SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
ISKRITTI FL-ELENKU  ġ L.S.458.21 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.21
REGOLAMENTI DWAR L-ISKOLA TA’ TAĦRIĠ 
GĦALL-INFERMIERI ISKRITTI FL-ELENKU 
16 ta’ Settembru, 1986
L-AVVIŻ LEGALI 56 ta’ l-1986, kif emendat bl-Avviżi Legali 4 ta’ l-
1987, 46 ta’ l-1988, 91 ta’ l-1989 u 94 ta’ l-1991.
Titolu.
Iskola ta’ Taħriġ għall-Infermieri Iskritti fl-Elenku.
Tifsir. 
teħtieġx xort’oħra -
"sptar" tfisser sptar, jew xi parti minnu, approvat mill-Kunsill ta’
l-Infermiera u l-Qwiebel bħala li jifforma parti minn skola ta’
tagħlim; 
"skola tat-taħriġ" u "skola" ifissru skola ta’ tagħlim kompleta, li
tinkludi sptar wieħed jew iktar jew parti minnhom, approvati mill-
Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel, għal infermieri biex jidħlu fl-
elenku tar-reġistru ta’ l-infermieri miżmum mill-imsemmi Kunsill.
Kondizzjonijiet 
għad-dħul.
Sostitwit:
A.L. 91 ta’ l-1989.
3. L-iskola tat-taħriġ tkun miftuħa għal kandidati li meta
tagħlaq id-data ta’ l-applikazzjonijiet għad-dħul -
(a) ma jkollhomx inqas minn sittax-il sena u mhux aktar
minn ħamsa u tletin sena; u jew
(b) ikunu temmew b’suċċess il-kors ta’ studji approvat fil-
PrevocationaI School (Health Care); jew
(ċ) ikollhom general certificate of education ta’ livell
ordinarju, jew ċertifikat tal-matrikola ta’ Malta, fil-
lingwa Ingliża, fil-Malti u fil-matematika.
Eżami tad-dħul. 
Sostitwit:
A.L. 91 ta’ l-1989.
4. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet tar-regolament 3, it-Tabib
Prinċipali tal-Gvern jista’ jippermetti li jsir eżami tad-dħul għal
kandidati li ma jkollhomx il-kwalifiki msemmija fir-regolament
3(b) jew (ċ) u dawk il-kandidati li jgħaddu minn dan l-eżami u
jissodisfaw id-disposizzjonijiet tar-regolament 3(a) ikunu eliġibbli
għal dħul fi skola ta’ tagħlim.
(2) Ebda kandidat ma jitħalla jersaq għall-eżami tad-dħul
imsemmi fis-subregolament (1) jekk ma jkunx ikkompleta dawk l-
istudji li jkunu ekwivalenti għal dawk tal-Form III ta’ l-Iskola
Sekondarja tal-Gvern skond ċertifikat, f’kull każ, mid-Direttur ta’
l-Edukazzjoni.
(3) L-eżami tad-dħul jkun jikkonsisti fi prova bil-miktub fl-
Ingliż (żewġ karti), Malti u matematika.
Intervista u 
ċertifikat mediku. 
Sostitwit:
A.L. 91 ta’ l-1989.
5. Ebda kandidat ma jitħalla jidħol fl-iskola tat-taħriġ jekk ma
jgħaddix minn intervista selettiva u ma jkollux ċertifikat li huwa
b’saħħtu għas-sodisfazzjon tat-Tabib Prinċipali tal-Gvern.
2 L.S.458.21 ħ
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
ISKRITTI FL-ELENKU 
Infermieri skulari 
jkunu taħt id-
direzzjoni ta’ 
principal nursing 
tutor.
6. Il-kandidati li jidħlu fl-iskola tat-taħriġ ikunu magħrufa
bħala infermieri skulari u jkunu taħt id-direzzjoni ta’ principal
nursing tutor. It-tutor ikun inkarigat mit-tagħlim u t-taħriġ fl-
infermerija teorika u prattika.
Kors ta’ studji.
Emendat:
A.L. 94 ta’ l-1991.
