LIĊENZI GĦAL SPIŻERIJI ġ L.S.458.16 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.16
REGOLAMENTI DWAR IL-LIĊENZI
GĦALL-ISPIŻERIJI
6 ta’ Lulju, 1984
L-AVVIŻ LEGALI 31 ta’ l-1984, kif emendat bl-Avviżi Legali 16 ta’ l-
1985, 35 u 67 ta’ l-1986, 20 ta’ l-1987, 103 ta’ l-1992 u 117 ta’ l-1996.
Titolu.
Liċenzi għall-Ispiżeriji.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 464.
"droga" tinkludi kull sustanza mediċinali;
"liċenza" tfisser liċenza mogħtija skond l-Att;
"spiżerija" tfisser kull post minn fejn xi sustanza mediċinali
tinbiegħ, tingħata jew xort’oħra tiġi provduta direttament lill-
pubbliku bl-imnut, irrispettivament jekk dak il-bejgħ, għoti jew
provvista ssirx mal-preżentazzjoni ta’ riċetta mogħtija għal dan
minn tabib, kirurgu dentist, dentist jew veterinarju, jew xort’oħra;
"Suprintendent" tfisser is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
Liċenza.
Emendat:
A.L. 35 ta’ l-1986.
3. (1) Ebda liċenza ma tista’ tingħata jew tiġġedded ħlief
skond id-disposzzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(2) Liċenza tiskadi fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena li fiha
tingħata jew tiġġedded.
(3) Is-Suprintendent jista’ meta joħroġ liċenza jimponi fost il-
kondizzjonijiet il-ħinijiet li fihom l-ispiżerija għandha tinzamm
miftuħa.
(4) Jekk spiżerija tinżamm magħluqa għal żmien sitt xhur, jew
għal dawk iż-żminijiet li flimkien iġibu sitt xhur f’sena kalendarja
waħda, il-liċenza tagħha għandha titqies bħala li m’għadhiex valida
u fi tmiem dak iż-żmien is-Suprintendent għandu javża lill-persuna
li tkun inħarġitilha l-liċenza.
Persuni li ma 
jistgħux jkollhom 
liċenza.
4. (1) Ebda persuna ma tikkwalifika għal liċenza jekk tkun
tabib, kirurgu dentist, dentist jew veterinarju, jew jekk tkun żewġ
jew mart xi tabib, kirurgu dentist, dentist jew veterinarju.
(2) Ebda liċenza ma tingħata jew tiġġedded jekk tabib, kirurgu
dentist, dentist jew veterinarju jkollu xi nteress dirett jew indirett
fl-ispiżerija.
Area għal 
dispensa.
5. Kull spiżerija għandu jkollha area għal dispensa fejn isir il-
preparazzjoni u t-taħlit ta’ sustanzi mediċinali u għandhom ikunu
provduti u miżmuma fi stat tajjeb f’dik l-area, provvista ta’ ilma
tax-xorb bnin, ilma b’temperatura li tista’ tiġi kkontrollata kif ikun
hemm bżonn u sink bi drenagġ tajjeb.
2 L.S.458.16 ħ LIĊENZI GĦAL SPIŻERIJI
Lokijiet. 6. Għandu jiġi provdut loki u dak il-loki għandu jkollu
kkomunikat miegħu apparat ta’ l-ifflaxxjar li jkun jaħdem tajjeb; u
fl-area ta’ dak il-loki għandu jkun hemm provvista ta’ ilma, sapun,
xkupilji tad-dwiefer u faċilitajiet għall-ixxuttar ta’ l-idejn.
Stat tal-fond. 7. Il-fond għandu jinżamm fi stat tajjeb ta’ tiswija u nadif
f’kull ħin; u ma jistgħu jsiru ebda tibdiliet strutturali mingħajr il-
kunsens bil-quddiem tas-Suprintendent.
Konnessjoni ma’ 
abitazzjoni.
8. (1) Ebda spiżerija ma għandha tkun parti minn, jew tinfed
ma’, xi fond użat għall-abitazzjoni, u ħadd ma jista’ jorqod fi
spiżerija.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subregolament (1) u tar-regolament
6 m’għandhomx japplikaw dwar spiżerija li tkun teżisti qabel il-
bidu fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti u li ma tistax issir li tiġi
taqbel ma’ dawk id-disposizzjonijiet.
