PROĊEDURA TAL-KUNSILL TA’ L-INFERMIERA U L-
QWIEBEL BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET MIR-REĠISTRU ġ L.S.458.22 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.22
REGOLI DWAR IL-PROĊEDURA TAL-KUNSILL 
TA’ L-INFERMIERA U L-QWIEBEL BIEX 
JITĦASSRU L-ISMIJIET MIR-REĠISTRU
1 ta’ Novembru, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 148 ta’ l-1994.
Titolu.
tal-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel biex jitħassru l-Ismijiet
mir-Reġistru.
Tifsir.
"akkuża" tfisser akkuża speċifikata fl-avviż ta’ inkjesta;
Kap. 464.
"Chairman" tfisser iċ-Chairman tal-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-
Qwiebel, u jinkludi, fil-każ ta’ l-assenza taċ-chairman minn laqgħa
tal-Kunsill, il-membru li jaġixxi bħala Chairman ta’ dik il-laqgħa;
"eżerċitant" tfisser infermieri reġistrati jew iskritti fl-elenku jew
qabla reġistrata jew iskritta taħt l-Att, u referenzi għall- eżerċitant,
dwar kull kwerela jew rapport jew dwar kull proċediment, huma
referenzi għall-eżerċitant li kontra tiegħu tkun mibgħuta lill-
Kunsill kwerela jew rapport;
Kap. 94.
"Kunsill" tfisser il-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel stabbilit
bl-Ordinanza dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa; 
Kap. 94.
"reġistratur" tfisser ir-reġistratur tal-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-
Qwiebel nominat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 32(4) ta’
l-Ordinanza dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa.
Ordnijiet skond l-
Att.
3.  Ebda ordni ma għandu jingħata skond l-Att ħlief minħabba
xi inkjesta skond id- disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli dwar l-
akkuża jew l-akkużi formulati fl-avviż ta’ inkjesta notifikat skond
l-imsemmija disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli lill-persuna li
kontra tagħha l-akkuża tkun saret.
Kwereli u rapporti.
Kap. 9.
(a) kwerela bil-miktub illi eżerċitant ikun instab ħati minn
xi qorti f’dawn il-Gżejjer ta’ xi delitt li għalih hemm
piena ta’ priġunerija għal xi żmien li jkun iżjed minn
sena jew ta’ xi wieħed mid-delitti msemmija fl-artikoli
198 sa 209 tal-Kodiċi Kriminali, tintbagħat lill-Kunsill
minn xi korp jew persuna, jew rapport bil-miktub li l-
eżerċitant ikun ġie misjub ħati tintbagħat lill-Kunsill
minn persuna li jkollha kariga pubblika, jew
(b) kwerela bil-miktub dwar il-kondotta ta’ l-eżerċitant
tkun intbagħtet lill-Kunsill minn xi korp jew persuna,
jew rapport bil-miktub dwar il-kondotta ta’ eżerċitant
tkun intbagħtet lill-Kunsill minn persuna li jkollha
kariga pubblika, jew
2 L.S.458.22 ħ
PROĊEDURA TAL-KUNSILL TA’ L-INFERMIERA U L-
QWIEBEL BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET MIR-REĠISTRU
(ċ) kwerela bil-miktub illi l-eżerċitant ma jkunx tajjeb li
jkompli jeżerċita l-professjoni tiegħu minħabba mard
mentali jew fiżiku tiġi mibgħuta lill-Kunsill minn xi
korp jew persuna, jew rapport bil-miktub dwar l-
inkapaċità  ta’ eżerċitant li jkompli jeżerċita l-
professjoni tiegħu minħabba r-raġunijiet fuq
imsemmija jiġi mibgħut lill-Kunsill minn persuna li
jkollha kariga pubblika,
ir-reġistratur għandu jissottometti l-kwerela jew ir-rapport liċ-
Chairman.
