LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI ġ L.S.458.23 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.23
REGOLAMENTI DWAR LIĊENZJI GĦAL 
KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI 
10 ta’ Novembru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 161 ta’ l-1995, kif emendat bl-Avviżi Legali 200 ta’ l-
1996 u 183 ta’ l-2003.
Titolu.
Liċenzji għal Kliniċi Mediċi Privati.
Tifsir.
jeħtieġx xort’oħra -
Kap. 464.
"dipartiment" tfisser id-Dipartiment tas-Saħħa;
"klinika" tfisser klinika medika privata;
"klinika medika privata" tinkludi sptar privat u klinika medika
għall-kura matul il-jum, iżda ma tinkludix il-kamra konsultorja ta’
tabib;
"Ministeru" tfisser il-Ministeru tas-Saħħa;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-Saħħa Pubblika;
"persuna awtorizzata" tfisser persuna awtorizzata mill-Ministru
biex teżerċita s-setgħat skond ir-regolament 13;
"Suprintendent" tfisser is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
Il-klinika tkun 
skond id-
disposizzjonijiet 
ta’ dawn ir-
regolamenti.
3. Tista’ tingħata jew tiġġedded liċenza għall-ftuħ ta’ klinika
jew sabiex din tkompli titmexxa skond l-Att sakemm dik il-klinika
tkun skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Liċenzjar.
lill-Ministru bil-miktub u tintbagħat jew tiġi konsenjata lill-
Ministeru:
Iżda meta jkun hemm diġà  applikazzjoni pendenti qabel il-
bidu fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti, dik l-applikazzjoni għandha
titqies li tkun saret skond dawn ir-regolamenti.
(2) Fl-applikazzjoni għall-liċenza ta’ klinika, applikant għandu
jagħti dawk il-partikolaritajiet li huma speċifikati fl-Ewwel Skeda
u dak it-tagħrif l-ieħor li l-Ministru jista’ jeħtieġ.
(3) Flimkien ma’ kull applikazzjoni għall-liċenza, inkluża dik
biex tiġġedded liċenza, għal klinika għandu jitħallas dak id-dritt li
l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi b’avviż fil-
Gazzetta.
 Rifjut ta’ liċenza. 
jista’ jirtira liċenza dwar klinika jekk ikun sodisfatt -
(a) li l-applikant, jew xi persuna impjegata jew li jkun
hemm il-ħsieb li tiġi impjegata mill-applikant biex
2 L.S.458.23 ħ LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI
tkun responsabbli għall-klinika ma jkunx jew ma
tkunx persuna li jkollha kondotta tajba; jew
(b) li għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-lokal,
kostruzzjoni, stat ta’ tiswija, akkomodazzjoni,
persunal jew tagħmir, il-klinika ma tkunx addattata
biex tintuża bħala klinika; jew
(ċ) li l-klinika tkun, jew xi post użat in konnessjoni
magħha jkun, użat jew maħsub biex jintuża, għal
finijiet li ma jkollhomx x’jaqsmu mal-klinika jew li
huma b’xi mod mhux xierqa, mhux etiċi jew
illeġittimi; jew
Kap. 356.
(d) li l-klinika jew xi post li jkun se jintuża in konnessjoni
magħha jikkonsisti fi, jew jinkludi, xogħlijiet li
mhumiex awtorizzati skond l-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-
Iżvilupp; jew
(e) li l-arranġamenti għat-tmexxija u l-kontroll tas-
servizzi provduti fil-klinika ma humiex adegwati.
(2) Meta liċenza tkun ġiet rifjutata, jew ma tiġġeddidx, jew
tkun ġiet irtirata, min japplika jew id-detentur ta’ liċenza, skond il-
każ, jista’ fi żmien tletin jum minn meta jirċievi avviż tar-rifjut,
nuqqas ta’ tiġdid jew irtirar ta’ dik il-liċenza, jappella quddiem
tribunal li jinħatar mill-President ta’ Malta u kostitwit minn
persuna li kellha, għal mill-anqas seba’ snin, warrant biex
tipprattika l-professjoni legali f’Malta li jkun chairman, u żewġ
membri oħra li wieħed ikun nominat minn fost il-professjoni
medika u l-ieħor li jkun rappreżentant tad-dipartiment.
Liċenza għandha 
tispeċifika n-
numru ta’ pazjenti 
li jinżammu.
6. (1) Iċ-ċertifikat tal-liċenza għandu jispeċifika n-numru ta’
sodod li għandu jinżamm għal in-patients fil-klinika.
(2) Ix-xorta ta’ operazzjonijiet kirurġiċi li jistgħu jsiru fil-
klinika jkunu dawk imniżżla fit-Tieni Skeda u skond kull
kondizzjoni hemm speċifikata.
(3) Iċ-ċertifikat tal-liċenza għandu jkun imwaħħal f’post fejn
jidher sewwa fil- klinika.
(4) It-tariffa tad-drittijiet li għandhom jitħallsu fil-klinika dwar
servizzi, barra minn servizzi professjonali provduti fil-klinika,
għandha tinżamm imwaħħla f’post fejn jidher sewwa fil-klinika.
(5) Id-detentur tal-liċenza huwa obbligat li jassigura li dawk il-
pazjenti kollha li jitolbu jew jirċievu servizz ikunu infurmati bil-
ħlasijiet mitlubin f’dik il-klinika u jkunu wkoll jistgħu jirċievu
kopja tal-ħlasijiet relattivi, liema kopja għandha tingħata lil kull
min jitlobha.
Kondizzjonijiet tal-
liċenza.