7. (1) L-istudji jkunu magħmula minn tliet partijiet: 
(a) il-parti introduttorja li għandha ddum erba’ ġimgħat li
matulhom jingħata tagħlim bażiku fi skola tat-taħriġ; u
(b) (i) il-parti intermedja, li għandha ddum għal
perijodu ta’ sitta w erbgħin ġimgħa; u
(ii) il-parti finali, li għandha ddum għal perijodu ta’
erbgħa w ħamsin ġimgħa,
matul liema partijiet intermedji u finali jingħata
tagħlim teoriku u prattiku fi skola tat-taħriġ skond l-
iskema ta’ tagħlim stipulata fl-Ewwel Skeda:
Iżda l-Ministru responsabbli għas-Saħħa jista’, fuq il-parir
tal-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel, jagħmel dak it-tibdil fl-
imsemmija skeda li jista’ jqis meħtieġ.
(2) Meta jkun qed jagħti l-parir tiegħu lill-imsemmi Ministru,
il-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel għandu jkun immexxi mir-
Regoli relattivi magħmulin mill-United Kingdom Central Council
for Nursing, Midwifery and Health Visiting.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolamenti (1) u (2),
il-principal nursing tutor għandu dritt juża d-diskrezzjoni tiegħu u
jħalli li jsiru tibdiliet żgħar fl-iskeda msemmija jekk dawk it-
tibdiliet ma jkunux jolqtu b’mod kuntrarju t-taħriġ ta’ l-infermieri
skulari.
Xogħol fl-isptar, 
eċċ.
8. (1) Matul il-partijiet intermedji u finali, l-infermieri
skulari jkunu meħtiġin jaħdmu fis-swali ta’ sptar u fis-servizzi ta’
kura fil-kommunità  tad-Dipartiment tas-Saħħa u li jiksbu
esperjenza f’infermerija klinika skond l-iskema ta’ tagħlim
stipulata fl-Ewwel Skeda.
 (2) L-infermieri skulari għandhom ukoll jagħmlu dmirijiet bil-
lejl f’intervalli regolari.
Eżamijiet, eċċ.  9. Għandu jsir test fit-tmiem tal-parti introduttorja, magħruf
bħala test introduttorju, eżami fit-tmiem tal-parti intermedja,
magħruf bħala eżami intermedju, u ieħor wara t-tmiem tal-parti
finali, magħruf bħala eżami finali.
Provi bil-miktub u 
orali/prattiċi.
Emendat:
A.L. 91 ta’ l-1989.
10. (1) It-test introduttorju għandu jitmexxa mill-principal
nursing tutor ta’ l-iskola tat-taħriġ u jkun jikkonsisti f’karta
miktuba fuq l-anatomija, il-fiżjoloġija u t-teorija ta’ l-infermerija, u
l-ewwel għajnuna. Il-marki miksubin minn infermieri skulari
għandhom ikunu minn massimu ta’ għoxrin marka u l-principal
nursing tutor għandu jissottometti rapport fuq it-test lill-Kunsill ta’
l-Infermiera u l-Qwiebel.
(2) L-eżami intermedju għandu jkun jikkonsisti f’karta waħda
miktuba. Il-karta miktuba tkun tikkonsisti f’mistoqsijiet fuq is-
suġġetti mgħallmin waqt li l-parti intermedja tkun skond l-Ewwel
Skeda.
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
ISKRITTI FL-ELENKU  ġ L.S.458.21 3
Ir-riżultat tat-test introduttorju għandu jissupplimenta l-
marki għall-karta l-miktuba ta’ l-eżami intermedju meta t-tmenin
marka li jibqgħu jiġu allokati għall-mistoqsijiet tal-prova bil-
miktub b’mod li jġibu l-massimu ta’ marki sa total ta’ mija:
Iżda r-riżultat ta’ dan it-test ma għandux jitqies f’xi eżami
supplimentari.
(3) L-eżami finali għandu jkun jikkonsisti fi:-
(a) prova bil-miktub (karta waħda fuq l-aspetti kollha tal-
infermerija, u karta oħra fuq l-etika ta’ l-infermerija,
inkluż civics u relazzjonijiet umani); u
 (b) prova prattika u orali (ta’ siegħa) li tittratta dwar il-
prattika bħala infermieri u dwar mistoqsijiet fuq is-
suġġetti speċifikati fis-sillabu għall-kors ta’ l-istudji,
f’liema prova l-infermieri skulari jkunu meħtieġa
jippreżentaw lill-assessuri r-record tagħhom ta’
tagħlim u esperjenza prattika.
Eżamijiet 
supplimentarji.
