TAQSIMIET SPEĊJALI TAR-REĠISTRU U L-ELENKU 
TA’ L-ELENKU TA’ L-INFERMIERI ġ L.S.458.17 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.17
REGOLAMENTI DWAR IT-TAQSIMIET 
SPEĊJALI TAR-REĠISTRU U L-ELENKU TA’ 
L-INFERMIERI
2 ta’ Novembru, 1984
L-AVVIŻ LEGALI 49 ta’ l-1984, kif emendati bl-Avviż Legali 13 ta’ l-
1994.
Titolu.
Taqsimiet Speċjali tar-Reġistru u l-Elenku ta’ l-Infermieri.
Taqsimiet speċjali 
tar-reġistru ta’ l-
infermieri.
Emendat:
A.L. 13 ta’ l-1994.
2. Fir-reġistru ta’ l-infermieri għandu jkun hemm dawn it-
taqsimiet speċjali:
(a) reġistru ta’ infermieri kwalifikati fl-infermerija ta’
pazjenti li jbatu b’mard tal-moħħ. (infermieri reġistrati
għal dawk li huma morda b’moħħhom);
(b) reġistru ta’ infermieri kwalifikati fl-infermerija ta’
pazjenti mentalment inkapaċi. (infermieri reġistrati
għal dawk li huma mentalment inkapaċi);
(ċ) reġistru ta’ infermieri kwalifikati fl-infermerija ta’ tfal
morda. (infermieri reġistrati għal tfal morda);
(d) reġistru ta’ infermieri mħarrġin fl-infermerija għall-
adulti.
Taqsimiet speċjali 
ta’ l-elenku ta’ l-
infermieri.
3. Fl-elenku ta’ l-infermieri għandu jkun hemm dawn it-
taqsimiet speċjali:
(a) elenku ta’ infermieri kwalifikati fl-infermerija ta’
pazjenti li jbatu b’mard tal-moħħ. (infermieri elenkati
għal dawk morda b’moħħhom);
(b) elenku ta’ infermieri kwalifikati fl-infermerija ta’
pazjenti mentalment inkapaċi. (infermieri elenkati għal
dawk li huma mentalment inkapaċi);
(ċ) elenku ta’ infermieri kwalifikati fl-infermerija ta’ tfal
morda. (infermieri elenkati għal tfal morda).