Użu ristrett tal-
fond.
9.* (1) Id-detentur ta’ l-ispiżerija ma jistax jagħmel, jew
iġiegħel jew iħalli li ssir fil-fond xi attività , li ma tkunx strettament
dik ta’ ħażna, preparazzjoni, għoti, bejgħ jew provvista ta’ drogi,
jew dik tal-ħażna u bejgħ ta’ oġgetti oħra kif imsemmi fir-
regolament 14(3).
(2) Ma għandu jkun hemm ebda komunikazzjoni, la permanenti
lanqas temporanja, bejn il-fond ta’ spiżerija u xi fond ieħor li jkun
użat għal xi attività , tkun li tkun, kummerċjali, professjonali jew
xort’oħra, ħlief skond is-subregolament (1).
Tmexxija ta’ 
spiżerija.
10. (1) Kull spiżerija għandha titmexxa minn spiżjar li hu
awtorizzat li jeżerċita l-professjoni tiegħu skond l-Att, u dak l-
ispiżjar għandu jkun preżenti fl-ispiżerija fil-ħinijiet kollha li
matulhom l-ispiżerija tkun miftuħa.
(2) Id-detentur tal-liċenza u l-ispiżjar li jkollu t-tmexxija ta’
spiżerija u, fin-nuqqas tagħhom, kull persuna li taġixxi minflokhom
biex tiftaħ jew tagħlaq l-ispiżerija biex titmexxa fix-xogħol ta’
kuljum, għandha tavża minnufih lis-Suprintendent bl-assenza (jekk
mhux tal-mument) ta’ l-ispiżjar li jkollu t-tmexxija ta’ spiżerija.
(3) L-ispiżjar li jkollu t-tmexxija ta’ spiżerija għandu jagħti
avviż bil-miktub bil-quddiem lis-Suprintendent ta’ l-isem u l-
indirizz ta’ kull tekniku ta’ spiżerija ġdid li jkun qed jassistih fl-
ispiżerija.
(4) Meta tekniku ta’ spiżerija ma jibqax impjegat f’xi spiżerija,
l-ispiżjar li jkollu t-tmexxija ta’ dik l-ispiżerija għandu jgħarraf lis-
Suprintendent fi żmien tmienja u erbgħin siegħa.
(5) (i) L-ispiżjar li jkollu t-tmexxija ta’ spiżerija, kull spiżjar
ieħor u kull tekniku ta’ spiżerija li jkun inkarigat fi
spiżerija jew impjegat fiha, skond il-każ, għandu jilbes
bluża bajda nadifa f’kull ħin li matulu jkun qiegħed l-
ispiżerija.
*Għadu mhux fis-seħħ.
LIĊENZI GĦAL SPIŻERIJI ġ L.S.458.16 3
Kap. 258.
(ii) L-ispiżjar li jkollu t-tmexxija ta’ spiżerija għandu
jilbes fuq il-bluża f’kull ħin li matulu jkun qiegħed fl-
ispiżerija li tkun taħt id-direzzjoni tiegħu, karta ta’ l-
identità  maħruġa mis-Suprintendent għal dan l-għan, li
jkun fiha ritratt riċenti bil-kulur ta’ l-imsemmi spiżjar,
ismu, l-indirizz u l-kwalifiki tiegħu, in-numru tal-karta
ta’ l-identità  maħruġa taħt l-Att dwar il-Karta ta’ l-
Identità  u l-isem "spiżjar li għandu t-tmexxija ta’ l-
ispiżerija" u l-isem ta’ l-ispiżerija.
(iii) L-ispiżjar għandu jibgħat lis-Suprintendent żewġ
ritratti riċenti bil-kulur, qies tal-passaport, meta dan
jagħti l-avviż li jkun ħa f’idejh it-tmexxija ta’ l-
ispiżerija.