Sostitwit:
A.L. 91 ta’ l-1989.
11. (l)  Kull infermier skular li jeħel fl-eżami jitħalla jerġa’
jersaq għal dak l-eżami kemm-il darba jagħti prova għas-
sodisfazzjon tal-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel, li jkun
għamel aktar taħriġ sodisfaċenti u, jekk jgħaddi, ikompli l-kors ta’
studji tiegħu:
Iżda, xi infermier skular li jeħel għat-tieni darba fl-eżami
intermedju, għandu jitħalla, dejjem jekk jagħti prova li jkun għamel
aktar taħriġ sodisfaċenti, jersaq għall-eżami għat-tielet darba iżda,
jekk jgħaddi, huwa għandu -
(a) jekk il-kors ta’ studji li jiġi wara jkun beda iktar minn
sitt xhur wara l-kors ta’ studji li huwa jkun qiegħed
jagħmel f’dak iż-żmien, jersaq għall-eżami finali
skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 10 iżda
mhux qabel erba’ xhur u mhux aktar tard minn sitt
xhur wara d-data meta dak l-eżami finali jkollu jsir,
matul liema perjodu l-istudent jkollu jagħmel iktar
taħriġ għas-sodisfazzjon tal-principal nursing tutor;
(b) f’kull każ ieħor, jagħmel il-parti finali tal-kors ta’
studji li jmiss: 
Iżda wkoll, ebda student li jkun weħel għat-tielet darba
mill-eżami intermedju ma jitħalla jkompli l-kors ta’ studji.
(2) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, u tar-regolament 13,
min ma jmurx għal eżami jew għal parti minnu jitqies li jkun weħel
f’dak l-eżami jew parti minnu.
Eliġibbiltà  għall-
eżami intermedju u 
finali.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1988;
A.L. 91 ta’ l-1989.
12. (1)  Ebda infermier skular ma jista’-
(a) jersaq għall-eżami finali jekk ma jkunx għadda mill-
eżami intermedju u jkun applika biex jersaq għal dak l-
eżami u jkun issottometta ċ-ċertifikat relattiv kif
provdut fir-regolament 16;
(b) jersaq għall-eżami finali jekk il-Kunsill ta’ l-
Infermiera u l-Qwiebel ma jkunx sodisfatt li dak l-
iskular jkun irċieva il-livell ta’ taħriġ meħtieġ.
4 L.S.458.21 ħ
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
ISKRITTI FL-ELENKU 
Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, il-principal
nursing tutor għandu jirrapporta lill-imsemmi Kunsill
kull sitt xhur, dwar il-progress li dak l-infermier skular
jkun qed jagħmel, liema rapport għandu jkun skond ma
jkun meħtieġ mill-imsemmi Kunsill. 
 (2) Ebda infermier skular ma jista’ jersaq għall-eżami finali
jekk ikun assenti minħabba leave għal mard jew minħabba xi
raġuni oħra (barra leave ta’ vakanza) għal iktar minn għoxrin jum
b’kollox matul iż-żmien tal-kors ta’ studju preskritt fl-iskola ta’
tagħlim, kemm-il darba ma jkunx għamel tajjeb għal dik l-assenza
żejda billi jkun attenda għal xogħol prattiku fi sptar tal-gvern għas-
sodisfazzjon tal-principal nursing tutor qabel ma jersaq għall-
eżami finali:
Iżda meta l-curriculum ta’ l-istudju jkun jinkludi study
blocks skond curricula li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu
approvati mill-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel, kull perijodu
ta’ assenza, tkun xi tkun ir-raġuni, li jaqbeż l-għoxrin fil-mija taż-
żmien kollu tat-tagħlim teoriku ta’ xi study block minn dawn
għandu jirrendi lill-kandidat ineliġibbli li jersaq għall-eżami finali
ħlief jekk ma jkunx patta għal dan l-assentejiżmu bl-attendenza
tiegħu għat-tagħlim speċifiku li kien assenti għalih qabel ma resaq
għall-eżami finali.
(3) Wara li jkun patta għall-assentejiżmu tiegħu kif provdut fis-
subregolament (2), dan l-infermier skular ma jkollux jedd għal
sessjoni speċjali ta’ l-eżami finali iżda huwa jista’ jersaq għal
sessjoni li ma tkunx qabel dik li jkollha ssir normalment.
