SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
REĠISTRATI ġ L.S.458.20 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.20
REGOLAMENTI DWAR L-ISKOLA TA’ TAĦRIĠ 
GĦALL-INFERMIERI REĠISTRATI
16 ta’ Settembru, 1986
L-AVVIŻ LEGALI 55 ta’ l-1986, kif emendat bl-Avviżi Legali 5 ta’ l-
1987, 19 u 93 ta’ l-1988, 92 ta’ l-1989, 95 ta’ l-1991 u 148 ta’ l-1993.
Titolu.
Iskola ta’ Taħriġ għall-Infermieri Reġistrati.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"sptar" tfisser sptar, jew xi parti minnu, approvat mill-Kunsill ta’
l-Infermiera u l-Qwiebel bħala li jifforma parti minn skola ta’
taħriġ; 
"skola" tfisser skola ta’ tagħlim u taħriġ kompleta, li tinkludi
sptar wieħed jew iktar jew parti minnhom, approvati mill-Kunsill
ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel, għal infermieri biex jidħlu fit-taqsima
ġenerali tar-reġistru tal-Kunsill ta’ l-Infermiera.
Kondizzjonijiet 
għad-dħul.
Sostitwit:
A.L. 92 ta’ l-1989.
3. L-iskola tkun miftuħa għal kandidati li meta tagħlaq id-
data ta’ l-applikazzjonijiet għad-dħul -
(a) ma jkollhomx inqas minn sittax-il sena u mhux aktar
minn ħamsa u tletin sena; u jew
(b) ikunu temmew b’suċċess il-kors ta’ studji approvat fil-
Prevocational School (Health Care); jew
(ċ) ikollhom general certificate of education ta’ livell
ordinarju, jew ċertifikat tal-matrikola ta’ Malta, fil-
lingwi Maltija u Ingliża, fil-matematika u f’xi żewġ
suġġetti li hemm fl-Ewwel Skeda.
Eżami tad-dħul.
Sostitwit:
A.L. 92 ta’ l-1989
4. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet tar-regolament 3, it-Tabib
Prinċipali tal-Gvern jista’ jippermetti eżami tad-dħul għal kandidati
li ma jkollhomx il-kwalifiki imsemmijin fir-regolament 3(b) jew
(ċ) u dawk il-kandidati li jgħaddu minn dan l-eżami u jissodisfaw
id-disposizzjonijiet tar-regolament 3(a) ikunu eliġibbli għal dħul fi
skola.
(2) Ebda kandidat ma jitħalla jersaq għall-eżami tad-dħul
imsemmi fis-subregolament (1) jekk ma jkunx lesta dawk l-istudji
li jkunu ekwivalenti għal dawk tal-Form V ta’ l-Iskola Sekondarja
tal-Gvern skond ċertifikat, f’kull każ, mid-Direttur ta’ l-
Edukazzjoni.
(3) L-eżami tad-dħul jkun jikkonsisti fi prova bil-miktuh fil-
Malti, Ingliż (żewġ karti), matematika u tagħrif ġenerali.
Intervista u 
ċertifikat mediku.
Sostitwit:
A.L. 92 ta’ l-1989.
5. Ebda kandidat ma jitħalla jidħol fl-iskola jekk ma jgħaddix
minn intervista selettiva u ma jkollux ċertifikat li huwa b’saħħtu
għas-sodisfazzjon tat-Tabib Prinċipali tal-Gvern.
2 L.S.458.20 ħ
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
REĠISTRATI
Infermieri studenti 
jkunu taħt id-
direzzjoni ta’ 
principal nursing 
tutor.
Emendat:
A.L. 92 ta’ l-1989.
6. Il-kandidati li jidħlu fl-iskola ta’ tagħlim ikunu magħrufa
bħala infermieri studenti u jkunu taħt id-direzzjoni ta’ principal
nursing tutor. It-tutur ikun inkarigat mit-tagħlim u t-taħriġ fl-
infermerija teorika u prattika.
Kors ta’ studji.
Emendat:
A.L. 95 ta’ l-1991.
7. (1) L-istudji jkunu magħmula minn tliet partijiet:
(a) Il-parti introduttorja li għandha ddum tmien ġimgħat li
matulhom jingħata tagħlim bażiku;
(b) (i) il-parti preliminari, li għandha ddum għal
perijodu ta’ ħamsin ġimgħa; u
(ii) il-parti finali, li għandha ddum għal mija u
ħames ġimgħat,
matul il-partijiet preliminari u finali jingħata tagħlim
teoriku u prattiku fi skola skond l-iskema ta’ tagħlim
stipulata fit-Tieni Skeda.