(2) Safejn kwerela tirreferi għal kondotta jew inkapaċità
minħabba mard ma għandhiex titmexxa aktar ’il quddiem kemm-il
darba u sakemm ma tiġix konfermata permezz ta’ dikjarazzjoni bil-
ġurament; u kull dikjarazzjoni -
(a) għandha turi l-indirizz u d-deskrizzjoni tad-dikjarant,
u
(b) jekk xi fatt dikjarat ma jkunx jaf bih personalment id-
dikjarant, għandha turi l-oriġini ta’ l-informazzjoni
tad-dikjarant u r-raġunijiet għall-konvinzjoni tiegħu
dwar il-verità  tal-fatt.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregola (2), iċ-
Chairman għandu jordna lir-reġistratur biex jinnotifika lill-
eżerċitant li ġiet riċevuta l-kwerela jew ir-rapport, u jgħid is-
sustanza tal-kwerela jew tar-rapport u jibgħat lill-eżerċitant kopja
ta’ kull dikjarazzjoni ġuramentata, u jitlob lill-eżerċitant biex
jissottometti lill-Kunsill, egħluq dak il-perijodu ta’ żmien li ma
jkunx ta’ aktar minn erba’ ġimgħat, kull spjegazzjoni li l-eżerċitant
ikun jista’ jagħti; u kull spjegazzjoni għandha tkun bil-miktub u
għandha tasal għand ir-reġistratur egħluq iż-żmien stabbilit miċ-
Chairman:
Iżda, madankollu, safejn il-kwerela jew ir-rapport jirreferu
għal kondotta, jekk ma jkunx jidher liċ-Chairman li jkun
diskutibbli jekk dik il-kondotta tikkostitwix kondotta bla ġieh
f’imġieba professjonali, huwa għandu jordna lir-reġistratur biex
jirreferi dik il-kwerela jew rapport lill-Kunsill jew biex jiddeċiedi
illi l-kwerela jew rapport ma għandhomx jitmexxew aktar ’il
quddiem jew biex jordna lir-reġistratur li jinnotifika lill-eżerċitant
skond id-disposizzjonijiet ta’ din is-subregola.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li jaħbtu qabel ta’ din ir-
regola, iċ-Chairman għandu jordna lir-reġistratur biex jibgħat għal
inkjesta l-kwerela jew ir-rapport lill-Kunsill flimkien ma’ kull
spjegazzjoni mogħtija wara mill-eżerċitant u kull dikjarazzjoni
ġuramentata.
(5) F’din ir-regola l-frażi "persuna li jkollha kariga pubblika"
tfisser uffiċjal ta’ dipartiment tal-gvern jew awtorità  pubblika li
taġixxi bħala tali, jew kull persuna li jkollha kariga ġudizzjarja jew
kull uffiċjal tal-Qrati.
Avviż ta’ inkjesta. 5. (1) Kemm jista’ jkun malajr wara li l-kwerela jew ir-
rapport ikunu ntbagħtu lill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’
qabel u kemm-il darba l-Kunsill ma jkunx sodisfatt għal kollox bl-
PROĊEDURA TAL-KUNSILL TA’ L-INFERMIERA U L-
QWIEBEL BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET MIR-REĠISTRU ġ L.S.458.22 3
ispjegazzjoni miktuba ta’ l-eżerċitant, ir-reġistratur għandu
jinnotifika lill-eżerċitant b’avviż (f’dawn ir-regoli msejjaħ "avviż
ta’ inkjesta") li għandu -
(a) jispeċifika, fil-forma ta’ akkuża jew akkużi, il-ħwejjeġ
li dwarhom l-inkjesta tkun ser issir, u
 (b) jgħid id-data, il-ħin u l-post li fihom l-inkjesta tkun ser
issir.
(2) L-inkjesta ma għandhiex tiġi appuntata għal xi data qabel
tmint ijiem wara d-data ta’ l-avviż ta’ inkjesta.
(3) L-avviż ta’ inkjesta għandu jkun fil-forma murija fil-
Formula A li hemm fl-Iskeda, b’dak it-tibdil li ċ-ċirkostanzi
jeħtieġu.
