta’ l-akkuża jew l-akkużi
lill-eżerċitant.
(3) Il-Kunsill għandu jiddeċidi l-oġġezzjoni qabel il-qari ta’ l-
imsemmija akkuża jew akkużi u d-deċiżjoni tiegħu tkun finali.
Assistenza legali u 
assistenza oħra.
10. (1) Kull parti fil-proċeduri quddiem il-Kunsill tista’ tiġi
assistita minn avukat jew prokuratur legali. L-eżerċitant jista’ jiġi
wkoll asistit minn membru tal-professjoni tiegħu, li ismu jkun
4 L.S.458.12 ħ
KUNSILL TA’ L-ISPIŻJARA DWAR
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET
jidher fir-reġistru xieraq u jekk ikun assistent spiżjar jista’ jagħżel
li jiġi assistit minn spiżjar jew minn membru tal-professjoni tiegħu
li ismu jkun f’kull każ jidher fir-reġistru xieraq.
(2) Il-President għandu jġib id-disposizzjonijiet ta’ din ir-
regola għall-konjizzjoni ta’ kull parti fil-proċeduri li tidher
quddiem il-Kunsill mingħajr assistenza.
Qari ta’ l-akkuża. 11. Il-proċeduri dwar l-inkjesta għandhom jibdew bil-qari mir-
reġistratur ta’ l-akkuża jew l-akkużi. Wara dan il-President għandu
jagħmel lill-eżerċitant l-mistoqsija jekk jammettix jew jiċħadx l-
akkuża.
Ammissjoni jew 
ċaħda.
12. (1) Jekk l-eżerċitant jammetti l-akkuża jew l-akkużi l-
Kunsill jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jiddispensa mill-produzzjoni
ta’ xhieda u jgħaddi biex jagħti d-deċiżjoni tiegħu f’dik il-ġurnata
jew f’xi ġurnata oħra ffissata għal dak l-iskop.
(2) Jekk l-eżerċitant jiċħad l-akkuża jew l-akkużi l-Kunsill
għandu jkompli l-inkjesta.
(3) Jekk l-eżerċitant jonqos milli jattendi mingħajr kawża ġusta
u l-Kunsill ikun sodisfatt illi avviż ta’ l-inkjesta kien mibgħut kif
meħtieġ b’dawn ir-regoli, il-Kunsill jista’, jekk jidhirlu xieraq,
ikompli l-inkjesta anki fl-assenza tiegħu:
Iżda, jekk l-eżerċitant ma jkunx jista’ jattendi minħabba
kawża ġusta, hu jista’, jekk ikun jippreferixxi hekk, jitlob li l-
inkjesta titkompla u jinnomina waħda mill-persuni msemmija fir-
regola 10(1) biex tirrappreżentah fil-proċeduri.
Proċeduri. 13. Il-proċeduri dwar inkjesta ikunu dawn li ġejjin:-
(a) Xhieda b’sustenn ta’ l-akkuża għandhom ikunu
prodotti u eżaminati mill-parti li tipproduċihom jew fl-
assenza tagħha mill-Kunsill u kontro-eżaminati mill-
eżerċitant; wara dan kull membru tal-Kunsill ikun
jista’ jagħmel mistoqsijiet kif jidhirlu meħtieġ.
(b) Ix-xhieda tad-difiża għandhom jinstemgħu u f’każ li l-
eżerċitant jixtieq jagħti x-xiehda tiegħu, jista’ jagħmel
hekk kemm-il darba x-xiehda tiegħu tingħata qabel dik
ta’ kull xhud li jkun ser jiġi prodott minnu. Ix-xhieda
għandhom ikunu eżaminati mill-eżerċitant u kontro-
eżaminati minn kull parti oħra fil-proċeduri; wara dan
kull membru tal-Kunsill ikun jista’ jagħmel
mistoqsijiet kif jidhirlu meħtieġ.
(ċ) Meta l-provi kollha ikunu ġew magħmula, l-eżerċitant
għandu, personalment jew permezz tal-persuna li
minnha jkun assistit, jindirizza lill-Kunsill u jagħmel
id-difiża tiegħu.
(d) Il-Kunsill għandu wara dan jagħti d-deċiżjoni tiegħu
f’dik il-ġurnata jew f’xi ġurnata oħra ffissata għal dak
l-iskop. 
(e) Il-Kunsill ma jkunx prekluż f’kull stadju tal-proċeduri
sakemm tingħata d-deċiżjoni milli jerġa’ jisma’ xi
xhud jew jitlob il-produzzjoni ta’ xi dokumenti.
KUNSILL TA’ L-ISPIŻJARA DWAR
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET ġ L.S.458.12 5
Akkuża mhux 
pruvata.
14. Fil-każijiet kollha meta l-Kunsill ikun sodisfatt illi l-
akkuża ma tkunx ġiet pruvata, il-Kunsill għandu jiddeċidi skond
hekk u għandu jniżżel deċiżioni li l-akkuża ma tkunx ma tkunx ġiet
pruvata u illi l-eżerċitant ma jkunx ħati dwar il-ħwejjeġ li għalihom
l-akkuża tirriferxxi.