Iżda l-Ministru responsabbli għas-Saħħa jista’, bil-parir tal-
Bord ta’ l-Infermieri u l-Qwiebel, jagħmel dak it-tibdil fl-
imsemmija skeda li jqis meħtieġ.
(2) Meta jagħti l-parir tiegħu lill-imsemmi Ministru, il-Bord ta’
l-Infermieri u l-Qwiebel għandu jimxi skond ir-Regoli relattivi
magħmulin mill-United Kingdom Central Council for Nursing,
Midwifery and Health Visiting.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-sub-regolamenti (1) u (2)
ta’ dan ir-regolament, il-principal nursing tutor għandu dritt juża
d-diskrezzjoni tiegħu u jħalli li jsiru tibdiliet żgħar fl-iskeda
msemmija jekk dawk it-tibdiliet ma jkunux jolqtu b’mod kuntrarju
t-taħriġ ta’ l-infermieri studenti.
Xogħol fi sptar, 
eċċ.
Emendat:
A.L. 92 ta’ l-1989.
8. (1) Matul l-istudji, l-infermieri studenti għandhom jaħdmu
fis-swali ta’ sptar u fis-servizzi ta’ kura fil-kommunità  tad-
Dipartiment tas-Saħħa u li jiksbu esperjenza f’infermerija klinika
skond l-iskema ta’ tagħlim stipulata fit-Tieni Skeda.
(2) L-infermieri studenti għandhom ukoll jagħmlu dan bil-lejl
f’intervalli regolari.
Test introduttorju. 
Eżami preliminari 
u finali.
Emendat:
A.L. 92 ta’ l-1989.
9. (1) Għandu jsir test fit-tmiem tal-parti introduttorja,
magħruf bħala test introduttorju, eżami fit-tmiem tal-parti
preliminarja, magħruf bħala eżami preliminari, u ieħor wara t-
tmiem tal-parti finali, magħruf bħala eżami finali.
(2) It-test introduttorju għandu jitmexxa mill-principal nursing
tutor ta’ l-iskola u jkun jikkonsisti f’żewġ karti, karta fuq l-
anatomija, fiżjoloġija u kura personali u fil-kommunità  u karta oħra
dwar l-infermerija, il-psikoloġija u l-ewwel għajnuna. Il-marki
miksubin minn infermier student għal kull karta għandhom ikunu
minn massimu ta’ għoxrin marka u l-principal nursing tutor
għandu jissottometti rapport fuq it-test lill-Kunsill ta’ l-Infermiera
u l-Qwiebel.
(3) L-eżamijiet preliminari u finali għandhom kull wieħed
jikkonsisti fi prova bil-miktub u fi prova ta’ prattika u orali.
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
REĠISTRATI ġ L.S.458.20 3
Eżami preliminari.
tkun tikkonsisti:
(a) f’karta li tkun prinċipalment tittratta dwar il-mediċina
u speċjalitajiet mediċi; u
(b) f’karta li tkun prinċipalment tittratta dwar il-kirurġija
u speċjalitajiet kirurġiċi.
(2) Ir-riżultati li jinkisbu fit-test introduttorju għandhom
jissupplimentaw il-marki għall-prova bil-miktub ta’ l-eżami
preliminari kif ġej:
(a) il-marki miksubin fil-karta miktuba fit-test dwar l-
anatomija, il-fiżjoloġija, is-saħħa personali u fil-
kommunità  għandhom jiżdiedu mal-marki għall-karta
miktuba dwar il-mediċina u speċjalitajiet mediċi; u
(b) il-marki miksubin fil-karta miktuba fit-test dwar l-
infermerija, il-psikoloġija u l-ewwel għajnuna
għandhom jiżdiedu mal-marki għall-karta miktuba
dwar il-kirurġija u speċjalitajiet kirurġiċi,
f’kull każ tmenin marka oħra jiġu allokati għal kull waħda mill-
karti miktubin ta’ l-eżami preliminari:
Iżda, ir-riżultat tat-test introduttorju ma jiġux iktar
ikkunsidrati f’xi eżami supplimentari.
(3) Il-prova prattika u orali ta’ l-imsemmi eżami tkun tittratta
dwar il-prattika ta’ xogħol ta’ infermerija u dwar mistoqsijiet fuq
is-suġġetti speċifikati fis-subregolament (1).
Eżamijiet 
supplimentari.
Sostitwit:
A.L. 92 ta’ l-1989.
