SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-QWIEBEL ġ L.S.458.13 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.13
REGOLAMENTI DWAR L-ISKOLA TA’ TAĦRIĠ 
GĦALL-QWIEBEL
13 ta’ Awissu, 1971
L-AVVIŻ LEGALI 55 ta’ l-1971, kif emendat: bl-Avviżi Legali 87 ta’ l-
1971, 103 ta’ l-1974 u 41 ta’ l-1975.
Titolu.
Iskola ta’ Taħriġ għall-Qwiebel.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 103 ta’ l-
1974.
2. F’dawn ir-Regolamenti, "skola ta’ taħriġ" u "skola" jfissru
skola ta’ tagħlim għall-qwiebel, approvata mill-Kunsill ta’ l-
Infermiera u l-Qwiebel.
Kondizzjonijiet 
għad-dhul.
Sostitwit:
A.L. 87 ta’ l-1971.
Emendat:
A.L. 103 ta’ l-
1974.
3. L-iskola ta’ taħriġ tkun miftuħa għal kandidati nisa biss, u
ebda kandidata ma titħalla f’dik l-iskola jekk -
(a) tkun taħt il-wieħed u għoxrin sena jew fuq il-ħamsa u
tletin sena;
(b) isimha ma ikunx imniżżel fit-taqsima ġenerali tar-
reġistru ta’ l-infermieri miżmum mill-Kunsill ta’ l-
Infermiera u l-Qwiebel;
(ċ) ma tkunx, għal mhux inqas minn sitt xhur wara li tkun
ġiet hekk reġistrata, ipprattikat bħala infermiera fi
sptar ġenerali jew f’xi istitut ieħor magħruf għal dan l-
iskop mill-imsemmi kunsill; u
(d) ma tkunx ġiet approvata f’intervista ta’ għażla.
Il-kandidati 
għandhom ikunu 
ċertifikati li huma 
f’sahhithom.
4. Ebda kandidata ma titħalla tidħol fl-iskola ta’ taħriġ jekk
ma jkollhiex ċertifikat li hija f’saħħitha għas-sodisfazzjon tat-Tabib
Prinċipali tal-Gvern.
Dħul ta’ kandidati.
u n-numru ta’ kandidati li jidħlu jiġi stabbilit minn żmien għal
żmien mit-Tabib Prinċipali tal-Gvern fid-diskrezzjoni tiegħu.
(2) Ma jinbeda ebda kors ta’ tagħlim kemm-il darba ma jkunx
hemm għall-anqas tliet kandidati li jikkwalifikaw għall-iskola ta’
tagħlim.
Kors ta’ tagħlim.
Emendat:
A.L. 103 ta’ l-
1974.
6. Kull kors ta’ tagħlim għandu jdum mhux inqas minn sena,
matul liema kors jingħataw tagħlim teoriku u prattiku skond il-
kurrikuli ta’ studju approvati minn żmien għal żmien mill-Kunsill
ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel, li fil-formazzjoni ta’ dawk il-kurrikuli
l-imsemmi kunsill ikun immexxi mir-Regoli maħruġa mill-Bord
tal-Qwiebel Ċentrali ta’ l-Ingilterra u Wales.
Il-qwiebel studenti 
taħt it-tmexxija ta’ 
midwifery tutor.
Emendat:
A.L. 103 ta’ l-
1974.
7. Il-kandidati li jidħlu fl-iskola ta’ taħriġ ikunu magħrufa
bħala qwiebel studenti u jkunu taħt it-tmexxija ta’ midwifery tutor
li jkollha diploma ta’ għalliema tal-qwiebel rikonoxxuta mill-
Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel, u dik it-tutor tkun inkarigata
mit-tagħlim teoriku u prattiku.
2 L.S.458.13 ħ SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-QWIEBEL
Xogħol fi sptar u 
barra.
Emendat:
A.L. 103 ta’ l-
1974.
8. (1) Matul il-kors ta’ taħriġ, l-studenti jkunu meħtieġa
jaħdmu fis-swali, fis-swali ta’ l-operazzjoni u fit-taqsima ta’ l-out-
patients tad-dipartiment ta’ l-ostetriċja ta’ sptar approvat għall-
finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti mill-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-
Qwiebel, u jistgħu jkunu meħtieġa jaħdmu bil-lejl f’intervalli
regolari.
(2) Il-qwiebel studenti jistgħu jkunu meħtieġa wkoll li
jattendu, taħt superviżjoni, għall-confinements fid-djar u li jiksbu
esperjenza fil-kura ta’ l-omm u tat-tarbija fid-dar.
Eżami ta’ kapaċità .
Emendat:
A.L. 41 ta’ l-1975.
9. (1) Matul l-aħħar gimgħatejn tal-kors ta’ tagħlim isir
eżami, magħruf bħala eżami ta’ kapaċità , li jkun magħmul minn
eżami bil-miktub u minn eżami prattiku u orali.
(2) L-eżami bil-miktub ikun magħmul minn:
(a) karta li jkun fiha mistoqsijiet fuq ix-xogħol ta’ qabla u
fuq il-pedjatrija, u
(b) karta li jkun fiha mistoqsijiet fuq servizzi soċjali.
(3) Wara l-eżami bil-miktub isir eżami prattiku u orali li
jittratta dwar l-aspetti kollha tax-xogħol ta’ qabla, ta’ pedjatrija u
ta’ servizzi soċjali, f’liema eżami l-kandidati jkunu meħtieġa li
jippreżentaw lill-eżaminatur l-ktieb tar-reġistrazzjoni tagħhom ta’
tagħlim u xogħol prattiku, u storja dettaljata tal-każ ta’ tliet
pazjenti li jkunu assistew matul il-kors.
L-anqas marka 
biex tgħaddi fl-
eżamijiet fl-istess 
sessjoni.
Emendat:
A.L. 103 ta’ l-
1974.
l0. (1) Kandidata ma titqiesx li tkun għaddiet mill-eżami ta’
kapaċità  jekk ma tiksibx l-anqas marka biex tgħaddi fiż-żewġ karti
ta’ l-eżami bil-miktub kif ukoll fl-eżami prattiku u orali.
(2) Għall-fini ta’ dan ir-regolament, marka biex tgħaddi tfisser
mhux inqas minn ħamsin fil-mija ta’ l-ogħla marka li tista tinkiseb.
Eżami 
supplementari.
Emendat:
A.L. 103 ta’ l-
1974.
11. Kandidata li teħel mill-eżami ta’ kapaċità  tista’ titħalla
mit-Tabib Prinċipali tal-Gvern li tattendi l-iskola għal perijodu
ieħor ta’ tagħlim hekk li tkun tista’ toqgħod għall-eżami ta’
kapaċità  ta’ wara, fil-prova li fiha tkun naqset li tikseb il-pass mark
meħtieġa, li jkun imissu jsir skond ir-regolamenti.
Tmexxija ta l-
eżami ta’ kapaċità .
Emendat:
A.L. 103 ta’ l-
1974.
12. (1) L-eżami ta’ kapaċità  għandu jitmexxa minn bord ta’
eżaminaturi li jiġi noininat mill-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-
Qwiebel.
(2) Il-bord ta’ eżaminaturi għandu jissottometti r-riżultat ta’ l-
eżami lill-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel għall-approvazzjoni
u ratifika qabel ma jiġi pubblikat.
Meta jinżamm 
eżami ta’ kapaċità .
13. L-eżami ta’ kapaċità  għandu jinżamm darbtejn fis-sena u
avviż minn qabel tad-data meta jibda, jintwera fuq in-notice board
ta’ l-iskola ta’ tagħlim, għall-anqas tliet ġimgħat qabel dik id-data.
Applikazzjoni u 
eliġibbiltà  biex 
toqgħod għall-
eżami ta’ kapaċità .
Emendat:
A.L. 103 ta’ l-
1974.
14. (1) Studentessa li tkun fi ħsiebha tagħmel l-eżami ta’
kapaċità  għandha tisottometti lill-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-
Qwiebel applikazzjoni fuq formula li tkun tista’ tinkiseb mid-
Dipartiment tas-Saħħa, flimkien mad-dritt preskritt.
(2) Kull applikazzjoni għandu jkollha magħha ċertifikat
iffirmat mill-midwifery tutor inkarigata mill-iskola ta’ taħriġ fis-
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-QWIEBEL ġ L.S.458.13 3
sens li l-istudentessa tkun attendiet il-kors kollu ta’ taħriġ fl-iskola,
u li l-kondotta tagħha kienet sodisfaċenti matul il-kors.
(3) Studentessa li ma tingħatax dak iċ-ċertifikat tista’ tapplika
għal dak iċ-ċertifikat wara perijodu ieħor ta’ taħriġ kif it-Tabib
Prinċipali tal-Gvern jista jippermetti fid-diskrezzjoni tiegħu.
Il-kandidati li 
jgħaddu jingħataw 
ċertifikat.
Emendat:
A.L. 103 ta’ l-
1974.
15. (1) L-istudenti li, wara li jispiċċaw il-perijodu kollu ta’
tagħlim, jgħaddu mill-eżami ta’ kapaċità , jingħataw ċertifikat
iffirmat miċ-Chairman tal-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel fejn
jiddikjara illi l-kandidata msemmija fih tkun għamlet il-kors ta’
taħriġ preskritt fl-iskola u li tkun ġiet approvata fl-eżami preskritt.
Kap. 464.
(2) Dak iċ-ċertifikat għandu jitqies li jkun id-diploma ta’
kwalifika biex teżerċita l-professjoni ta’ qabla kif imsemmi fl-Att
dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa.
