KONTROLL TA’ REKLAMI TA’ MEDIĊINALI ġ L.S.458.14 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.14
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TA’ 
REKLAMI TA’ MEDIĊINALI
31 ta’ Lulju, 1981
L-AVVIŻ LEGALI 85 ta’ l-1981.
Titolu.
Kontroll ta’ Reklami ta’ Mediċinali.
Kontroll ta’ 
reklamar.
2. (1) Ebda persuna ma’ tista’ tagħmel reklam jew tħalli jew
tippermetti li jsiru reklami ta’ xi preparati mediċinali jew ta’ xi
rimedju li jingħad li għandu effett terapewtiku jew effett ieħor fuq
il-korp uman jekk ma tkunx awtorizzata b’mod speċifiku biex hekk
tagħmel mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika fuq il-parir tal-
Kunsill tas-Saħħa.
(2) Fl-għoti ta’ l-awtorità  msemmija fis-subregolament (1), l-
imsemmi Suprintendent jista’ jimponi kull kundizzjoni li jidhirlu
xierqa, u b’mod partikolari jista’ jirrestrinġi, jimmodifika jew
xort’oħra jikkontrolla l-presentazzjoni u l-kliem tar-reklam.
(3) Kull persuna li tirreklama jew tħalli li jsiru reklami ta’ xi
preparat mediċinali jew xi rimedju, għandha tiżgura li n-numru tal-
permess tad-Dipartiment tas-Saħħa ikun jidher fuq kull reklam.