11. (1) Kull infermier student li jeħel f’xi karta u/jew fil-
prova prattika u orali jew ta’ l-eżami preliminari jista’ jerġa jersaq
għal dik il-karta u/jew prova kemm-il darba jagħti prova għas-
sodisfazzjon tal-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel, li jkun
għamel aktar taħriġ sodisfaċenti u, jekk jgħaddi, jkompli l-kors ta’
studji tiegħu:
Iżda, xi infermier student li jeħel għat-tieni darba fl-eżami
preliminari, jista’, dejjem jekk jagħti prova li jkun għamel aktar
taħriġ sodisfaċenti, jersaq għall-eżami għat-tielet darba f’dik il-
karta u/jew prova iżda, jekk jgħaddi, għandhom japplikaw dawn il-
kundizzjonijiet:
(a) meta student ikun qiegħed jagħmel kors ta’ taħriġ li
jkun beda qabel is-16 ta’ Settembru, l986, huwa
għandu jkompli t-taħriġ tiegħu fl-istess kors ta’ studji
fl-istess grupp iżda jitħalla biss jersaq għall-eżami
finali (skond id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti ta’ l-
1971 dwar l-Iskola ta’ Tagħlim għall-Infermieri
Reġistrati (Ġenerali)* mhux qabel erba’ xhur u mhux
aktar tard minn sitt xhur wara d-data meta dak l-eżami
finali jkollu jsir, matul liema perjodu l-istudent ikollu
jagħmel iktar taħriġ għas-sodisfazzjon tal-principal
nursing tutor;
*Revokati b’dawn ir-Regolamenti.
4 L.S.458.20 ħ
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
REĠISTRATI
(b) meta student ikun qiegħed jagħmel kors ta’ taħriġ li
jibda jew ikun beda wara s-l6 ta’ Settembru, 1986,
huwa għandu -
(i) jekk il-kors ta’ studji li jiġi wara li jkun beda
iktar minn sitt xhur wara l-kors ta’ studji li huwa
jkun qiegħed jagħmel f’dak iż-żmien, jersaq
għall-eżami finali skond id-disposizzjonijict tar-
regolament 13 iżda mhux qabel erba’ xhur u
mhux aktar minn sitt xhur wara d-data meta dak
l-eżami finali jkollu jsir, matul liema perjodu l-
istudent ikollu jagħmel iktar taħriġ għas-
sodisfazzjon tal-principal nursing tutor;
(ii) f’kull każ ieħor, jagħmel il-parti finali tal-kors
ta’ studji li jmiss:
Iżda wkoll, ebda student li jkun weħel għat-tieni darba
mill-eżami preliminari ma jitħalla jkompli l-kors ta’ studji.
(2) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, u tar-regolament 13,
min ma jmurx għal eżami jew għal parti minnu jitqies li jkun weħel
f’dak l-eżami jew parti minnu.
Eliġibbiltà  għall-
eżami preliminari u 
finali.
Emendat:
A.L. 19 ta’ l-1988;
A.L. 92 ta’ l-1989.
12. (1) Ebda infermier student ma jista’ jersaq għall-eżami
finali jekk -
(a) ma jkunx għadda mill-eżami preliminari u jkun
applika biex jersaq għal dak l-eżami u jkun
issottometta iċ-ċertifikat relattiv kif provdut fir-
regolament 17;
(b) il-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel ma jkunx
sodisfatt li dak l-istudent jkun irċieva l-livell ta’ taħriġ
meħtieġ.
Għall-fini tal-paragrafu (b), il-principal nursing
tutor għandu jirrapporta lill-Bord kull sitt xhur, dwar
il-progress li dak l-infermier student ikun qed jagħmel,
liema rapport għandu jkun skond kif jeħtieġ il-Kunsill. 
(2) Ebda infermier student ma jista’ jersaq għall-eżami finali
jekk ikun assenti minħabba leave għall-mard jew minħabba xi
raġuni oħra (barra leave ta’ vakanza) għal iktar minn tletin jum
b’kollox matul iż-żmien tal-kors ta’ studju preskritt fl-iskola
kemm-il darba ma jkunx għamel tajjeb għal dik l-assenza żedja billi
jkun attenda għal xogħol prattiku fi sptar tal-gvern għas-
sodisfazzjon tal-principal nursing tutor qabel ma jersaq għall-
eżami finali:
Iżda meta l-curriculum ta’ l-istudju jkun jindludi study
blocks skond curricula li jisgħtu minn żmien għal żmien jiġu
approvati mill-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel, kull perijodu
ta’ assenza tkun xi tkun ir-raġuni, li jaqbeż l-għoxrin fil-mija taż-
żmien kollu tat-tagħlim teoriku xi wieħed minn dawk l-istudy
blocks għandu jirrendi lill-kandidat ineliġibbli li jersaq għall-eżami
finali ħlief jekk ma jkunx patta għal dan l-assentejiżmu bl-
attendenza tiegħu għat-tagħlim speċifiku li kien assenti għalih
qabel ma resaq għall-eżami finali.