(4) Għandha tintbgħat ma’ kull avviż ta’ inkjesta kopja ta’
dawn ir-regoli.
(5) Kopja ta’ l-avviż ta’ inkjesta għandha tiġi notifikata lill-
kwerelant jew lil min ikun bagħat ir-rapport.
Ġurnata u ħin ta’ 
inkjesta.
6. Iċ-Chairman għandu jistabbilixxi l-ġurnata u l-ħin biex
issir inkjesta skond l-Att. 
Avviż difettuż.
Chairman, jew f’xi stadju tas-smigħ ikun jidher lill-Kunsill, illi l-
avviż ta’ inkjesta ikun difettuż, iċ-Chairman jew il-Kunsill, skond
il-każ, għandu jagħti ordnijiet għall-emenda ta’ l-avviż skond kif
jidhirlu meħtieġ kemm-il darba, wara li jittieħed kont tal-meriti tal-
każ, l-emendi meħtieġa jkunu jistgħu jsiru mingħajr inġustizzja.
(2) Meta fil-fehma taċ-Chairman jew tal-Kunsill ikun spedjenti
minħabba fl-eżerċizzju minnu tas-setgħat mogħtija bis-subregola
(1), illi l-inkjesta għandha tiġi posposta jew differita, ċ-Chairman
jew il-Kunsill, skond il-każ, għandu jagħti dawk l-ordnijiet li
jidhirlu meħtieġa.
Proċeduri fil-
pubbliku. 
8. Il-proċeduri quddiem il-Kunsill għandhom isiru fil-
pubbliku; iżda l-Kunsill jista’, meta jidhirlu meħtieġ jew xieraq,
jordna illi l-proċeduri jsiru fil-privat.
Astensjoni jew 
rikuża.
Kap. 12.
9. (1) Kull membru tal-Kunsill u/jew ir-reġistratur għandu
jastjeni ruħu milli jieħu sehem f’xi inkjesta jew jista’ jiġi rikużat
f’kull waħda miċ-ċirkostanzi li fiha mħallef jastjeni jew jista’ jiġi
rikużat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Kull rikuża ma tkunx ammissibbli kemm-il darba din ma
ssirx qabel ma r-reġistratur jaqra l-akkuża lill-eżerċitant.
(3) Il-Kunsill għandu jiddeċiedi l-oġġezzjoni qabel ma tinqara
l-akkuża u d-deċiżjoni tiegħu tkun finali.
Għajnuna legali u 
għajnuna oħra.
10. (1) Kull parti f’kull proċedura quddiem il-Kunsill tista’
tiġi mgħejjuna minn avukat. L-eżerċitant jista’ jkun ukoll mgħejjun
minn membru tal-professjoni tiegħu, li ismu jkun jidher fir-reġistru
approprjat jew ikun iskritt fl-elenku approprjat, jew minn
prokuratur legali.
4 L.S.458.22 ħ
PROĊEDURA TAL-KUNSILL TA’ L-INFERMIERA U L-
QWIEBEL BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET MIR-REĠISTRU
(2) Iċ-Chairman għandu jgħarraf bid-disposizzjonijiet ta’ din
ir-regola lil kull parti fil-proċedimenti li ma tkunx assistita
quddiem il-Kunsill.
Qari ta’ l-akkuża.  11. Il-proċedimenti ta’ l-inkjesta għandhom jibdew billi r-
reġistratur jaqra l-akkuża. Wara dan iċ-Chairman għandu jagħmel
lill-eżerċitant il-mistoqsija jekk jammettix jew jiċħadx l-akkuża.
Ammissjoni jew 
ċaħda.
12. (1) Jekk l-eżerċitant jammetti l-akkuża l-Kunsill jista’,
fid-diskrezzjoni tiegħu, jiddispensa mill-produzzjoni ta’ xhieda u
jgħaddi biex jagħti d-deċiżjoni tiegħu f’dik il-ġurnata jew f’xi
ġurnata oħra li tiġi stabbilita.