(iv) Id-disposizzjonijet tal-paragrafu (iii) japplikaw ukoll
għall-ispiżjara li kollhom it-tmexxija ta’ spiżerija li
jkunu diġà  qed jaġixxu f’dik il-kariga meta jibdew
iseħħu dawn ir-regolamenti:
Iżda dawk l-ispiżjara li jkollhom it-tmexxija ta’
spiżerija għandhom jissottomettu r-ritratti fi żmien
ġimgħa mill-jum li fih jibdew iseħħu dawn ir-
Regolamenti:
Iżda wkoll id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (ii)
għandhom, fl-applikazzjoni rispettivi tagħhom,
japplikaw malli jgħaddu xahrejn wara l-bidu fis-seħħ
ta’ dawn ir-regolamenti.
(6) Id-disposizzjonjiet tas-sub-regolament (5)(ii), (iii) u (iv)
għandhom, meta jkun hekk meħtieġ mis-Suprintendent, japplikaw
mutatis mutandis għal kull spiżjar u għal kull tekniku ta’ l-
ispiżerija mpjegati f’xi spiżerija.
Ordni għal għeluq.
spiżjar ieħor ma jkunx preżenti, u s-Suprintendent ikun sodistatt li
jeżistu ċirkostanzi li jista’ jinħoloq suspett li jista’ jkun hemm ksur
tad-disposizzjonijiet ta’ l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-
saħħa tagħhom, jew ta’ xi leġislazzjoni dwar mediċini, is-
Suprintendent jista’ jordna li l-ispiżerija tingħalaq minnufih u
tibqa’ magħluqa sa dak iż-żmien li hu jkun sodisfatt li ma jibqa’
ebda ksur.
Kondotta ta’ 
impjegati.
12. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att li japplikaw
għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ spiżjar jew ta’ tekniku ta’
spiżerija, ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata fi spiżerija jekk
tinsab ħatja f’xi qorti f’Malta jew barra minn Malta ta’ serq jew ta’
abbuż ta’ drogi.
(2) Qabel ma tingħata jew tiġġedded liċenza, is-sid jew persuni
oħra li tmexxi n-negozju ta’ spiżerija għandha tagħti lis-
Suprintendent lista tal-persuni mpjegati minnha fl-ispiżerija. Is-
Suprintendent jista’ f’kull żmien jeħtieġ li dak l-impjegat
jipproduċilu ċertifikat tal-kondotta mingħand il-Kummissarju tal-
Pulizija, u jkun id-dmir ta’ dak l-impjegat li josserva dik it-talba
mingħajr dewmien.
4 L.S.458.16 ħ LIĊENZI GĦAL SPIŻERIJI
Bejgħ ta’ mediċini. 13. Ebda mediċina ma tista’ tinbiegħ f’xi spiżerija jekk mhux
minn spiżjar:
Iżda tekniku ta’ spiżerija jista’, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att, ibiegħ dawk is-sustanzi mediċinali li ma
jeħtieġux riċetta.
Tagħmir, ħazna u 
dehra.
14. (1) Kull spiżerija għandha tiġi provduta b’użin u kejl
metriku u b’dawk l-utensili u tagħmir li jista’ jkunu meħtieġa skond
il-prattika tajba tal-farmaċija.
(2) Għandhom ukoll jiġu provduti f’kull spiżerija dawk is-
sustanzi mediċinali skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att; u kull
spiżerija għandha taqbel ma’ kull kundizzjoni oħra li minn żmien
għal żmien tista’ tiġi mposta mis-Suprintendent dwar ħażna u bejgħ
ta’ drogi.
(3) Id-detentur tal-liċenza għandu jiżgura li d-dehra tal-post u
kif tkun irranġata l-vetrina juru l-karattru professjonali ta’ l-
ispiżerija u jkun jidher ċar għall-pubbliku li l-prattika tal-farmaċija
tkun l-għan ewlieni ta’ l-istabbiliment, u li l-kliem tat-tabella tal-
ħanut ikun jaqbel mad-dinjità  tal-professjoni:
Iżda barra minn preparati mediċinali jistgħu jinbiegħu
wkoll fi spiżerija tagħmir mediku li għandu x’jaqsam mal-
professjoni medika u l-professjonijet li għandhom x’jaqsmu
magħha, kosmetiċi, rekwiżiti tat-twaletta, fwieħa, oġġetti
fotografiċi u ottiċi, ikel tat-trabi u oġġetti oħra li fil-fehma tal-
Kunsill ta’ l-Ispiżjara ma jbaxxux il-prestiġju tal-professjoni.