(4) Kull infermier skular jista’ jagħmel tajjeb għall-assenza
msemmija fis-subregolament (2) jew għal xi parti minnha, billi
jitlef numru ekwivalenti ta’ ġranet ta’ leave ta’ vakanza li għalih
ikollu jedd.
L-infermieri 
skulari jridu 
jgħaddu l-eżami 
finali.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1987;
A.L. 46 ta’ l-1988;
A.L. 91 ta’ l-1989.
13. (1) Infermier skular ma jitqiesx li għadda l-eżami finali
jekk ma jiksibx pass mark fil-prova bil-miktub u fil-prova prattika
u orali għas-sodisfazzjon tal-Bord ta’ eżaminaturi.
(2) Infermier skular -
(a) li jeħel f’xi karta jew fil-prova prattika u orali ta’ l-
eżami finali jitħalla jerġa’ jersaq għal dak l-eżami
f’dik il-karta jew prova jekk jagħti prova permezz ta’
ċertifikat li joħroġ il-principal nursing tutor, għas-
sodisfazzjon tal-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel, li
jkun għamel aktar taħriġ intensiv fi skola:
Iżda ebda infermier skular ma jista’ juża dan il-
benefiċċju li jersaq għal eżami supplementari bħal dak
f’xi żmien li jkun qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data
li fiha jkun l-aħħar resaq għall-imsemmi eżami;
(b) li ma jipproduċix ċertifikat bħal dak imsemmi fil-
paragrafu (a) huwa ntitolat li jersaq għal eżami
supplementari skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’
dawn ir-regolamenti, f’xi sessjoni li s-soltu ssir wara li
jgħaddu sitt xhur mid-data tas-sessjoni li jkun l-aħħar
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
ISKRITTI FL-ELENKU  ġ L.S.458.21 5
weħel fih:
Iżda, ebda infermier skular ma jista’ juża xi
wieħed minn dawn il-benefiċċji f’xi żmien li jkun
wara tliet snin mid-data li fiha jkun resaq għall-eżami
finali għall-ewwel darba.
Pass mark fil-
provi.
Emendat:
A.L. 91 ta’ l-1989.
14. Infermier skular ma jitqiesx li għadda ebda waħda mill-
provi jekk ma jiksibx għall-anqas ħamsin fil-mija tal-marki li
jistgħu jingħataw f’dawk il-karti miktubin jew fil-prova prattika u
orali.
Tmexxija ta’ 
eżamijiet u tat-test.
Emendat:
A.L. 91 ta’ l-1989. 
15. (1) L-eżami intermedju u dak finali jitmexxew minn Bord
ta’ eżaminaturi li jiġi nominat mill-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-
Qwiebel.
(2) Il-Bord ta’ eżaminaturi għall-eżami intermedju għandu
mill-inqas jinkludi żewġ infermieri li isimhom ikun imniżżel fil-
parti ġenerali tar-reġistru ta’ l-infermieri miżmum mill-Kunsill ta’
l-Infermiera u l-Qwiebel.
(3) Il-Bord ta’ l-eżaminaturi għall-eżami finali jkun magħmul
minn -
(a)  uffiċjal mediku prinċipali jew uffiċjal mediku anzjan,
jew xi uffiċjal mediku ieħor li jkun qiegħed iwettaq
dmirijiet amministrativi fid-Dipartiment tas-Saħħa,
bħala Chairman;
(b)  żewġ tobba, li wieħed minnhom ikun fiżjologu u l-
ieħor kirurgu; u
(ċ) tliet infermieri, li tnejn minnhom ikunu persuni li
isimhom ikun imniżżel fit-taqsima ġenerali tar-reġistru
ta’ l-infermieri u l-persuna l-oħra li isimha jkun
imniżżel fl-elenku ta’ l-infermieri.
(4) Il-Bord ta’ eżaminaturi għandu jissottometti r-riżultati lill-
Kunsill ta’ l-Infermierai u l-Qwiebel għall-approvazzjoni u l-firma
qabel ma jiġi pubblikat.
Meta jinżammu l-
eżamijiet u 
applikazzjonijiet 
relattivi.
Emendat:
A.L. 91 ta’ l-1989.
 16. (1)  Id-dati li fihom l-eżami imtermedju u l-eżami finali
jkunu ser isiru għandhom jiġu avżati fuq in-notice board ta’ l-
iskola għallinqas minn xahar qabel. 
(2) Infermier skular li bi ħsiebu jersaq jew għall-eżami
intermedju jew għall-eżami finali għandu, flimkien mad-dritt
relattiv għall-eżami, jissottometti lill-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-
Qwiebel applikazzjoni fuq il-formula preskritta fit-Tieni Skeda
flimkien ma’ ċertifikat mill-principal nursing tutor, ukoll skond l-
istess skeda, li jiċċertifika -
(a) il-fatt li l-infermier skular jkun ikkompleta l-
esperjenza fl-infermerija klinika meħtieġa skond ir-
regolament 8(1); u
 (b) il-kondotta u l-attendenza regolari ta’ l-imsemmi
infermier skular matul il-perijodu relattiv ta’ tagħlim
skond il-ħtiġiet ta’ dawn ir-regolamenti.
6 L.S.458.21 ħ
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
ISKRITTI FL-ELENKU 
L-infermieri 
skulari li jgħaddu 
jingħataw 
ċertifikati.
Emendat:
A.L. 91 ta’ l-1989.
A.L. 94 ta’ l-1991.
17.  (1) L-infermieri skulari li, wara li jikkompletaw il-
perijodu kollu ta’ tagħlim jgħaddu mill-eżami finali, jingħataw
ċertifikat iffirmat miċ-chairman tal-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-
Qwiebel fejn jiddikjara illi l-infermier skular ikun għamel il-kors
ta’ studji preskritti fl-iskola ta’ tagħlim u li ġie approvat fl-
eżamijiet preskritti.
Kap. 464.
(2) Dak iċ-ċertifikat għandu jitqies li jkun iċ-ċertifikat
imsemmi fit-Taqsima IV ta’ l-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa.
Infermieri skulari 
rġiel.
Sostitwit:
A.L. 91 ta’ l-1989.
18. Il-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel jista’ jeżenta
infermieri skulari rġiel milli jiksbu esperjenza prattika ta’
infermerija fi -
l-infermerija medika ġenerali dwar pazjenti nisa;
l-infermerija kirurġika ġenerali dwar pazjenti nisa;
kura fis-swali tal-maternità  u tal-ġinekoloġija;
l-infermerija dwar pazjenti nisa xjuħ jew li jkunu l-
isptar għal żmien twil u l-infermerija dwar pazjenti
nisa li jkollhom mard tal-mohħ jew li jkunu
mentalment handicapped.
Korsijiet oħra fejn 
jigħata ċertifikat.
Miżjud:
A.L. 94 ta’ l-1991.
19.  (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jistgħu ma
japplikawx għal korsijiet fejn jingħata ċertifikat għal infermieri
iskritti fl-elenku li jkunu organizzati u mmexxija mill-Istitut għal
Kura tas-Saħħa ta’ l-Università  ta’ Malta jew minn xi skola li
jkollha l-għarfien tal-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel jekk l-
imsemmi Kunsill ikun sodisfatt bil-kundizzjonijiet għad-dħul fil-
kors u bil-curriculum u tests u eżamijiet ta’ l-imsemmi kors.
Kap. 464.
(2) Iċ-Chairman tal-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel
għandu joħroġ ċertifikat lil dawk il-kandidati li jtemmu l-kors
imsemmi fis-subregolament (1) b’suċċess għal finijiet ta’ l-Att
dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa.
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
ISKRITTI FL-ELENKU  ġ L.S.458.21 7
L-EWWEL SKEDA
(Regolamenti 7 u 8)
SKEMA TA’ TAGĦLIM 
(INFERMIERI SKULARI)
Ġimgħat 
(iklużi)
PARTI INTRODUTTORJA
1-4 Lezzjonijiet fi: ANATOMIJA
FIŻJOLOĠIJA
INFERMERIJA
L-EWWEL GĦAJNUNA
TEST INTRODUTTORJU
Ġimgħat 
(iklużi)
PARTI INTERMEDJA
5-10 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 1.
MEDIĊINA/KIRURĠIJA
11-12 Study Block 1 (Tagħlim Teoriku)
13-18 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 2.
KIRURĠIJA/MEDIĊINA 
19 Vakanzi
20 Study Block 2 (Tagħlim Teoriku)
21-32 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 3.
ĠINEKOLOĠIJA/UROLOĠIJA/KURADWAR
MATERNITÀ /KURA DWAR TRABI
33 Vakanzi
34 Study Block 3 (Tagħlim Teoriku)
35-46 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 4.
TAQSIMA TA’ L-EMERĠENZA/ORTOPEDIJA/
SPEĊJALIZZAZZJONI MEDIKA JEW KIRURĠIKA
(li tinkludi esperjenza fit-Taqsima dwar l-Onkoloġija u
d-Deni fl-Isptar Boffa, u fit-Taqsima ta’ l-Outpatients)
47-48 Vakanzi
49-50 Study Block 4 (Tagħlim Teoriku)
EŻAMI INTERMEDJU.
Ġimgħat 
(iklużi)
PARTI FINALI
51-60 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 5.
ĠERJATRIJA (li tinkludi xogħol ġerjatriku fil-
kommunità )/PEDJATRIJA
61 Vakanzi
62 Study Block 5 (Tagħlim Teoriku)
63-74 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 6.
ĠERJATRIJA (li tinkludi xogħol ġerjatriku fil-
kommunità )/MARD U HANDICAPP TAL-MOĦĦ
75 Vakanzi
8 L.S.458.21 ħ
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
ISKRITTI FL-ELENKU 
Żmien Allokat: 
Parti Introduttorja: 4 ġimgħat
Study Blocks:  11-il ġimgħa 
Esperjenza fl-Infermerija 
Prattika: 80 ġimgħa
Vakanzi:  9 ġimgħat.
76 Study Block 6 (Tagħlim Teoriku)
77-88 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 7.
KURA FIL-KOMMUNITÀ  (li tinkludi Infermerija fid-
Djar)/SPEĊJALIZZAZZJONI MEDIKA JEW
KIRURĠIKA (li tinkludi esperjenza fit-Taqsima dwar l-
Onkoloġija u d-Deni fl-Isptar Boffa u fit-Taqsima ta’ l-
Outpatients)/MARD U HANDICAP TAL-MOĦĦ
89 Vakanzi
90 Study Block 7 (Tagħlim Teoriku)
91-100 Esperjenza fl-Infermerija Prattika 8.
MEDIĊINA/KIRURĠIJA
101-102 Vakanzi
103-104 Study Block 8 (Tagħlim Teoriku)
EŻAMI FINALI
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
ISKRITTI FL-ELENKU  ġ L.S.458.21 9
Emendata:
A.L. 92 ta’ l-1989.
IT-TIENI SKEDA 
TAQSIMA I 
Regolamenti dwar l-Iskola ta’ Taħriġ għall-Infermieri Iskritti 
fl-Elenku
 Applikazzjoni għad-Dħul għall-Eżami Preliminari/Finali * li jsir 
għal Infermieri Skulari
( Indirizz)  .......................................
........................................
( Data)  ........................................
Ir-Reġistratur, 
Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel
 Qiegħed napplika għal permess biex nersaq għall-eżami
preliminari/finali* li jsir għal Infermieri Skulari matul..................
.................................. skond ir-Regolamenti dwar l-Iskola ta’
Taħriġ għall-Infermieri Iskritti fl-Elenku.
Sabiex insostni l-applikazzjoni tiegħi, qiegħed nissottometti
ċertifikat iffirmat mill-principal nursing tutor li juri li jien temmejt
l-esperjenza fl-infermerija prattika fl-Iskola tat-Taħriġ għall-
Infermieri ta’.........................................................., (li jiena bdejt
nattendi fi ..................................................................) skond is-
sub-regolament (1) tar-regolament 8 tar-Regolamenti dwar l-Iskola
ta’ Taħriġ għall-Infermieri Iskritti fl-Elenku, u li juri wkoll il-
kondotta u l-attendenza regolari tiegħi fiż-żmien relattiv ta’ taħriġ.
Qiegħed hawn ukoll nissottometti d-dritt relattiv għall-eżami.
Firma ..........................................
Isem b’ittri kbar ...........................
(Infermier/a Skular/a)
*Ħassar fejn ma jgħoddx.
10 L.S.458.21 ħ
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
ISKRITTI FL-ELENKU 
TAQSIMA IIA
Regolamenti dwar l-Iskola ta’ Taħriġ għall-Infermieri Iskritti 
fl-Elenku
Ċertifikat maħruġ mill-Principal Nursing Tutor għall-Għanijiet ta’ 
l-Eżami Intermedju li jsir għall-Infermieri Skulari*
Ir-Reġistratur,
Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel
(Data) .....................................