 (2) Jekk l-eżerċitant jiċħad l-akkuża jew l-akkużi l-Kunsill
għandu jkompli bl-inkjesta.
(3) Jekk l-eżerċitant jonqos milli jattendi mingħajr raġuni ġusta
u l-Kunsill ikun sodisfatt illi l-avviż ta’ l-inkjesta jkun intbagħat kif
meħtieġ b’dawn ir-regoli, il-Kunsill jista’, jekk jidhirlu xieraq,
ikompli bl-inkjesta anki fl-assenza tiegħu:
Iżda, jekk l-eżerċitant ma jkunx jista’ jattendi minħabba
raġuni ġusta, hu jista’, jekk jippreferixxi hekk, jitlob li l-inkjesta
titkompla u jinnomina waħda mill-persuni msemmija fir-regola
10(1) biex tirrapreżentah fil-proċedimenti.
Proċedimenti. 13. Il-proċedimenti dwar inkjesta jkunu dawn li ġejjin: 
(a) Xhieda li jsostnu l-akkuża għandhom ikunu prodotti u
eżaminati mill-parti li tipproduċihom jew fin-nuqqas
tagħha mill-Kunsill u kontro-eżaminati mill-
eżerċitant; wara dan kull membru tal-Kunsill ikun
jista’ jagħmel mistoqsijiet li jidhirlu li huma meħtieġa.
(b) Ix-xhieda tad-difiża għandhom jinstemgħu u f’każ li l-
eżerċitant jixtieq jagħti ix-xiehda tiegħu, jista’
jagħmel hekk kemm-il darba x-xiehda tiegħu tingħata
qabel dik ta’ kull xhud li jkun ser jiġi prodott minnu.
Ix-xhieda għandom ikunu eżaminati mill-eżerċitant u
kontro-eżaminati minn kull parti oħra fil-
proċedimenti; wara dan kull membru tal-Kunsill ikun
jista’ jagħmel mistoqsijiet li jidhirlu meħtieġa.
(ċ) Meta l-provi kollha jkunu ġew magħmula, l-eżerċitant
jista’, personalment jew permezz tal-persuna li minnha
jkun assistit, jindirizza lill-Kunsill u jagħmel id-difiża
tiegħu.
(d) Il-Kunsill għandu wara dan jagħti d-deċiżjoni tiegħu
f’dik il-ġurnata jew f’xi ġurnata oħra stabbilita għal
dak l-iskop.
(e) Il-Kunsill ma jkunx prekluż f’kull stadju tal-
proċediment, sakemm tingħata d-deċiżjoni tiegħu,
milli jerġa’ jisma’ xi xhud jew milli jitlob li jinġiebu
xi dokumenti.
Akkuża mhux 
pruvata.
14. Fil-każijiet kollha meta l-Kunsill ikun sodisfatt illi l-
akkuża jew l-akkużi ma jkunux ġew pruvati, il-Kunsill għandu
jiddeċiedi hekk u għandu jniżżel deċiżjoni li l-akkuża jew l-akkużi
PROĊEDURA TAL-KUNSILL TA’ L-INFERMIERA U L-
QWIEBEL BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET MIR-REĠISTRU ġ L.S.458.22 5
ma jkunux ġew pruvati u illi l-eżerċitant jkun jew ma jkunx ħati
dwar il-ħwejjeġ li għalihom l-akkuża tirreferixxi.
Id-deċiżjonijiet 
jingħataw fil-
pubbliku u bil-
miktub.
15. (1) Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jingħataw fil-
pubbliku u bil-miktub; għandhom ikunu ffirmati miċ-Chairman. 
 (2) L-oriġinal għandu jinżamm mir-reġistratur, flimkien mal-
proċess sħiħ ta’ l-inkjesta.
Il-validità  ta’ 
proċedimenti.