Tikketti. 15. (1) Il-mediċinali kollha għandu jkollhom tikketta xierqa.
(2) Għall-fini ta’ dan ir-regolament tikketta tinkludi d-data ta’
l-iskadenza meta skond il-prattika tajba tal-farmaċija dik id-data
tkun indikata.
Ħarsien ta’ 
mediċini.
16. (1) Id-detentur ta’ liċenza għandu jiżgura li jkun hemm
faċilitajiet fil-post għall-ħarsien ta’ mediċini b’dak il-mod li tigi
evitata l-possibilità  li jkun hemm użu ħażin tal-mediċini maħżuna.
L.S. 31.18.
Kap. 101.
(2) Il-mediċini kollha mniżżlin fit-Tieni Skeda li tinsab mar-
Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Mediċini, jew li jaqgħu taħt l-
Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi u l-veleni kollha għandhom
jinżammu msakkrin biċ-ċavetta, liema ċavetta tinżamm mill-
ispiżjar li jkollu t-tmexxija ta’ spiżerija.
(3) Ebda persuna barra l-ispiżjar li jkollu t-tmexxija ta’
spiżerija m’għandha jkollha kopja ta’ l-imsemmija ċavetta jew
aċċess għall-imsemmija ċavetta mingħajr il-permess tas-
Suprintendent.
(4) Is-Suprintendert jista’ jeħtieġ li sustanzi mediċinali oħra
jew kategoriji ta’ sustanzi mediċinali barra dawk imsemmija fis-
subregolament (2) għandhom jinżammu magħluqa kif intqal qabel.
Mediċini 
deterjorati jew 
mediċini b’data ta’ 
l-iskadenza.
17. (1) Ebda mediċina deterjorata ma għandha tinżamm f’xi
spiżerija.
(2) Ebda mediċina li jkollha data ta’ l-iskadenza ma għandha-
LIĊENZI GĦAL SPIŻERIJI ġ L.S.458.16 5
(a) tinbiegħ, tingħata jew xort’oħra tiġi provduta wara li
tkun għaddiet id-data ta’ l-iskadenza tagħha, jew
(b) tinżamm fil-post ta’ xi spiżerija, anki jekk ma tkunx
għall-bejgħ, biex tingħata jew biex xort’oħra tigi
provduta, għal aktar minn xahar wara li tkun għaddiet
dik id-data.
(3) Meta xi mediċina li jkollha data ta’ l-iskadenza tinbiegħ,
tingħata jew xort’oħra tiġi provduta f’reċipjent jew f’pakk li jkun
differenti minn dak li fih tkun ġiet oriġinarjament ippakkjata, l-
ispiżjar li jkollu t-tmexxija ta’ spiżerija għandu jiżgura li d-data ta’
l-iskadenza titniżżel b’mod li jinqara fuq kull pakk ġdid.
Reġistri li 
jinżammu u 
rapport ta’ bejgħ u 
ħażna ta’ mediċini.
18. (1) Kull spiżerija għandha jkollha kopja riċenti tal-British
Pharmacopea jew ta’ l-International Pharmacopea.
(2) Għandha jkollha wkoll ir-reġistri u l-ktieb li ġejjin:
(a) reġistru prinċipali li fih jitniżżel il-bejgħ ta’ kull
sustanza mediċinali li teħtieġ riċetta kif provdut fl-Att;
(b) reġistru tal-veleni li fih jitniżżel il-bejgħ ta’ kull
sustanza velenuża kif provdut fl-Att;
L.S. 31.18
(ċ) reġistru jew reġistri li fihom jitniżżlu kull xiri u bejgħ
tal-mediċini mniżżlin fit-Tieni Skeda li tinsab mar-
Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Mediċini;
Kap. 101.
(d) reġistri li fihom jitniżżlu kull xiri u bejgħ ta’ mediċini
kif meħtieġ b’regoli jew b’regolamenti magħmula
skond l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi; u
(e) ktieb li fih jitniżżel il-proċess verbali ta’ l-ispezzjon
ta’ kull spiżerija skond id-disposizzjonijet ta’ l-Att.