B’dan qiegħed niċċertifika, bħala Principal Nursing Tutor, illi s-
Sinjorina/is-Sur ...................................... Infermier/a Skular/a,
bint/iben...................................................... imwieled/a
....................................... ta’ ............................. sena u j/toqgħod
.......................................................................................................
a. ikkompleta/t l-esperjenza fl-infermerija prattika
meħtieġa skond is-sub-regolament (1) tar-regolament 8
tar-Regolamenti dwar l-Iskola ta’ Taħriġ għall-
Infermieri Iskritti fl-Elenku, dwar l-eżami intermedju,
u 
b. attenda/iet regolarment għaż-żmien relattiv ta’ taħriġ,
skond ir-Regolamenti msemmija.
Il-kondotta tas-sinjorina/sur ....................................................
kienet sodisfaċenti/mhux sodisfaċenti matul iż-żmien relativ ta’
taħriġ.
Dan kien l-ewwel/it-tieni/it-tielet tentattiv tagħha/tiegħu ................
.......................................................................................................
Fil-każ biss ta’ l-ewwel tentattiv: II-marki tagħha/tiegħu fit-Test
Introduttorju kienu dawn: .......................... (massimu ta’ 20 marka)
Fil-każ tat-tieni jew it-tielet tentattiv: Sar b’mod sodisfaċenti
iktar taħriġ skond is-sub-regolament (1) tar-regolament l1 tar-
regolamenti msemmija.
Iva/Le
Firma: .................................... 
(Principal Nursing Tutor)
Isem (ITTRI KBAR):......................................................................
Isem ta’ l-Iskola tat-Taħriġ: ............................................................
*Dan iċ-Ċertifikat għandu jintbagħat flimkien ma’ l-applikazzjoni relattiva
biex wieħed jersaq għall-Eżami Preliminari li jsir għall-Infermieri Skulari.
SKOLA TA’ TAĦRIĠ GĦALL-INFERMIERI 
ISKRITTI FL-ELENKU  ġ L.S.458.21 11
TAQSIMA IIB
Regolamenti dwar l-Iskola ta’ Taħriġ għall-Infermieri Iskritti 
fl-Elenku
Ċertifikat maħruġ mill-Principal Nursing Tutor għall-Għanijiet ta’ 
l-Eżami Finali li jsir għall-Infermieri Skulari*
Ir-Reġistratur,
Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel
(Data) .....................................
B’dan qiegħed niċċertifika, bħala Principal Nursing Tutor, illi s-
Sinjorina/is-Sur ...................................... Infermier/a Skular/a,
bint/iben...................................................... imwieled/a
.................................. ta’ ............................ sena u j/toqgħod
.......................................................................................................
a. ikkompleta/t l-esperjenza fl-infermerija prattika
meħtieġa skond is-sub-regolament (1) tar-regolament 8
tar-Regolamenti dwar l-Iskola ta’ Taħriġ għall-
Infermieri Iskritti fl-Elenku, dwar l-eżami finali, u 
b. attenda/iet regolarment għaż-żmien relattiv ta’ taħriġ,
skond ir-Regolamenti msemmijin.
Il-kondotta tas-sinjorina/sur ....................................................
kienet sodisfaċenti/mhux sodisfaċenti matul iż-żmien relativ ta’
taħriġ.
Dan kien l-ewwel/it-tieni/it-tielet tentattiv tagħha/tiegħu ................
.......................................................................................................
Is-sinjorina/is-sur .................................... għaddiet/a l-Eżami
Preliminari li kien sar fi .............................................. 
Fil-każ biss tat-tieni jew it-tielet tentattiv: Sar b’mod
sodisfaċenti iktar taħriġ skond ir-regolament 13(2) tar-regolamenti
msemmijin iktar ’l fuq.
Iva/Le
Firma: .................................... 
(Principal Nursing Tutor)
Isem (ITTRI KBAR):......................................................................
Isem ta’ l-Iskola tat-Taħriġ: ............................................................
*Dan iċ-Ċertifikat għandu jingħata flimkien ma’ l-applikazzjoni relattiva
biex wieħed jersaq għall-Eżami Finali li jsir għall-Infermieri Skulari.