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
REĠISTRATI ġ L.S.458.20 5
(3) Wara li jkun patta għall-assentejiżmu tiegħu kif provdut fis-
subregolament (2), dan l-infermier student ma jkollux jedd għal
sessjoni speċjali ta’ l-eżami finali iżda huwa jista’ jersaq għal
sessjoni li ma tkunx qabel dik li jkollha ssir normalment.
(4) Kull infermier student jista’, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subregolament (2), jagħmel tajjeb għall-
assenza żejda msemmija fl-imsemmi subregolament jew għal xi
parti minnha, billi jitlef numru ekwivalenti ta’ ġranet ta’ leave ta’
vakanza li għalih ikollu jedd.
Eżami finali. 
Emendat:
A.L. 92 ta’ l-1989.
13. (1) Il-prova bil-miktub ta’ l-eżami finali tkopri l-aspetti
kollha ta’ kura ta’ infermerija u trattament tal-pazjenti, u tkun
tikkonsisti -
(a) f’karta li tittratta prinċipalment dwar il-mediċina u l-
ispeċjalitajiet mediċi,
(b) f’karta li tittratta prinċipalment dwar il-kirurġija u l-
ispeċjalitajiet kirurġiċi, u
(ċ) f’karta li tittratta prinċipalment dwar l-etika fl-
infermerija (inklużi civics u relazzjonijiet umani).
(2) Il-prova prattika u orali għandha bl-istess mod tittratta dwar
l-aspetti kollha ta’ kura ta’ infermerija u trattament tal-pazjenti u
ddum siegħa, f’liema prova l-infermieri studenti jkunu meħtieġa
jippreżentaw lill-eżaminaturi r-record tagħhom tat-tagħlim prattiku
u esperjenza (ġenerali).
(3) Għall-fini ta’ dan ir-regolament, il-kliem -
"speċjalizzazzjoni medika" għandhom jinkludu l-pedjatrija u l-
kura dwar trabi, il-ġerjatrija (inkluż xogħol ġerjatriku fil-
kommunità ), il-kura ta’ dawk li għandhom handicap psikjatriku u
tal-moħħ, il-kura ta’ emerġenzi mediċi, il-kura fil-kommunità  u l-
kura intensiva fi speċjalizzazzjoni medika; u
"speċjalizzazzjoni kirurġika" għandhom jinkludu l-ġinekoloġija,
l-uroloġija, il-kura dwar maternità , il-kura ta’ emerġenzi dwar
inċidenti u dawk kirurġiċi, l-ortopedija, it-teknika li tintuża fis-sala
ta’ l-operazzjonijiet, l-onkoloġija u l-kura fil-kommunità  u l-kura
intensiva fi speċjalizzazzjoni kirurġika.
L-infermieri 
studenti jridu 
jgħaddu l-eżami 
finali.
Emendat:
A.L. 5 ta’ l-1987;
A.L. 19 ta’ l-1988;
A.L. 92 ta’ l-1989.
14.  (1) Infermier student ma jitqiesx li għadda l-eżami finali
jekk ma jiksibx pass mark f’kull karta tal-prova bil-miktub u fil-
prova prattika u orali għas-sodisfazzjon tal-bord ta’ eżaminaturi.
(2) Infermier student -
(a) li jeħel f’xi karta jew fil-prova prattika u orali ta’ l-
eżami finali jista’ jerġa’ jersaq għal dak l-eżami f’dik
il-karta jew prova jekk, permezz ta’ ċertifikat li joħroġ
il-principal nursing tutor jagħti prova, għas-
sodisfazzjon tal-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel, li
jkun għamel aktar taħriġ intensiv fi skola:
Iżda ebda infermier student ma jista’ juża dan il-
benefiċċju li jersaq għal eżami supplementari bħal dak
f’xi żmien li jkun qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data
li fiha jkun l-aħħar resaq għall-imsemmi eżami;
6 L.S.458.20 ħ
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
REĠISTRATI
(b) li ma jipproduċix ċertifikat bħal dak imsemmi fil-
paragrafu (a) huwa ntitolat li jersaq għal eżami
supplementari skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’
dawn ir-regolamenti, f’xi sessjoni li s-soltu ssir wara li
jgħaddu sitt xhur mid-data tas-sessjoni li jkun l-aħħar
weħel fiha:
Iżda, ebda infermier student ma jista’ juża xi
wieħed minn dawn il-benefiċċji f’xi żmien li jkun
wara tliet snin mid-data li fiha jkun resaq għall-eżami
finali għall-ewwel darba.
Kap. 464.
(3) Infermier student li jeħel mill-eżami finali jista’ jagħżel li
jersaq għall-eżami finali li jsir għall-infermieri skulari skond ir-
regolamenti dwar l-iskejjel għall-infermieri iskritti fl-elenku,
f’sessjoni li ma tkunx qabel dik li jkollha ssir normalment, u jekk
jgħaddi minn dak l-eżami huwa għandu jingħata ċertifikat iffirmat
miċ-chairman tal-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel, u dan iċ-
ċertifikat jitqies bħala ċ-ċertifikat imsemmi fit-Taqsima IV ta’ l-Att
dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa.
 (4) Meta ssir l-għażla msemmija fis-subregolament (3):
(a) infermier student li jkun weħel minn xi karti fil-prova
bil-miktub imsemmija fir-regolament 13 ikun biss
meħtieġ li jersaq għall-prova bil-miktub fl-eżami finali
li jsir għall-infermieri skulari;
(b) infermier student li jkun weħel fil-prova prattika u
orali msemmija fir-regolament 13 jkun biss meħtieġ li
jersaq għall-prova li tikkorrispondi fl-eżami finali li
jsir għall-infermieri skulari; u
(ċ) infermier student li jkun weħel minn xi karti bil-
miktub u mill-prova orali ta’ l-eżami għall-infermieri
studenti jkun meħtieġ li jersaq għall-eżami finali sħiħ
li jsir għall-infermieri skulari.
Pass mark fil-
provi. 
Emendat:
A.L. 92 ta’ l-1989.
15. Infermier student ma jitqiesx li għadda ebda waħda mill-
provi jekk ma jiksibx għall-anqas ħamsin fil-mija tal-marki li
jistgħu jingħataw f’dawk il-provi jew partijiet minnhom.
Tmexxija ta’ 
eżamijiet.
Emendat:
A.L. 92 ta’ l-1989.
16. (1) L-eżamijiet preliminari u finali jitmexxew minn bord
ta’ eżaminaturi, nominat mill-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel.
 (2) II-bord ta’ eżaminaturi għall-eżami preliminari u għall-
eżami finali jkun magħmul minn -
(a)  uffiċjal mediku prinċipali, jew uffiċjal mediku anzjan,
jew xi uffiċjal mediku ieħor li jkun qiegħed iwettaq
dmirijiet amministrattivi fid-Dipartiment tas-Saħħa,
bħala chairman;
(b) żewġ tobba, wieħed minnhom ikun physician u l-ieħor
kirurgu, u
(ċ) żewġ infermieri li isimhom ikun imniżżel fil-parti
ġenerali ta’ l-imsemmi reġistru ta’ l-infermieri.
(3) Il-bord ta’ eżaminaturi għandu jissottometti r-riżultat ta’ l-
eżami lill-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel għall-approvazzjoni
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
REĠISTRATI ġ L.S.458.20 7
u l-firma qabel ma jiġi pubblikat.
Meta jinżammu l-
eżamijiet u 
applikazjonijiet 
relattivi.
Emendat:
A.L. 92 ta’ l-1989.
17. (1) Id-data li fiha l-eżamijiet preliminari u finali jkunu ser
isiru għandha tiġi avżata mhux anqas minn xahar qabel, liema avviż
jitwaħħal fuq in-notice board ta’ l-iskola.
(2) Infermier student li bi ħsiebu jersaq jew għall-eżami
preliminari jew għall-eżami finali għandu flimkien mad-dritt
relattiv għall-eżami, jissottometti lill-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-
Qwiebel applikazzjoni fuq il-formula preskritta fit-Tielet Skeda
flimkien ma’ ċertifikat mill-principal nursing tutor, ukoll skond l-
istess skeda, li jiċċertifika -
(a) il-fatt li l-infermier student jkun ikkompleta l-kors ta’
studji u l-perijodu ta’ tagħlim relattivament għall-parti
preliminari jew għall-parti finali, skond il-każ, u
(b) il-kondotta u l-attendenza regolari ta’ l-imsemmi
infermier matul il-perijodu ta’ tagħlim relattiv.
L-infermieri 
studenti li jgħaddu 
jingħataw 
ċertifikati. 
Emendat:
A.L. 83 ta’ l-1988;
A.L. 95 ta’ l-1991;
A.L. 92 ta’ l-1989.
18. (1) L-infermieri studenti li, wara li jikkompletaw il-
perijodu kollu ta’ tagħlim jgħaddu mill-eżami finali, jingħataw
ċertifikat iffirmat miċ-Chairman tal-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-
Qwiebel fejn jiddikjara illi l-infermier student jkun għamel il-kors
ta’ studji preskritti fl-iskola u li ġie approvat fl-eżamijiet preskritti.
Kap. 464.
(2) Dak iċ-ċertifikat għandu jitqies li jkun iċ-ċertifikat
imsemmi fit-Taqsima IV ta’ l-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa.
(3) Minkejja xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti, kull min -
Kap. 464.