16. Meta skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dawn ir-regoli l-inkjesta tkun differita għal xi laqgħa wara, il-
validità  tal-proċedimenti f’dik il-laqgħa ma għandhiex tiġi attakkata
minħabba biss illi l-membri tal-Kunsill li kienu preżenti fil-laqgħa
ta’ qabel ma kienux preżenti fil-laqgħa ta’ wara jew illi membri tal-
Kunsill li kienu preżenti fil-laqgħa ta’ wara ma kienux preżenti fil-
laqgħa ta’ qabel.
Kopja tad-
deċiżjoni.
17. Ir-reġistratur għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-
eżerċitant kopja tad-deċiżjoni tal-Kunsill. 
Formula ta’ taħrik 
tax-xhieda.
18. L-avviż lil xi persuna biex tidher quddiem il-Kunsill biex
tagħti xiehda u/jew biex tipproduċi dokumenti għandu jkun skond
il-forma murija fil-Formula B li hemm fl-Iskeda.
Firma u notifika ta’ 
avviż.
19. Kull avviż imsemmi f’dawn ir-regoli għandu jkun iffirmat
miċ-Chairman u jiġi notifikat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 36 ta’ l-Att:
Iżda kull avviż maħruġ skond ir-regola 18 għandu jiġi
notifikat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 37 ta’ l-Att.
Setgħa tal-Kunsill.
(a) jżomm il-bon ordni, u
(b) jirregola d-diskussjoni.
Diskussjonijiet 
konfidenzali.
21. Il-membri tal-Kunsill u r-reġistratur ma għandhomx jikxfu
ebda ħaġa diskussa mill-Kunsill waqt l-inkjesta.
Proċedimenti oħra. 
jirregola l-proċeduri tiegħu stess.
6 L.S.458.22 ħ
PROĊEDURA TAL-KUNSILL TA’ L-INFERMIERA U L-
QWIEBEL BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET MIR-REĠISTRU
SKEDA
FORMULA A
(Regola 5(3))
 KUNSILL TA’ L-INFERMIERA U L-QWIEBEL
 Avviż ta’ Inkjesta
Lil  ............................................... (data)
............................................... 
Jiena b’dan navżak illi l-Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel
ordna inkjesta biex jikkunsidra u jiddeċiedi l-akkuża/l-akkużi
imputata/i lilek, jiġifieri .................................................................
.......................................................................................................
 L-ewwel seduta ta’ l-imsemmija inkjesta sejra tinżamm nhar
................... il-................... 19.................... fil-........................ il-
................... .
Kopja tar-Regoli dwar il--Proċedura tal-Kunsill ta’ l-Infermiera
u l-Qwiebel biex jitħassru l-Ismijiet mir-Reġistru hija annessa biex
tagħraf timxi.
Inti mwissija illi n-nuqqas min-naħa tiegħek li tidher mingħajr
ma tagħti spjegazzjoni xierqa ma jfissirx illi l-Kunsill ta’ l-
Infermiera u l-Qwiebel ma jistax ikompli l-inkjesta.
Chairman 
Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel
PROĊEDURA TAL-KUNSILL TA’ L-INFERMIERA U L-
QWIEBEL BIEX JITĦASSRU L-ISMIJIET MIR-REĠISTRU ġ L.S.458.22 7
FORMULA B 
(Regola 18)
KUNSILL TA’ L-INFERMIERA U L-QWIEBEL
 Avviż lill-Persuna biex tagħti x-xiehda u/jew biex tipproduċi 
dokumenti, eċċ. 
Lil  ............................................... (data)
............................................... 
Inti b’dan meħtieġa tattendi quddiem il-Kunsill ta’ l-Infermiera u
l-Qwiebel nhar ....................... il-.............................. 19 ...........
fil-............................. il-........................................ u f’kull ġurnata
oħra li għaliha s-smiegħ ikun ġie differit, biex tagħti x-xiehda u/
jew tipproduċi d-dokumenti li ġejjin ................................
.............................. fil-kwistjoni ta’ inkjesta li qed issir kontra
............................................................ .
Inti mwissija illi jekk tonqos li tattendi tista’ teħel il-penalitajiet
stabbiliti mill-liġi.
Chairman 
Kunsill ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel
