PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET TAL-
PROFESSJONISTI KUMPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA ġ L.S.458.19 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.19
REGOLI DWAR IL-PROĊEDURA BIEX 
JITĦASSRU L-ISMIJIET TAL-PROFESSJONISTI 
KUMPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA
20 ta’ Settembru, 1985
L-AVVIŻ LEGALI 31 ta’ l-1985, kif emendat bl-Avviż Legali 3 ta’ l-
2000.
Titolu.
biex jitħassru l-Ismijiet tal-Professjonisti Kumplimentari għall-
Mediċina.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 3 ta’ l-2000.
Kap. 464.
2. F’dawn ir-regoli -
"Att" tfisser l-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa;
"Chairman" tfisser iċ-Chairman tal-Kunsill dwar il-
Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina u jinkludi, fil-każ ta’
l-assenza taċ-Chairman minn laqgħa tal-Kunsill, il-membru li
jaġixxi bħala Chairman għal dik il-laqgħa;
"eżerċitant" tfisser fiżjoterapista, xjenzat fil-laboratorju mediku,
occupational therapist, radjografu, speech therapist, spettur tas-
saħħa jew membru ta’ xi professjoni oħra kumplimentari għall-
mediċina kif il-Ministru tas-Saħħa jiddikjara skond l-Att, reġistrat
skond l-Att;
Kap. 94.
"Kunsill" tfisser il-Kunsill dwar il-Professjonijiet Kumplimentari
għall-Mediċina stabbilit bl-Ordinanza dwar l-Organizzazzjoni tad-
Dipartiment tas-Saħħa;
Kap. 94.
"Reġistratur" tfisser ir-Reġistratur tal-Kunsill dwar il-
Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina nominat skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 35(4) ta’ l-Ordinanza dwar l-
Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa;
"reġistru xieraq" tfisser ir-reġistru xieraq għall-finijiet ta’ l-Att.
Ordnijiet skond l-
Att.
3. Ebda ordni ma għandu jingħata skond l-Att ħlief minħabba
xi inkjesta skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli dwar l-
akkuża formulata f’avviż ta’ inkjesta notifikat skond l-imsemmija
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli lill-persuna li kontra tagħha
tkun saret l-akkuża.
Kwereli u rapporti.
Kap. 9.
4. (1) Meta kwerela bil-miktub minn persuna privata jew
rapport minn persuna b’kariga pubblika jintbagħtu lill-Kunsill -
(a) illi eżerċitant ikun instab ħati minn xi qorti Maltija ta’
xi delitt li għalih hemm piena ta’ pruġinerija ta’ iżjed
minn sena jew ta’ xi wieħed mid-delitti msemmija fl-
artikoli 212 sa 219 jew fl-artikoli 221 sa 223 tal-
Kodiċi Kriminali; jew
(b) fuq il-kondotta ta’ eżerċitant; jew
(ċ) illi l-eżerċitant ma jkunx tajjeb li jkompli jeżerċita l-
professjoni tiegħu minħabba mard mentali jew fiżiku,
2 L.S.458.19 ħ
PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET TAL-
PROFESSJONISTI KUMPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA
ir-Reġistatur għandu jissottomenti l-istess liċ-Chairman.
(2) Safejn il-kwerela tirriferixxi għal kondotta jew inkapaċità
minħabba mard ma għandhiex titmexxa aktar ’il quddiem kemm-il
darba u sakemm ma tiġix konfermata permezz ta’ dikjarazzjoni bil-
ġurament; u kull dikjarazzjoni -
(a) għandha turi l-indirizz u d-deskrizzjoni tad-dikjarant,
u
(b) jekk xi fatt dikjarat ma jkunx jaf bih personalment id-
dikjarant, għandha turi l-oriġini ta’ dak li sar jaf id-
dikjarant u r-raġunijiet għaliex emmen li l-fatt huwa
veru.
(3) Iċ-Chairman għandu jordna lir-Reġistratur biex jinnotifika
lill-eżerċitant li ġiet riċevuta l-kwerela jew ir-rapport, u jgħid is-
sustanza tal-kwerela jew rapport u jibgħat lill-eżerċitant kopja ta’
kull dikjarazzjoni ġuramentata magħmula skond s-subregola (2), u
jitlob lill-eżerċitant biex jissottometi lill-Kunsill, fiż-żmien li ċ-
Chairman jistabbilixxi, kull spjegazzjoni li l-eżerċitant jagħti; u
kull spjegazzjoni għandha tkun bil-miktub u għandha tasal għand
ir-Reġistratur fiż-żmien stabbilit miċ-Chairman:
Iżda, meta l-kwerela jew ir-rapport jirriferixxu għal
kondotta professjonali disonorevoli, ċ-Chairman għandu jordna lir-
Reġistratur -
(a) biex jibgħat id-dokument lill-Kunsill biex dan
jiddeċiedi jekk il-każ għangux jieqaf hemm jew le; jew
(b) jinnotifika lill-eżerċitant skond id-disposizzjonijiet ta’
din is-subregola.
(4) Iċ-Chairman għandu jordna lir-Reġistratur biex jibgħat
għall-inkjesta kwerela jew rapport lill-Kunsill flimkien ma’ kull
spjegazzjoni mogħtija wara mill-eżerċitant u kull dikjarazzjonijiet
ġuramentati magħmula skond is-subregola (2).
Avviż ta’ inkjesta. 5. (1) Kemm jista’ jkun malajr wara li l-kwerela jew ir-
rapport ikun intbagħat lill-Kunsill u kemm-il darba l-Kunsill ma
jkunx sodisfatt għal kollox bl-ispjegazzjoni miktuba ta’ l-
eżerċitant, ir-Reġistratur għandu jinnotifika lill-eżerċitant b’avviż
li għandu jispeċifika l-akkuża, d-data, il-ħin u l-post li fihom l-
inkjesta tkun ser issir.
(2) L-avviż għandu jingħata għallinqas tmint ijiem qabel id-
data ta’ l-inkjesta.
(3) Ir-Reġistratur għandu jara li dak l-avviż jiġi notifikat jew
personalment lill-eżerċitant, jew fil-post tar-residenza tiegħu.
(4) Avviż ta’ inkjesta għandu jkun fil-forma murija fil-Formula
A li hemm fl-Iskeda, b’dak it-tibdil kif iċ-ċirkostanzi jistgħu
jeħtieġu.
(5) Kopja ta’ dawn ir-regoli għandha tintbgħat ma’ kull avviż
ta’ inkjesta.
(6) Kopja ta’ l-avviż ta’ inkjesta għandha tiġi notfikata lill-
kwerelant jew lil min ikun bgħat ir-rapport.
PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET TAL-
PROFESSJONISTI KUMPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA ġ L.S.458.19 3
Ġurnata u ħin ta’ 
inkjesta.
6. Iċ-Chairman għandu jistabbilixxi l-ġurnata u l-ħin biex
issir inkjesta skond l-Att. 
Avviż difettuż.
Chairman, jew f’xi stadju tas-smigħ ikun jidher lill-Kunsill, illi l-
avviż ta’ inkjesta ikun difettuż, iċ-Chairman jew il-Kunsill, skond
il-każ, għandu jordna li jinbidel l-avviż kif jidhirlu meħtieġ kemm-
il darba, wara li jittieħed kont tal-meriti tal-każ, l-emendi meħtieġa
jkunu jistgħu jsiru mingħajr inġustizzja.
(2) Meta fil-fehma taċ-Chairman jew tal-Kunsill ikun spedjenti
illi l-inkjesta għandha tiġi posposta jew differita, iċ-Chairman jew
il-Kunsill, skond il-każ, għandhom jagħtu dawk l-ordnijiet li
jidhirlhom meħtieġa.
Proċeduri fil-
pubbliku.
8. Il-proċeduri quddiem il-Kunsill għandhom ikunu pubbliċi;
iżda l-Kunsill jista’, meta jidhirlu meħtieġ jew xieraq, jordna illi l-
proċeduri jsiru privatament.
Astensjoni jew 
rikuża.
Kap. 12.
9. (1) Kull membru tal-Kunsill u r-Reġistratur għandhom
jastjenu milli jieħdu sehem f’xi inkjesta jew jistgħu jiġu rikużati
f’kull waħda miċ-ċirkostanzi li fiha mħallef jastjeni jew jista’ jiġi
rikużat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Kull rikuża għandha ssir qabel il-qari mir-Reġistratur ta’ l-
akkuża lill-eżerċitant, sakemm ir-raġuni tar-rikuża ma tkunx qamet
jew il-parti tkun saret taf biha wara.
(3) Il-Kunsill għandu jiddeċiedi l-oġġezzjoni qabel il-qari ta’ l-
akkuża jew wara, skond il-każ, u d-deċiżjoni tiegħu tkun finali.
Għajnuna legali u 
għajnuna oħra.
10. (1) Kull parti f’kull proċedura quddiem il-Kunsill tista’
tiġi mgħejjuna minn avukat jew prokuratur legali. L-eżerċitant
jista’ jkun ukoll mgħejjun minn membru tal-professjoni tiegħu, li
ismu jkun jidher fir-reġistru xieraq.
(2) Iċ-Chairman għandu jgħarraf bid-disposizzjonijiet ta’ dawn
ir-regoli lil kull parti li tidher quddiem il-Kunsill mingħajr il-
għajnuna ta’ xi ħadd.
Qari ta’ l-akkuża.
mir-Reġistratur ta’ l-akkuża. Wara dan iċ-Chairman għandu
jagħmel lill-eżerċitant il-mistoqsija jekk jammettix jew jiċħadx l-
akkuża.
Ammissjoni jew 
ċaħda.
12. (1) Jekk l-eżerċitant jammetti l-akkuża l-Kunsill jista’,
fid-deskrizzjoni tiegħu, jiddispensa mill-produzzjoni ta’ xhieda u
jgħaddi biex jiddeċiedi f’dik il-ġurnata jew f’xi ġurnata oħra
iffissata għal dak l-iskop.
(2) Jekk l-eżerċitant jiċħad l-akkuża l-Kunsill għandu jkompli
bl-inkjesta.
(3) Jekk l-eżerċitant jonqos milli jattendi mingħajr raġuni ġusta
u l-Kunsill ikun sodisfatt illi l-avviż ta’ inkjesta jkun ġie notifikat
kif meħtieġ b’dawn ir-regoli, il-Kunsill jista’, jekk jidhirlu xieraq,
ikompli bl-inkjesta fl-assenza tiegħu:
Iżda, jekk l-eżerċitant ma jkunx jista’ jattendi minħabba
4 L.S.458.19 ħ
PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET TAL-
PROFESSJONISTI KUMPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA
raġuni ġusta, hu jista’, jekk jippreferixxi, jitlob li l-inkjesta
titkompla u jinnomina waħda mill-persuni msemmija fir-regola
10(1) biex tirrapreżentah fil-proċediment.
Proċedimenti.  13. Il-proċediment dwar inkjesta jkun hekk:
(a) Ix-xhieda b’sustenn ta’ l-akkuża għandhom jinstemgħu
u jiġu eżaminati mill-parti li tipproduċihom jew fin-
nuqqas tagħha mill-Kunsill, u kontro-eżaminati mill-
eżerċitant; wara dan kull membru tal-Kunsill ikun
jista’ jagħmel mistoqsijiet li jidhirlu.
(b) Wara jinstemgħu x-xhieda tad-difiża u f’każ li l-
eżerċitant jixtieq jagħti ix-xiehda tiegħu, jista’
jagħmel hekk kemm-il darba x-xiehda tiegħu tingħata
qabel dik ta’ kull xhud li jkun ser jiġi prodott minnu.
Ix-xhieda għandhom jiġu eżaminati mill-eżerċitant jew
mill-persuna li tkun qed tgħin jew mir-rappreżentat
tiegħu u kontro-eżaminati minn kull parti oħra fil-
proċediment; wara dan kull membru tal-Kunsill ikun
jista’ jagħmel il-mistoqsijiet.
(ċ) Meta l-provi kollha jkunu saru, l-eżerċitant jista’,
personalment jew permezz tal-persuna li minnha jkun
mgħejjun jew rappreżentat, jindirizza lill-Kunsill u
jagħmel id-difiża tiegħu.
(d) Il-Kunsill għandu wara dan jiddeċiedi f’dik il-ġurnata
jew f’xi ġurnata oħra ffissata għal dak l-iskop.
(e) Il-Kunsill ma jkunx prekluż f’kull stadju tal-
proċediment qabel id-deċiżjoni milli jerġa’ jisma’ xi
xhud jew milli jitlob il-produzzjoni ta’ xi dokumenti.
Akkuża mhux 
pruvata.
14. Fil-każijiet kollha meta l-Kunsill ikun soddisfatt illi l-
akkuża ma tkunx ġiet pruvata, il-Kunsill għandu jniżżel deċiżjoni li
l-akkuża ma tkunx ġiet pruvata u illi l-eżerċitant jkun jew ma jkunx
ħati dwar il-ħwejjeġ li għalihom l-akkuża tirreferixxi.
Deċiżjonijiet fil-
pubbliku u bil-
miktub.
15. (1) Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jingħataw fil-
pubbliku u bil-miktub; għandhom ikunu ffirmati miċ-Chairman.
(2) L-oriġinal għandu jinżamm mir-Reġistratur, flimkien mal-
proċess sħiħ ta’ l-inkjesta.
Validità  ta’ 
proċedimenti.
16. Meta skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dawn ir-regoli l-inkjesta tkun differita, il-validità  tal-proċediment
f’dik il-laqgħa ma għandhiex tiġi attakkata għar-raġuni illi l-
membri tal-Kunsill li kienu preżenti fil-laqgħa ta’ qabel ma kienux
preżenti fil-laqgħa ta’ wara jew illi membri tal-Kunsill li kienu
preżenti fil-laqgħa ta’ wara ma kienux preżenti fil-laqgħa ta’ qabel.
Kopja tad-
deċiżjoni.
17. Ir-Reġistratur għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-
eżerċitant kopja tad-deċiżjoni tal-Kunsill.
Formula ta’ taħrik 
tax-xhieda.
18. L-avviż lil xi persuna biex tidher quddiem il-Kunsill biex
tixhed u/jew biex tipproduċi dokumenti għandu jkun skond il-
forma ta’ tahrik tax-xhieda murija fil-Formula B li hemm fl-Iskeda.
Firma u notifika ta’ 
avviż.
19. Kull avviż imsemmi f’dawn ir-regoli għandu jkun iffirmat
PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET TAL-
PROFESSJONISTI KUMPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA ġ L.S.458.19 5
miċ-Chairman u bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regola 5(3),
għandu jiġi notifikat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 36 ta’
l-Att:
Iżda kull avviż maħruġ skond ir-regola 18 għandu jiġi
notifikat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 37 ta’ l-Att.
Setgħa tal-Kunsill.
(a) jżomm il-bonordni, u
(b) jirregola d-diskussjoni.
Diskussjonijiet 
konfidenzjali.
21. II-membri tal-Kunsill u r-Reġistratur ma għandhom jikxfu
ebda ħaġa diskussa mill-Kunsill waqt l-inkjesta.
Proċedimenti oħra.
għandu jirregola l-proċeduri tiegħu stess.
6 L.S.458.19 ħ
PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET TAL-
PROFESSJONISTI KUMPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA
SKEDA
Regoli 5(3), 18
FORMULA A
Regola 5 (3)
 KUNSILL DWAR lL-PROFESSJONIJIET 
KUMPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA 
Avviż ta’ Inkjesta
Lil ....................................(data)
.........................................
Jiena b’dan navżak illi l-Kunsill dwar il-Professjonijiet
Kumplimentari għall-Mediċina ordna inkjesta biex jikkunsidra u
jiddeċidi l-akkuża imputata lilek, jiġifieri .......................................
...................................................................................................
Ninfurmak illi l-ewwel seduta ta’ l-imsemmija inkjesta sejra ssir
nhar ........................ il-........................ 19 ...... fil-.................... il-
........................
 Kopja tar-Regoli dwar il-Professjonijiet Kumplimentari għall-
Mediċina (Proċedura dwar it-Tħassir ta’ Ismijiet) hija annessa biex
tagħraf timxi.
Inti mwissi illi jekk tonqos li tidher mingħajr ma tagħti
spjegazzjoni tajba għall-assenza tiegħek ma jipprekludix lill-
Kunsill dwar il-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina milli
jkompli l-inkjesta anki fl-assenza tiegħek.
Chairman,
Kunsill dwar il-Professjonijiet 
Kumplimentari għall-Mediċina
 
PROĊEDURA BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET TAL-
PROFESSJONISTI KUMPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA ġ L.S.458.19 7
FORMULA B 
Regola 18
KUNSILL DWAR IL-PROFESSJONIJIET 
KUMPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA
Avviż lil persuna biex tixhed u/jew biex tipproduċi dokumenti,
eċċ.
Lil ....................................(data)
Għandek tattendi quddiem il-Kunsill dwar il-Professjonijiet
Kumplimentari għall-Mediċina nhar ..................... il-
........................ 19 ...... fil- .................. il- .................. u hekk
f’kull ġurnata oħra li għaliha s-smigħ ikun ġie differit, biex tixhed
u/jew biex tipproduċi d-dokumenti li ġejjin ....................................
fil-kwistjoni ta’ inkjesta kontra .......................................
 Inti mwissi illi jekk tonqos li tattendi tista’ teħel il-penalitajiet
preskritti mil-liġi.
Chairman,
Kunsill dwar il-Professjonijiet 
Kumplimentari għall-Mediċina