(3) Il-paġni kollha ta’ kull reġistru u ktieb imsemmija fis-
subregolament (2) għandhom ikunu numerati konsekuttivament u
għandhom ikunu ttimbrati minn tabib tas-saħħa, u jkunu jistgħu
jiġu spezzjonati minn tabib awtorizzat mis-Suprintendent jew minn
spiżjar awtorizzat.
L.S. 31.18
Kap. 101.
(4) Qabel kull tiġdid ta’ liċenza, l-ispiżjar li jkollu t-tmexxija
ta’ spiżerija għandu jagħmel rapport duplikat tat-transazzjonijiet
kollha dwar mediċini mniżżlin fit-Tieni Skeda li tinsab mar-
Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Mediċini, u skond l-Ordinanza
dwar il-Mediċini Perikolużi; dak ir-rapport għandu jinkludi, fost
tagħrif rilevanti ieħor, dwar kull waħda minn dawk il-mediċini, l-
ammont totali mixtri, il-forma u d-doża tagħha, kull data tax-xiri,
il-bejgħ totali u kont ta l-istock taking li jsir fl-aħħar tas-sena.
Kopja ta’ dak ir-rapport għandha tintbagħat lis-Suprintendent u
kopja oħra tinżamm mid-detentur tal-liċenza.
(5) Rapport duplikat kif imsemmi fis-subregolament (4)
għandu jsir ukoll mill-imsemmi spiżjar qabel ma jħalli l-ispiżerija
li tkun taħt it-tmexxija tiegħu.
Ħinijiet tal-ftuħ.
jiem u f’dawk il-ħinijiet li s-Suprintendent jista’ jordna minn żmien
għal żmien skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att.
6 L.S.458.16 ħ LIĊENZI GĦAL SPIŻERIJI
(2) L-ispiżjar inkarigat minn spiżerija li m’hijiex meħtieġa li
tinżamm miftuħa skond is-subregolament (1) għandu jwaħħal mal-
bieb ta’ l-ispiżerija taħt it-tmexxija tiegħu avviż li jidher sew mit-
triq li juri l-isem u l-indirizz ta’ l-ispiżerija jew l-ispiżeriji li jkunu
meħtieġa jibqgħu miftuħin f’dak id-distrett partikolari.
(3) Avviż li juri l-isem u l-indirizz ta’ l-ispiżjar li għandu t-
tmexxija ta’ spiżerija għandu jinżamm imwaħħal fuq il-bieb ta’ l-
ispiżerija b’dak il-mod li jkun jidher mit-triq u fil-ħinijiet kollha li
matulhom l-ispiżerija tkun magħluqa.
Riċetti mhux 
aċċettabbli.
Emendat:
A.L. 67 ta’ l-1986.
20. (1) Ħadd ma jista’ jagħti xi preparat mediċinali fuq ir-
riċetta ta’ persuna li hi awtorizzata taħt l-Att li teżerċita l-
professjoni medika biss bħala house physician/surgeon fi sptar jew
klinika tal-gvern, kemm-il darba dik ir-riċetta ma tkunx turi li tkun
inħarġet minn sptar jew klinika tal-gvern.
(2) Ħadd ma jista’ jagħti xi preparat mediċinali fuq ir-riċetta
ta’ persuna li għalkemm għandha liċenza biex teżerċita l-
professjoni medika jew dentali, ma tkunx tista’ minħabba ftehim
mal-Gvern teżerċita l-prattika privata tal-professjoni tagħha
sakemm tkun serviet fi sptar jew klinika tal-gvern jew fi
kwalunkwe fergħa oħra tas-servizz tas-saħħa provdut mill-gvern
għal dak iż-żmien li jista’ jkun speċifikat f’dak il-ftehim, kemm-il
darba dik ir-riċetta ma tkunx turi li tkun inħarġet minn sptar jew
klinika tal-gvern jew fi kwalunkwe fergħa oħra tas-servizz tas-
saħħa provdut mill-gvern.
(3) Is-Suprintendent għandu minn żmien għal żmien jagħti lill-
ispiżjar li għandu t-tmexxija ta’ xi spiżerija liċenzjata l-ismijiet u l-
indirizzi tal-persuni mediċi u dentali msemmija f’dan ir-
regolament.
Imħażen. 21. Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, mutatis
mutandis, japplikaw ukoll għall-imħażen użati dwar xi spiżerija.