(a) għandu ismu mniżżel fl-elenku ta’ l-infermieri skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Professjonijiet
tas-Saħħa, u
(b) jissodisfa l-kondizzjonijiet għad-dħul fl-iskola skond
il-provvedimenti tar-regolament 3, u
(ċ) wara li jkun għamel bridging course ta’ taħriġ ta’ tnax-
il ġimgħa fi skola, ikun temm iktar taħriġ skond l-
iskema ta’ taħriġ stipulata fit-Tieni Skeda kif tibda
mit-tlieta u sebgħin ġimgħa ta’ taħriġ f’dik l-iskema, 
ikollu l-jedd jersaq għall-eżami finali msemmi fir-regolament 13
flimkien ma’ l-istudenti l-oħrajn fil-grupp li jkunu f’dak iż-żmien
temmew it-taħriġ kollu relattiv skond dik l-iskema, u d-
disposizzjonijiet tar-regolament 12(2), (3) u (4), tar-regolamenti
13, 14, 15, 16 u 17 u tas-subregolamenti ta’ qabel ta’ dan ir-
regolament għandhom ikunu mutatis mutandis igħoddu għal dik il-
persuna.
(4) Il-principal nursing tutor jista’, bil-parir tal-Kunsill ta’ l-
Infermiera u l-Qwiebel, jalloka għar-rigward ta’ xi persuna li
jgħodd għaliha s-subregolament (3), tagħlim teortiku addizjonali
minflok perjodu ekwivalenti ta’ esperjenza fl-infermerija prattika
minn dawk il-perjodi stipulati fit-Tieni Skeda:
Iżda ħadd minn dawk il-persuni ma għandu jitlef aktar minn
ħamsin fi-mija mill-perjodu ta’ esperjenza fl-infermerija prattika
8 L.S.458.20 ħ
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
REĠISTRATI
f’xi study block imsemmi fit-Tieni Skeda wara t-tlieta w sebgħin
ġimgħa ta’ dak it-taħriġ.
Korsijiet oħra fejn 
jingħata ċertifikat.
Revokat:
A.L. 92 ta’ l-1989.
Miżjud:
A.L. 95 ta’ l-1991.
Emendat:
A.L. 148 ta’ l-
1993.
19.  (1)  Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jistgħu ma
japplikawx għal kors ta’ diploma għal infermieri reġistrati li jkun
organizzat u mmexxi mill-Istitut għal Kura tas-Saħħa ta’ l-
Università  ta’ Malta jew minn xi skola li tkun rikonoxxuta mill-
Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel jekk l-imsemmi Bord ikun
sodisfatt bil-kundizzjonijiet għad-dħul fil-kors u bil-curriculum u
tests u eżamijiet ta’ l-istess kors.
(2)  Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti ma
għandhomx japplikaw għal kors ta’ grad fl-istudji ta’ l-infermerija
li jkun organizzat mill-Università  ta’ Malta jew minn xi università
oħra rikonoxxuta mill-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel jekk l-
imsemmi Kunsill ikun sodisfatt bil-kondizzjonijiet għad-dħul fil-
kors u bil-curriculum u tests u eżamijiet ta’ l-imsemmi kors għar-
rigward tat-taħriġ għall-prattika bħala infermier.
Kap. 464.
(3) Iċ-Chairman tal-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel għandu
joħroġ ċertifikat lil dawk il-kandidati li jtemmu l-korsijiet
imsemmija fis-subregolamenti (1) u (2) b’suċċess għall-finijiet ta’
l-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa.
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
REĠISTRATI ġ L.S.458.20 9
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 4)
 Lista ta’ Suġġetti
Letteratura Ingliża
Storja
Ġografija
Xjenza Ġenerali
Fiżika
Kimika 
Bioloġija 
Botanika 
Xjenza Domestika jew Handicraft 
Lingwa Moderna
10 L.S.458.20 ħ
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
REĠISTRATI
Emendata:
A.L. 92 ta’ l-1989.
IT-TIENI SKEDA
(Regolamenti 7 u 8)
SKEMA TA’ TAGĦLIM 
(INFERMIERI STUDENTI)
Ġimgħat 
(iklużi)
PARTI INTRODUTTORJA
1-6 Lezzjonijiet fi: ANATOMIJA
FIŻJOLOĠIJA
SAĦĦA PERSUNALI U FIL-
KOMMUNITÀ  
INFERMERIJA
PSIKOLOĠIJA
L-EWWEL GĦAJNUNA
7-8 Study Block fil-Parti Introduttorja
(Tagħlim Teoriku)
Ġimgħat 
(iklużi)
PARTI PRELIMINARI
9-18 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 1.
MEDIĊINA/KIRURĠIJA
19-20 Study Block 1 (Tagħlim Teoriku)
21-30 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 2.
KIRURĠIJA/MEDIĊINA 
31-32 Vakanzi
33-34 Study Block 2 (Tagħlim Teoriku)
35-44 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 3.
PEDJATRIJA/ĠERJATRIJA
(jinkludi xogħol ġerjatriku fil-kommunità)
45-46 Study Block 3 (Tagħlim Teoriku)
47-56 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 4.
ĠERJATRIJA/PEDJATRIJA
(jinkludi xogħol ġerjatriku fil-kommunità)
57-58 Study Block 4 (Tagħlim Teoriku)
EŻAMI PRELIMINARI.
Ġimgħat 
(iklużi)
PARTI FINALI
59-60 Vakanzi
61-62 Study Block 5 (Tagħlim Teoriku)
63-72 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 5.
ĠINEKOLOĠIJA/UROLOĠIJA/KURA DWAR
MATERNITÀ /KURA DWAR TRABI
73-74 Study Block 6 (Tagħlim Teoriku)
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
REĠISTRATI ġ L.S.458.20 11
Żmien Allokat: 
Parti Introduttorja: 6 ġimgħat (lezzjonijiet u Study Block ta’
ġimagħtejn)
Study Blocks:  28 ġimgħa (jinkludi ġimgħatejn tal-Parti
Introduttorja)
Esperjenza fl-Infermerija 
Prattika: 118 ġimgħa
Vakanzi:  13 ġimgħa.
75-84 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 6.
TAQSIMA TA’ L-EMERĠENZA/ORTOPEDIJA/SALA
TA’ L-OPERAZZJONIJIET
85-86 Vakanzi
87-88 Study Block 7 (Tagħlim Teoriku)
89-98 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 7.
SPEĊJALIZZAZZJONI MEDIKA JEW KIRURĠIKA
li tinkludi esperjenza fi -
Taqsima dwar l-Onkoloġija u d-Deni fl-Isptar Boffa
Kura ta’ l-Infermerija Intensiva
i.e  Taqsima Terapija Intensiva
Taqsima Kura tal-Qalb, u
Taqsima Kura Speċjali tat-Trabi; u
Taqsima ta’ l-Outpatients
99-100 Study Block 8 (Tagħlim Teoriku)
101-110 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 8.
SPEĊJALIZZAZZJONI MEDIKA JEW KIRURĠIKA
(l-istess bħal fil-ġimgħat 89-98)
111-112 Vakanzi
113-114 Study Block 9 (Tagħlim Teoriku)
115-124 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 9.
KURA FIL-KOMMUNITÀ  (li tikludi Infermerija fid-
Djar)/PSIKJATRIJA u HANDICAP TAL-MOĦĦ
125-126 Study Block 10 (Tagħlim Teoriku)
127-136 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 10.
PSIKJATRIJA u HANDICAP TAL-MOĦĦ/KURA FIL-
KOMMUNITÀ  (li tikludi Infermerija fid-Djar)
137-138 Vakanzi
139-140 Study Block 11 (Tagħlim Teoriku)
141-149 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 11.
MEDIĊINA/KIRURĠIJA
150-151 Study Block 12 (Tagħlim Teoriku)
152-160 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 12.
KIRURĠIJA/MEDIĊINA
161-163 Vakanzi
164-165 Study Block 13 (Tagħlim Teoriku)
EŻAMI FINALI
12 L.S.458.20 ħ
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
REĠISTRATI
Emendata:
A.L. 92 ta’ l-1989.
IT-TIELET SKEDA 
TAQSIMA I 
Regolamenti dwar l-Iskola għall-Infermieri Reġistrati 
(Ġenerali) 
 Applikazzjoni għad-Dħul għall-Eżami Preliminari/Finali * li jsir 
għal Infermieri Studenti
( Indirizz)  .......................................
........................................
( Data)  ........................................
Ir-Reġistratur, 
Bord ta’ l-Infermieri u l-Qwiebel
 Qiegħed napplika għal permess biex nersaq għall-eżami
preliminari/finali* li jsir għal Infermieri Studenti matul..................
..................................
Sabiex insostni l-applikazzjoni tiegħi, qiegħed nissottometti
ċertifikat iffirmat mill-principal nursing tutor ta’ l-Iskola li juri li
jien temmejt il-kors approvat ta’ studju u ż-żmien ta’ taħriġ għar-
rigward tal-parti preliminari/finali * fl-Iskola għall-Infermiera
ta’..................................................................................................,
u li juri wkoll il-kondotta u l-attendenza regolari tiegħi fiż-żmien
relattiv ta’ taħriġ.
Qiegħed ukoll inħallas id-dritt relattiv għall-eżami.