Deċiżjonijiet fil-
pubbliku u bil-
miktub. 
15. (1) Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jingħataw fil-
pubbliku u bil-miktub; għandhom ikunu ffirmati mill-President.
(2) L-oriġinal għandu jinżamm mir-reġistratur, flimkien ma’
notament sħiħ dwar l-inkjesta.
Validità  ta’ 
proċeduri.
Emendat:
A.L. 80 ta’ l-1981.
16. Meta skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dawn ir-regoli l-inkjesta tkun differita għal xi laqgħa futura, il-
validità  tal-proċeduri ta’ dik il-laqgħa ma għandhiex tiġi attakkata
minħabba biss illi membri jew il-membri addizzjonali tal-Kunsill li
kienu preżenti fil-laqgħa ta’ qabel ma kienux preżenti fil-laqgħa ta’
wara jew illi membri jew il-membri addizzjonali tal-Kunsill li
kienu preżenti fil-laqgħa ta’ wara ma kienux preżenti fil-laqgħa ta’
qabel.
Kopja tad-
deċiżjoni.
17. Ir-reġistratur għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-
eżerċitant kopja tad-deċiżjoni tal-Kunsill.
Formula ta’ taħrika 
tax-xhieda.
18. Avviż lil xi persuna biex tidher quddiem il-Kunsill biex
tagħti x-xiehda u/jew biex tipproduċi dokumenti għandu jkun
skond il-forma murija fil-Formula B li hemm fl-Iskeda.
Firmar u notifikar 
ta’ avviżi.
19. Kull avviż imsemmi f’dawn ir-regoli għandu jkun iffirmat
mill-President u notifikat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
36 ta’ l-Att:
Iżda kull avviż maħruġ skond ir-regola 18 għandu jkun
notifikat skond id-disposizzjonijiet l-artikolu 37 ta’ l-Att.
Setgħat tal-Kunsill.
(a) li jżomm il-bonordni, u
(b) li jirregola d-diskussjoni.
Diskussjonijiet 
konfidenzjali.
Emendat:
A.L. 80 ta’ l-1981.
21. Il-membri u l-membri addizzjonali tal-Kunsill u r-
reġistratur ma għandhom jikxfu ebda ħaġa diskussa mill-Kunsill
fil-kors ta’ inkjesta.
Proċeduri oħra.
għandu jirregola l-proċeduri tiegħu.
6 L.S.458.12 ħ
KUNSILL TA’ L-ISPIŻJARA DWAR
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET
SKEDA
Regoli 5 (3), 18
FORMULA A
Regola 5 (3)
 KUNSILL TA’ L-ISPIŻJARA 
Avviż ta’ Inkjesta
Lil ....................................(data)
.........................................
Jiena b’dan nagħtik avviż illi l-Kunsill ta’ l-Ispiżjara ordna
inkjesta biex jikkunsidra u jiddeċidi l-akkuża imputata lilek,
jiġifieri .............................................................
Inti qiegħed b’dan tiġi nformat illi l-ewwel seduta ta’ l-
imsemmija inkjesta sejra ssir nhar ............................... il-
........................ 19 ...... fil-.................... il- ........................
 Kopja tar-Regoli tal-Kunsill ta’ l-Ispiżjara dwar il-Proċedura ta’
Taħsir ta’ Ismijiet hija annessa biex tagħraf timxi.
Inti mwissi illi n-nuqqas minn naħa tiegħek li tidher mingħajr ma
tagħti spjegazzjoni tajba għall-assenza tiegħek ma jipprekludix lill-
Kunsill ta’ l-Ispiżjara milli jkompli l-inkjesta anki fl-assenza
tiegħek.
President,
Kunsill ta’ l-Ispiżjara
 
KUNSILL TA’ L-ISPIŻJARA DWAR
IL-PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET ġ L.S.458.12 7
FORMULA B 
Regola 18
KUNSILL TA’ L-ISPIŻJARA
Avviż lil persuna biex tagħti x-xiehda u/jew biex tipproduċi
dokumenti, eċċ.
Lil ....................................(data)
Inti b’dan meħtieġ li tattendi quddiem il-Kunsill ta’ l-Ispiżjara
nhar ..................... il- ........................ 19 ...... fil- .................. il-
.................. u hekk f’kull ġurnata oħra li għaliha s-smigħ ikun ġie
differit, biex tagħti x-xiehda u/jew biex tipproduċi d-dokumenti li
ġejjin .................................... fil-kwistjoni ta’ inkjesta kontra
.......................................
 Inti mwissi illi n-nuqqas li tattendi kif inti b’dan meħtieġ
jirrendik li tista’ teħel il-penalitajiet preskritti mil-liġi.
President,
Kunsill ta’ l-Ispiżjara