Firma ..........................................
Isem b’ittri kbar ...........................
(Infermier/a Student/essa)
*Ħassar fejn ma jgħoddx.
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
REĠISTRATI ġ L.S.458.20 13
TAQSIMA IIA
Regolamenti dwar l-Iskola għall-Infermieri Reġistrati 
(Ġenerali)
Ċertifikat maħruġ mill-Principal Nursing Tutor għall-Iskopijiet ta’ 
l-Eżami Preliminari li jsir għall-Infermieri Studenti*
Ir-Reġistratur,
Bord ta’ l-Infermieri u l-Qwiebel
(Data) .....................................
Niċċertifika, bħala Principal Nursing Tutor, illi s-Sinjorina/is-
Sur .................................................. Infermier/a Student/essa,
bint/iben....................................................................... imwieled/a
....................................... ta’ ............................. sena u j/toqgħod
.......................................................................................................
a. ikkompleta/t il-kors approvat ta’ studju u ż-żmien ta’
taħriġ għar-rigward tal-Parti Preliminari, u 
b. attenda/iet regolarment għaż-żmien relattiv ta’ taħriġ,
skond id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti dwar l-
Iskola għall-Infermieri Reġistrati.
Il-kondotta tas-sinjorina/sur ....................................................
kienet sodisfaċenti/mhux sodisfaċenti matul iż-żmien relativ ta’
taħriġ.
Dan kien l-ewwel/it-tieni/it-tielet tentattiv tagħha/tiegħu ...........
.......................................................................................................
Fil-każ ta’ l-ewwel tentattiv: II-marki tagħha/tiegħu fit-Test
Introduttorju kienu dawn li ġejjin:
 Anatomija, Fiżjoloġija, Saħħa Persunali u fil-Kommunità :
Fil-każ tat-tieni jew it-tielet tentattiv: Sar b’mod sodisfaċenti
iktar taħriġ skond ir-regolament l1(1) tar-regolamenti msemmijin
iktar ’l fuq.
Iva/Le
Firma: .................................... 
(Principal Nursing Tutor)
Isem (ITTRI KBAR):......................................................................
Isem ta’ l-Iskola tat-Taħriġ: ............................................................
*Dan iċ-Ċertifikat għandu jintbagħat flimkien ma’ l-applikazzjoni relattiva
biex wieħed jersaq għall-Eżami Preliminari li jsir għall-Infermieri
Studenti.
Infermerija u l-Ewwel Għajnuna .......... marki.......... marki Ħ
Massimu 
għal kull 
karta - 20 
marka
14 L.S.458.20 ħ
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
REĠISTRATI
TAQSIMA IIB
Regolamenti dwar l-Iskola ta’ Tagħlim għall-Infermieri 
Reġistrati (Ġenerali) 
Ċertifikat maħruġ mill-Principal Nursing Tutor għall-Iskopijiet ta’ 
l-Eżami Finali li jsir għall-Infermieri Studenti*
Ir-Reġistratur,
Bord ta’ l-Infermieri u l-Qwiebel
(Data) .....................................
Niċċertifika, bħala Principal Nursing Tutor, illi s-Sinjorina/is-
Sur .................................................. Infermier/a Student/essa,
bint/iben...................................................... imwieled/a
.................................. ta’ ............................ sena u j/toqgħod
.......................................................................................................
a. ikkompleta/t il-kors approvat ta’ studju u ż-żmien ta’
taħriġ għar-rigward tal-Parti Finali, u 
b. attenda/iet regolarment għaż-żmien relattiv ta’ taħriġ,
skond id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti dwar l-
Iskola ta’ Tagħlim għall-Infermieri Reġistrati.
Il-kondotta tas-sinjorina/sur ....................................................
kienet sodisfaċenti/mhux sodisfaċenti matul iż-żmien relativ ta’
taħriġ.
Dan kien l-ewwel/it-tieni; it-tielet tentattiv tagħha/tiegħu ...........
.......................................................................................................
Is-sinjorina/is-sur .................................... għaddiet/a l-Eżami
Preliminari li kien sar fi .............................................. 
Fil-każ tat-tieni jew it-tielet tentattiv: Sar b’mod sodisfaċenti
iktar taħriġ skond ir-regolament 14(2) tar-regolamenti msemmijin
iktar ’l fuq.
Iva/Le
Firma: .................................... 
(Principal Nursing Tutor)
Isem (ITTRI KBAR):......................................................................
Isem ta’ l-Iskola tat-Taħriġ: ............................................................
*Dan iċ-Ċertifikat għandu jingħata flimkien ma’ l-applikazzjoni relattiva
biex wieħed jersaq għall-Eżami Finali li jsir għall-Infermieri Studenti.