7. (1) Meta tinħareġ liċenza għal klinika f’isem kumpannija,
id-detentur ta’ liċenza għandu jinforma lill-Ministru bil-miktub
dwar kull tibdil fl-isem tal-persuni li jkunu qegħdin jiġġestixxu l-
kumpannija, u dan fi żmien sebat ijiem mid-data tal-bidla.
(2) (a) Ebda liċenza għat-tmexxija ta’ klinika ma tista’
tingħata, tiġi trasferita jew imġedda jekk il-klinika ma
tkunx taħt ir-responsabbiltà  ta’ tabib jew ta’ infermier
reġistrat, iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-persuna
LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI ġ L.S.458.23 3
responsabbli".
(b) Jekk id-detentur tal-liċenza jew il-persuna
responsabbli jkunu assenti, għandhom jassikuraw li l-
isem tal-persuna li tkun responsabbli minflokhom tkun
avżata f’post fejn jintwera ċar fil-pubbliku, għas-
sodisfazzjon tas-Suprintendent.
(ċ) Meta l-persuna responsabbli tkun assenti u ma jkunx
hemm sostitut responsabbli, il-klinika għandha matul
dak iż-żmien titqies li tkun mingħajr liċenza.
(d) Id-detentur ta’ liċenza għandu jgħarraf minnufih lis-
Suprintendent bil-miktub, u meta jkun possibbli u
prattiku bil-quddiem, dwar kull bidla, minbarra dik
imsemmija qabel, tal-persuna responsab-bli mill-
klinika.
(e) Għandu jkun hemm distinzjoni u definizjoni ċara ta’
kull rwol u responsabbiltà  tal-persuna responsabbli u
tad-detentur tal-liċenza f’dawk il-każi kollha meta
dawk il-funzjonijiet ma jitwettqux mill-istess persuna.
Preżenza ta’ tabib 
mediku.
8. Id-detentur ta’ liċenza għandu jassigura li f’kull ħin li
matulu l-pazjenti residenti jkunu qegħdin jiġu kurati fil-klinika,
jkun hemm disponibbli għajnuna medika residenti għall-pazjenti u
li tkun għas-sodisfazzjon tas-Suprintendent, wara li wieħed
jikkonsidra l-għadd u l-kondizzjoni ta’ dawk il-pazjenti u s-servizz
li jkun qiegħed jiġi provdut fil-klinika:
Iżda meta l-operazzjonijiet kirurġiċi li jkollhom isiru fil-
klinika jkunu limitati biss għal dawk li huma elenkati fit-Taqsima I
tat-Tieni Skeda, il-preżenza ta’ infermier reġistrat għandha tkun
biżżejjed.
Persunal ta’ 
infermiera.
9. (1) Id-detentur ta’ liċenza għandu jassigura li jkun hemm
preżenti f’kull ħin fil-klinika għadd xieraq ta’ infermiera sabiex
jiġi żgurat li jittieħed ħsieb xieraq tal-pazjenti fl-isptar, u għalhekk
għandu jiġi konsiderat -
(a) l-għadd u l-kategorija ta’ pazjenti akkommodati; 
(b) l-għadd ta’ sulari u l-għadd ta’ pazjenti f’kull sular; 
(ċ) il-firxa sħiħa tal-bini kollu;
(d) il-faċilitajiet disponibbli;
(e) l-għadd ta’ personal part-time addizzjonali u ta’ kull
personal ieħor li jista’ jipprovdi l-għajnuna ta’
infermier.
(2) (a) Bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak imsemmi qabel u tad-
disposizzjonijiet tas-subregolament (5), għandu mill-
inqas ikun hemm infermier reġistrat wieħed li jkun qed
jagħti servizz f’kull sala, jew qasam speċjali, f’kull ħin
li fih il-pazjenti jkunu qegħdin jirċievu servizz f’dik
is-sala jew qasam speċjali.
Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu, ebda sala jew
qasam speċjali ma għandhom jitqiesu btala sala jew
qasam ħlief jekk dik is-sala jew dak il-qasam ma
4 L.S.458.23 ħ LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI
jkunux għal kollox jinsabu fuq sular wieħed.
(b) Jekk ikun hemm sala tat-tfat jew qasam speċjali tat-tfal
inkorporati fil-klinika, għandu jkun hemm f’kull waqt
li t-tfal ikunu qegħdin jirċievu kura, infermier reġistrat
tat-tfal morda jew infermier reġistrat b’esperjenza
konsiderevoli fl-infermerija tat-tfal.
(ċ) Jekk tkun ser issir operazzjoni kirurġika fi klinika
għandu jkun hemm f’kull waqt matul dik l-operazzjoni
u, għal perijodu raġonevoli qabel u wara dik l-
operazzjoni, infermier reġistrat li jkollu l-esperjenza
meħtieġa fis-sala ta’ l-operazzjonijiet:
Iżda l-pazjenti li jkunu qegħdin jistejqru wara
anestesija għandhom ikunu taħt il-kura ta’ anestetista
jew ta’ infermier reġistrat jew iskritt fl-elenku u li jkun
imħarreġ għal dan l-iskop.
(3) (a) Ebda pazjent ma jista’ jitħalla fir-responsabbiltà  unika
ta’ persuna li ma tkunx awtorizzata taħdem ta’
infermier. 
(b) L-għadd ta’ infermiera temporanji jew każwali li jkunu
qegħdin jagħtu servizz ma għandux jaqbeż l-għadd ta’
infermiera li jkollhom impieg permanenti li jkunu
qegħdin jagħtu servizz u ebda infermier temporanju
jew każwali ma għandu jkun unikament responsabbli
għal xi pazjent sakemm infermier reġistrat li jkollu
impieg permanenti ma jkunx preżenti fl-isptar u jkun
jista’ jissejjaħ minnufih.
(4) Il-persuna responsabbli minn klinika għandha żżomm
roster tad-dmirijiet ta’ l-infermiera u dak ir-roster għandu jkun
disponibbli biex jarawh l-infermiera u, jekk jintalab, minn persuna
awtorizzata.
(5) Id-detentur ta’ liċenza, wara li wieħed iqis l-għadd, età ,
sess u kondizzjoni ta’ pazjenti rikoverati fil-klinika, għandu -
(a) jipprovdi kull persunal adegwat ieħor professjonali,
tekniku, anċillari u ta’ għajnuna ġenerali;
(b) jipprovdi akkomodazzjoni u spazju adegwati għal kull
pazjent fil-klinika inklużi, fejn ikun xieraq, faċilitajiet
għal kamra ta’ mistrieħ għal matul il-jum;
(ċ) jipprovdi għamara, sodod, purtieri u, jekk meħtieġ,
paraventi maġemb is-sodod u kisja tal-art xierqa u
adegwati fi kmamar okkupati jew użati minn pazjenti;
(d) jipprovdi tagħmir xieraq mediku, kirurġiku u ta’ l-
infermiera kif ukoll faċilitajiet ta’ kura xierqa, kif
ukoll sistema effiċjenti sabiex il-pazjent ikun jista’
jsejjaħ infermier;
(e) jipprovdi għall-użu tal-pazjenti sinkijiet adegwati u
banjijiet jew, meta jkun japplika, doċoċ, b’ilma sħun u
ilma kiesaħ flimkien ma’ għadd xieraq ta’ water
closets u faċilitajiet fejn jintrma l-ilma maħmuġ;
(f) jipprovdi dawl, sħana u ventilazzjoni adegwati f’kull
LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI ġ L.S.458.23 5
parti ta’ l-isptar okkupata jew użata mill-pazjenti;
(g) iżomm dawk il-partijiet kollha tal-klinika fi stat tajjeb
ta’ tiswija, indafa u raġonevolment dekorati;
(h) jassigura li jeżistu faċilitajiet xierqa u jieħu
prekawzjonijiet adegwati, kontra r-riskju ta’ ħruq kif
ukoll li jkun hemm aperturi adegwati li minnhom
wieħed jista’ joħroġ fil-każ ta’ ħruq, kif ukoll li
jagħmel arranġamenti adegwati kontra n-nar, u avviżi
dwar il-proċedura li għandha tintuża fil-każ ta’ ħruq,
għall-evakwazzjoni tal-pazjenti u tal-persunal, kif
jinżammu l-mezzi biex jintefa’ n-nar, u għal dawk l-
arranġamenti l-oħra li jistgħu f’kull każ ikunu
meħtieġa bil-liġi, u fin-nuqqas ta’ liġi, kif jista’ minn
żmien għal żmien jiġi ordnat mill-Kummissarju tal-
Pulizija; 
(i) jipprovdi kull tagħmir adegwat tal-kċina, borom u
pożati u faċilitajiet xieraq għat-tħejjija u ħażna ta’
ikel;
(j) ikollu ikel adegwat għal kull pazjent skond il-ħtiġiet
ta’ dieta li dak il-pazjent ikun qiegħed jagħmel;
(k) jorganizza faċilitajiet xierqa għall-ħasil tal-ħwejjeġ;
(l) jagħmel arranġamenti adegwati biex jitneħħa l-
materjal tessili, l-faxex użati, l-istrumenti u sustanzi w
materjal bħal dak, kif ukoll kull skart perikoluż ieħor;
(m) jagħmel arranġamenti adegwati għar-rigward ta’
pazjenti li jkunu ser jinżammu għal żmien twil;
(n) jagħmel arranġamenti adegwati sabiex id-drogi jiġu
reġistrati, miżmuma f’post sigur, u kif jiġu wżati;
(o) jagħmel arranġamenti adegwati għall-prevenzjoni ta’
infezzjoni, kondizzjonijiet tossiċi jew l-imxija ta’
infezzjoni fil-klinika;
(p) jieħu prekawzjonijiet meħtieġa kontra r-riskju ta’
inċidenti;
(q) jipprovdi assigurazjoni xierqa lill-pazjenti, u għall-
impjegati li jaħdmu fil-klinika u għall-assigurazjoni
gġat-terzi fil-każ ta’ inċidenti jew okkorrenzi oħra.
(6) L-għadd ta’ persunal domestiku għandu jkun biżżejjed biex
jiżgura li jkun hemm livell għoli ta’ indafa f’kull settur tal-bini u d-
detentur ta’ liċenza għandu jiżgura li dak il-persunal ikun sorveljat
minn persuna li tkun taf sew x’inhu meħtieġ bħala metodi u
materjal għat-tindif ta’ klinika.
(7) Għandu jkun hemm provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb
f’lokalitajiet xierqa.
(8) Kull klinika għandha tkun provduta b’faċilitajiet telefoniċi
adegwati. Faċilitajiet simili għandhom ikunu wkoll disponibbli
għall-użu privat tal-pazjenti.
(9) (a) Għar-rigward ta’ operazzjonijiet elenkati fit-Taqsima I
tat-Tieni Skeda, il-faċilitajiet u r-riżorsi kif ukoll il-
6 L.S.458.23 ħ LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI
kondizzjoni jew saħħa medika tal-pazjent għandhom
ikunu tali sabiex dawk l-operazzjonijiet ikunu jistgħu
isiru taħt kondizzjonijiet ta’ prattika kirurġika u
medika tajba kif rakkomandat minn kulleġġi
akkademiċi ta’ l-anestesija u kirurġi rikonoxxuti mis-
Suprintendent.
(b) Ebda operazzjoni kirurġika msemmija fit-Taqsima II
tat-Tieni Skeda ma tista’ ssir fi klinika sakemm ma
jkunx hemm faċilitajiet adegwati ta’ sala operatorja kif
hemm speċifikat fit-Tielet Skeda, għas-sodisfazzjon
tas-Suprintendent.
(ċ) Jekk fi klinika isiru operazzjonijiet kirurġiċi jew
tintuża sistema ta’ life support, għandu jkun hemm
faċilitajiet adegwati għal provvista elettrika immedjata
fil-każ li tinqata l-provvista elettrika pubblika kif ikun
meħtieġ sabiex titħares il-ħajja tal-pazjenti.
(10) F’dan ir-regolament -
(a) "jipprovdi" tinkludi, fejn ikun jgħodd, li tinżamm fi
stat tajjeb; u
(b) meta jkun hemm xi dubju dwar dak li hu xieraq,
aċċettabbli jew adegwat, dan għandu jitqies li jkun
xieraq, aċċettabbli jew adegwat, skond il-każ, jekk
jitqies li hu hekk fil-fehma tas-Suprintendent.
Kura fit-twelid. 10. Jekk fi klinika tingħata kura qabel it-twelid, fit-twelid jew
wara t-twelid, għandhom japplikaw ukoll id-disposizzjonijiet li
ġejjin: 
(1) Għandha tkun responsabbli għal kull servizz ta’ qwiebel li
jingħata, qabla reġistrata li tista’, għar-rigward ta’ servizzi ta’
qabla biss, tagħmilha tal-persuna responsabbli għall-finijiet tar-
regolament 5. F’kull każ f’kull ħin li matulu tkun qegħda tingħata
kura lill-ommijiet fil-ħlas, għandha tkun preżenti qabla prattikanti.
(2) (a) Min ikun responsabbli għandu jiżgura li tingħata kura
medika ġenerali u speċjalistika adegwata u kif
tenħtieġ.
(b) Għandu jkun hemm arranġamenti adegwati biex
tinkiseb għajnuna obstetrika, pedjatrika, anestetika u
ta’ kull għamla oħra li tkun meħtieġa f’sitwazzjoni ta’
emerġenza.
(ċ) Jekk tkun ser tingħata anestesija epidurali lil omm fil-
ħlas, din għandha tingħata minn anestetista mħarreġ
f’din il-proċedura. 
(3) (a) Jekk fi klinika jkun hemm provduti sodod għal
ommijiet fil-ħlas dawn għandhom jiġu indikati bħala
tali u ma għandhomx, ħlief jekk ikunu kmamar ta’
sodda waħda, jintużaw sabiex jakkommodaw lil xi
pazjent ieħor li ma jkunx omm fil-ħlas. Ma għandhomx
l-ommijiet fil-ħlas joqogħdu fl-istess kmamar ma’
pazjenti li ma jkunux qegħdin f’dik il-klinika għall-
kura obstetrika.
LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI ġ L.S.458.23 7
(b) Ebda pazjent b’mard tal-moħħ, jew alkooliku, jew
wieħed li jabbuża mid-drogi ma għandux jiġi
akkommodat fit-taqsima riservata għall-pazjenti li
jkunu ommijiet fil-ħlas kemm-il darba dak il-pazjent
ma jkunx jeħtieġ kura li tingħata lill-ommijiet fil-ħlas.
F’dak il-każ il-pazjent għandu jingħata
akkommodazzjoni separata.
(ċ) Għandhom jiġu provduti faċilitajiet sanitarji u ta’
kamra tal-banju adegwati li jkunu riservati biss għall-
użu ta’ pazjenti li jkunu ommijiet fil-ħlas. Ma’ dawn
jiżdiedu grab rails u sistemi ta’ sejħan għall-
infermiera, u meta jkun prattiku doxox u bidets.
(d) Għandu jkun hemm post fejn jinżammu t-tfal jilagħbu
kif ukoll faċilitajiet adegwati fejn jiġu preparati kif
ikun meħtieġ infant formula jew sostitut ieħor ta’ ħalib
naturali.
(e) Ikun hemm kmamar b’sodda waħda għal dawk il-
każijiet ta’ ommijiet fil-ħlas bi ħtiġiet speċjali.
(f) Il-kmamar fejn isir il-ħlas għandhom ikunu protetti
adegwatament kontra l-ħsejjes minn barra.
(g) Provvisti ta’ emerġenza ta’ l-elettriku għandhom
jingħataw ukoll fil-kmamar fejn isir il-ħlas, postijiet
fejn jinżammu t-tfal jilagħbu u fis-swali operatorji.
(4) (a) Għandu jiġi provdut tagħmir ta’ risuxxitazjoni għal
trabi tat-twelid.
(b) Filwaqt tal-ħlas għandu jkun hemm anesthetic u
suction machines. 
(ċ) Kull tarbija għandu jkollha benniena għaliha li tkun ta’
għamla approvata, kif ukoll termometru u banju.
(d) Kull pazjent għandu jkun provdut b’siġġu komdu li
jkun tajjeb għall-kura tiegħu.
(5) Id-detentur ta’ liċenza għandu b’żieda mar-reġistraz-
zjonijiet imsemmija fir-regolament 11(1), iżomm case record għal
kull tarbija mwielda minn omm li tkun pazjenta fil-klinika, li jkun
jinkludi dawn il-partikolaritajiet li ġejjin:
(a) dettalji dwar il-piż u l-kondizzjoni tat-tarbija meta
titwieled;
(b) dikjarazzjoni ta’ kuljum dwar is-saħħa tat-tarbija;
(ċ) dettalji ta’ kull wieħed minn dawn l-eżamijiet
pedjatriċi li ġejjin, jekk dawn isiru -
(i) l-eżami għall-abnormalitajet konġenitali;
(ii) il-qies taċ-ċirkumferenza ta’ ras it-tarbija;
(iii) il-qies tat-tul tat-tarbija;
(iv)  screening għal phenylketonuria jew screening
ieħor għad-diżordnijiet konġenitali.
 (6) Dawn il-partikolaritajiet addizjonali li ġejjin għandhom
jitniżżlu wkoll fuq ir-reġistru tal-pazjenti li jinżammu fl-isptar
8 L.S.458.23 ħ LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI
għar-rigward ta’ ommijiet fil-ħlas:
(a) il-jum u ħin tal-ħlas ta’ kull pazjent, l-għadd ta’ trabi li
l-pazjenta tkun willdet, is-sess tagħhom u jekk
twieldux ħajjin jew mejtin;
(b) iż-żmien ta’ tqala kalkolat qabel il-ħlas;
(ċ) isem il-persuna li tkun ħelset lill-omm, u l-kwalifiki
tagħha;
(d) il-jum u l-ħin ta’ korriment li jiġri fil-klinika, kif ukoll
iż-żmien ta’ tqala qabel il-korriment;
(e) il-jum meta tarbija mwielda lill-omm rikoverata fil-
klinika tkun telqet mill-klinika; u
(f) jekk tarbija mwielda fil-klinika tmut, il-jum, il-ħin u l-
kawża tal-mewt.
(7) Id-disposizzjonijiet tar-regolament 11(2), (3), (4) u (5)
għandhom mutatis  mutandis japplikaw għal case  records
imsemmija f’dan ir-regolament.
(8) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandhom
japplikaw għal kull fond li jkollu liċenza ta’ maternity home.
Reġistri, irċevuti, 
case records.
11. (1) Għal kull pazjent rikoverat fil-klinika għandhom ikunu
reġistrati dawn id-dettalji:
(a) dettalji li juru:
- l-isem, l-indirizz, id-data tat-twelid, u n-numru
tal-karta ta’ l-identità  u meta l-pazjent ma
jkollux karta ta’ l-identità , n-numru tal-
passaport flimkien mal-pajjiż mnejn ikun
inħareġ, jekk dak il-pazjent ikollu passaport;
- l-isem, l-indirizz, in-numru tal-karta ta’ l-
identità  u n-numru telefoniku ta’ l-eqreb
familjari tiegħu jew ta’ dik il-persuna li tkun
awtorizzata taġixxi f’isem il-pazjent;
- l-isem u l-indirizz tat-tabib kuranti tal-pazjent;
-  id-data meta u l-ħin li matulu l-pazjent ikun
daħal u d-data meta jkun intbagħat jew ġie
trasferit fi klinika jew lok ieħor;
- jekk il-pazjent ikun miet fil-klinika, id-data, ħin
u kawża tal-mewt; 
- fil-każ ta’ tifel jew tifla, l-isem u l-indirizz ta’ l-
iskola fejn imorru jew kienu jmorru qabel ma
ddaħħlu fil-klinika;
(b) reġistru separat li fih jinkitbu l-operazzjonijiet
kirurġiċi kollha li jsiru fil-klinika. Dan ir-reġistru
għandu jinkludi dwar kull operazzjoni, id-data u l-ħin
ta’ dik l-operazzjoni, l-isem tal-pazjent, in-numru tal-
karta ta’ l-identità  jew tal-passaport skond kif hemm
provdut fil-paragrafu (a) tal-case history miżmuma fil-
klinika, l-isem tat-tabib jew dentist li jkun għamel l-
operazzjoni, l-isem ta’ kull tabib jew dentist ieħor li
jkunu assistewh, kif ukoll l-isem ta’ l-anestetista f’dik
LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI ġ L.S.458.23 9
l-operazzjoni;
(ċ) case record separat għal kull pazjent li jkun fih
dikjarazzjoni aġġornata adegwata dwar is-saħħa u l-
istat tal-pazjent kif ukoll nota dwar kull
investigazzjoni u dettalji ta’ operazzjonijiet kirurġiċi li
jsiru u l-kura mogħtija, inkluża record  sheet ta’ l-
anestesija mogħtija;
(d) dokumentazzjoni dwar kull membru tal-persunal fil-
klinika, liema dokumentazzjoni għandha tinkludi l-
isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta ta’ l-
identità , grad u dati ta’ impieg fil-klinika, u dwar
persunal li jkunu infermiera, d-dettalji dwar il-
kwalifiki tagħhom. Dawk id-dokumenti għandhom
kemm jista’ jkun b’mod raġonevoli u prattiku jinkludu
l-ħinijiet meta kull infermier jew infermiera kif ukoll
il-persuna jew il-persuni responsabbli kienu qed
jaħdmu fl-isptar;
(e) dokumentazzjoni dwar dan li ġej: 
- kull proċedura f’każ ta’ ħruq;
- kull prova ta’ fire alarms; bir-riżultati u
x’provvedimenti ttieħdu;
- x’manutenzjoni ssir fuq tagħmir mediku,
kirurġiku u ta’ l-infermiera fil-klinika;
(f) kull dokumentazzjoni oħra li l-Ministru jista’, minn
żmien għal żmien, jeħtieġ li tinżamm.
(2) Kull dokumentazzjoni msemmija fis-subregolament (1) li
ma tkunx case record ta’ pazjent għandha tinżamm għal perijodu
ta’ mhux inqas minn sentejn wara l-aħħar kitba fl-istess reġistru, u
tkun aċċessibbli biex tiġi spezzjonata minn uffiċjal awtorizzat jew
minn dik l-awtorità  li jista’ jkollha dik is-setgħa skond il-liġi.
(3) Case records ta’ pazjenti għandhom jinżammu u ma
jitneħħewx ħlief bl-approvazzjoni tal-Ministru.
(4) Il-persuna responsabbli mill-klinika għandha tiżgura li
tinżamm u tiġi preservata kull dokumentazzjoni u li, bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u ta’ kull liġi oħra li
tirrigwarda l-konfidenzjalità  ta’ records, tillimita l-komunikazzjoni
dwar dak li jkun fihom biss għall-persuni li għandhom jkollhom
dak it-tagħrif.
(5) Kull dokumentazzjoni għandha tinkiteb b’mod li tinqara
sew, b’mod sħiħ u f’ordni xieraq. Kull tibdil, korrezzjoni jew
tħassir għandu jiġi inizjalat minn min ikun qiegħed jagħmlu.
(6) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-sub-regolamenti li jiġu
qabel dan, computer records jistgħu jiġu aċċettati taħt dawk il-
kondizzjonijiet li l-Ministru jista’ jimponi fiċ-ċertifikat tal-liċenza,
sakemm tibqa’ ssir ta’ kuljum reġistrazzjoni stampata ta’ dak li
jkun sar matul dik il-ġurnata u dik ir-reġistrazzjoni tinżamm
f’ordni kronoloġiku:
Iżda din l-alternattiva ma għandhiex tiftiehem, f’każ li l-
Ministru jordna li kopja tar-reġistrazzjonijiet għandha tintbagħat
10 L.S.458.23 ħ LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI
regolarment lill-Ministru u/jew lid-dipartiment, li xi irregolarità  li
tkun twettqet fil-klinika tkun qegħda tiġi aċċettata bil-pretest li l-
Ministru u/jew id-dipartiment kienet waslitilhom l-informazzjoni
b’mod regolari.
Ħidma minn 
persunal tal-gvern.
12. (1) Ebda tabib, kirurgu-dentist, infermier, qabla, spiżjar,
pharmacy technician jew persuna li għaliha tapplika t-Taqsima V
ta’ l-Att, u li tkun ukoll impjegata mal-gvern, ma tistax, f’dak il-
ħin li matulu jkun ikkuntrattat li tipprovdi s-servizz tagħha lill-
gvern, taħdem f’xi klinika medika kemm-il darba ma jkollhiex
permess għall-assenza. Kull kontravvenzjoni ta’ din id-
disposizzjoni minn xi tabib,  kirurgu-dentist, infermier, qabla,
spiżjar, pharmacy technician jew persuna oħra għandha titqies
bħala reat. Id-detentur ta’ liċenza ta’ dik il-klinika għandu b’kull
mod raġonevoli, jiżgura li persuni imsemmija jikkonformaw
ruħhom ma’ din id-disposizzjoni.
(2) Id-detentur tal-liċenza għandu jeħtieġ li kull persuna li
għaliha tirreferi t-Taqsima V ta’ l-Att, għandha tirreġistra l-
attendenza tagħha fil-klinika medika, billi tindika d-data u l-ħin u
jekk tkunx dieħla ġewwa jew ħierġa barra mill-klinika, minnufih
malli tidħol ġewwa u minnufih qabel ma toħroġ mill-klinika, u dan
f’reġistru apposta. Id-detentur tal-liċenza għandu jwassal il-
kontenut ta’ dak ir-reġistru għand il-Ministeru jew id-dipartiment
b’dak il-mod li l-Ministru jistabbilixxi. Id-disposizzjonijiet tar-
regolament 11(6) għandhom ikunu wkoll japplikaw għar-reġistru
msemmi f’din id-disposizzjoni.
(3) Id-detentur ta’ liċenza jew persuna responsabbli għall-
klinika li jħalli fil-klinika xi waħda mill-persuni msemmija fis-
subregolament (1) jikkommetti reat kemm-il darba l-
kondizzjonijiet tas-subregolament li jiġi minnufih qabel dan ma
jkunux osservati.
(4) Meta, ħlief fil-każ ta’ emerġenza, detentur ta’ liċenza jew
persuna responsabbli mill-klinika xjentement jikser xi
disposizzjoni ta’ xi provvediment ta’ qabel ta’ dan ir-regolament,
dik il-klinika għandha titqies li kienet qegħda titħaddem mingħajr
liċenza.
Ispezzjonijiet. 13. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan ir-
regolament, kull persuna awtorizzata li tipproduċi jekk hekk
mitluba, dokument awtentiku illi juri li hi awtorizzata, tista’ tidħol
u tispezzjona kull post li hu wżat, jew li għandha raġuni taħseb li
qed jintuża, bħala klinika u tista’ teħtieġ il-produzzjoni ta’, u tista’
tispezzjona, kull reġistru jew notament li jinżammu skond dawn ir-
regolamenti.
(2) Kull persuna awtorizzata tista’ teħtieġ lid-detentur ta’
liċenza jew lir-rappreżentant tiegħu li jagħti tagħrif dwar il-klinika
relattivament għal xi ħwejjeġ imsemmija fl-Ewwel Skeda u dik l-
informazzjoni oħra li b’mod raġonevoli ikun meħtieġ għall-finijiet
ta’ l-ispezzjoni:
Iżda ebda ħaġa f’dan ir-regolament ma għandha titqies li
tawtorizza lil xi persuna li ma tkunx tabib li tispezzjona xi
notament kliniku dwar pazjent fil-klinika.
LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI ġ L.S.458.23 11
(3) Id-detentur ta’ liċenza għandu jħalli lil kull persuna
awtorizzata tintervista fil-privat lil kull persuna fil-klinika.
(4) Il-klinika tkun miftuħa għall-ispezzjon minn kull persuna
awtorizzata bil-ħsieb li tiġi żgurata l-osservanza għal kollox tad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(5) Kull klinika li jkollha liċenza skond dawn ir-regolamenti
għandha tiġi spezzjonata mill-inqas darbtejn f’kull perijodu ta’
tnax-il xahar. L-uffiċjal jew uffiċjali li jkunu qegħdin jispezzjonaw
għandhom jeżaminaw b’mod sistematiku il-faċilitajiet u s-servizzi
bil-għan li jassiguraw konformità  ma’ dawn ir-regolamenti u mal-
kondizzjonijiet tal-liċenza, u għandhom jagħmlu rapport lill-
Ministru dwar ir-riżultati ta’ l-ispezzjon.
Ismijiet ta’ membri 
tal-persunal.
14. Il-Ministru għandu jkun informat bl-ismijiet, indirizzi u
kwalifiki ta’ kull membru tal-persunal li jkun impjegat fid-data tal-
ħruġ, tiġdid jew trasferiment ta’ liċenza u ta’ kull tibdil fil-persunal
li jsir wara.
Avviż ta’ mewt.
isptar, id-detentur ta’ liċenza għandu javża b’dan lis-Suprintendent
minnufih u għandu jgħaddilu rapport bil-miktub f’kull każ mhux
aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara il-mewt. Dak l-avviż
għandu jinkludi l-partikolaritajiet kollha tal-pazjent, iċ-ċirkostanzi
u l-kawża jew kawża suspetta tal-mewt, u kull tagħrif ieħor li jista’
jkun rilevanti.
Riċevuta għal 
servizzi fi sptar.
16. Għal kull servizz li jsir bi ħlas fil-klinika, għandha tinħareġ
riċevuta uffiċjali dettaljata lill-persuna li jkun ingħatalha dak is-
servizz. Id-detentur ta’ liċenza għandu iktar minn hekk jiżgura li
jkun qiegħed jinżamm reġistru tal-kontijiet finanzjarji tal-klinika.
Riserva. 
teżenta lill-persuna li tapplika jew lid-detentur ta’ liċenza minn kull
ħtieġa tal-liġi dwar kull liċenza oħra li tista’ tinħtieġ dwar kull
faċilità  jew servizz provvdut fil-klinika.
12 L.S.458.23 ħ LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 4(2))
Ħwejjeġ li dwarhom Awtorità  tas-Saħħa tista’ teħtieġ informazzjoni mingħand 
l-applikant għal liċenza
1. L-isem sħiħ u l-indirizz, u l-kwalifiki professjonali u tekniċi ta’ l-applikant.
2. Meta l-applikazzjoni ssir minn kumpanija, soċjetà , assoċjazzjoni jew korp,
l-indirizz ta’ l-uffiċċju reġistrat tagħha jew tal-post tan-negozju prinċipali u l-
ismijiet u l-indirizzi u l-kwalifiki tekniċi kollha tad-diretturi jew tas-soċji.
3. L-indirizz ta’ xi klinika oħra li fiha l-applikant għandu jew kellu interess ta’
negozju fiha u x-xorta ta’ l-interess tiegħu u safejn dan jasal.
4. Il-lokal tal-klinika u l-forma u l-pjanta tal-bini tagħħa.
5. L-akkomodazzjoni li jkollha, u t-tagħmir u l-faċilitajiet provduti jew li
jkunu se jiġu provvduti fil-klinika.
6. Id-data li fiha l-klinika ġiet stabbilita jew li fiha għandha tiġi stabbilita.
 7. Jekk ikunx qed jitmexxa jew ikunx se jitmexxa xi xogħol ieħor fl-istess post
tal-klinika.
8. Ix-xorta ta’ servizzi kliniċi li jkunu se jiġu provvduti inkuża lista ta’
operazzjonijiet proposti li jsiru.
9. In-numru ta’ pazjenti li għalihom l-klinika jkun hemm il-ħsieb li tintuża u
ssir distinzjoni bejn kategoriji differenti tal-pazjenti u tingħata indikazzjoni ta’ l-
etajiet differenti ta’ pazjenti f’kull kategorija.
10. L-ismijiet sħaħ, l-etajiet, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persuni mpjegati jew
li jkunu se jiġu mpjegati biex titmexxa l-klinika.
11. L-arranġamenti għat-tmexxija u kontroll tal-klinika.
12. L-ismijiet sħaħ u l-kwalifiki ta’ kull tabib impjegat.
13. L-ismijiet sħaħ u l-kwalifiki u l-gradi tal-persunal ta’ l-infermieri u tal-
persunal ieħor, professjonali, tekniku, amministrattiv u anċillari (barra mill-persunal
inkluż fil-paragrafu 12 ta’ hawn fuq) impjegati jew li jkunu se jiġu mpjegati fil-
klinika.
14. Id-dettalji ta’ l-arranġamenti magħmula jew li jkunu se jsiru dwar il-
provvdiment ta’ faċilitajiet u servizzi.
15. L-arranġamenti magħmula għall-provvista ta’ demm jew prodotti tad-demm.
16. L-arranġamenti magħmula għall-provvista ta’ servizzi ta’ patoloġija u
radjoloġija.
17. L-arranġamenti magħmulin għall-assigurazjoni tal-pazjenti, tal-persunal u
tat-terzi kontra l-inċidenti u okkorrenzi koroh oħrajn.
18. Jekk huwiex maħsub li l-klinika topera biss bħala klinika għar-rikoveru
matul il-ġurnata (jiġifieri li ma jinżammux pazjenti fiha matul il-lejl) jew bħala
klinika li fiha jinżammu pazjenti matul il-lejl.
LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI ġ L.S.458.23 13
L-operazzjonijiet li ġejjin jistgħu isiru fi klinika, kif imsemmi fir-regolament 9(9),
sakemm il-faċilitajiet u r-riżorsi, kif ukoll il-kondizzjoni jew stat mediku tal-pazjent
ikunu tali li jippermettu li dawk l-operazzjorojiet isiru taħt prattika medika,
kururġika u anestetika tajba li tkun skond in-normi stabbiliti minn kulleġġi
akkademiċi internazzjonali ta’ kirurġi u anestesjoloġisti rikonoxxuti mis-
Suprintendent.
Meta fi klinika ssir operazzjoni li warajha l-pazjent jintbgħat id-dar fl-istess jum,
din tkun ġeneralment teħtieġ livell ta’ kapaċità  ogħla, u din għandha għalhekk issir
biss, jew tiġi sorveljata, minn kirurġi b’esperjenza. Dawk l-operazzjonijiet
għandhom ikunu proċeduri kirurġiċi puliti u elettivi u għandhom normalment
jeħtieġu anestesija ġenerali għal żmien relattivament qasir bla ma jkollhom ir-riskju
ta’ komplikazzjonijiet li jinqalgħu wara l-operazzjoni normalment teħtieġ li l-pazjent
jibqa’ fil-klinika matul il-lejl u l-pazjent ikun mistenni li jirkupra biżżejjed li jista’
jerġa’ lura f’daru sa kmieni filgħaxija. B’mod partikolari għandu jiġi assigurat li
tkun sehħet emostasija u meta l-operazzjoni tkun teħtieġ li jsir drainage, din tista’
mhux dejjem tkun possibli fil-każi fejn il-pazjent ikun daħal għall-kura ta’ matul dik
il-ġurnata biss. Jitqies li l-faċilitajiet għandhom ikunu bħal dawk meħtieġa għall-
kirurġija ta’ in-patients bil-ward area li tkun maġemb il-kumpless tas-sala operatorja
(inkluża l-kamra anestetika u l-kamra ta’ rkupru ta’ dipendenza ta’ l-ogħla livell) u
mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ din il-ħtieġa għandu jkollhom dawl
adegwat, tagħmir bażiku, gassijiet li jitwassal bil-pajpijiet kif ukoll sistema biex
jitneħħew (scavenging) gassijiet. It-tagħmir bażiku jinkludi makna anestetika u
apparat ta’ monitoraġġ, mejda operatorja, makna ta’ djatermija, dressing trolleys,
faċilitajiet ta’ tindif kif ukoll tagħmir ieħor meħtieġ skond il-prattika tajba ta’
kirurġika u anestetika għal operazzjonijiet speċifiċi.
Sew l-anzjani sew it-tfal żgħar huma normalment esklużi u l-arranġamenti li jsiru
għall-kura wara l-operazzjoni barra l-klinika għandhom ikunu sodisfaċenti. B’mod
partikolari l-pazjent għandu jkun akkompanjat minn persuna adulta u għandu jiġi
assigurat li jkollu apparat telefoniku fil-viċin tiegħu għal kull emerġenza wara li
joħroġ mill-klinika. Il-pazjent għandu jingħata l-informazzjoni adatta dwar dak li
għandu jagħmel wara li joħroġ mill-klinika u għandu jitwassal id-dar.
Jekk il-pazjent jitqies li għadu mhux tajjeb biex mill-klinika jintbagħat id-dar fl-
istess jum sew minħabba raġunijiet anestetiċi jew kirurġiċi l-persuna responsabbli
mill-klinika għandha tagħmel dawk l-arranġamenti meħtieġa sabiex il-pazjent
jiddaħħal bħala in-patient fi klinika fejn ikun permess lil-pazjent joqgħod hemm
matul il-lejl.
F’kull każ huwa obbligatorju li kirurgu u anestetista li jkollhom xi problema ta’ xi
pazjent partikolari u speċjalment meta l-faċilitajiet ma jkunux dawk ideali, iwettqu
b’mod prudenti id-dixxerniment kliniku tagħhom.
A. Operazzjonijiet Kirurġiċi Pedjatriċi
(i) Ġenerali
Eżami taħt anestesija
Aġġustament ta’ l-ernja ingwjnali/ombilikali/ femorali/epigastrika 
Varicocele
Irbit ta’ hydrocele komunikanti
IT-TIENI SKEDA Emendata:A.L. 183 ta’ l-2003.
ġ Regolament 9(9)ħ
Taqsima I
14 L.S.458.23 ħ LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI
Orchidopexy (unilaterali jew bilaterali), esklużi operazzjonijiet fi
stadju sussegwenti jew każijiet serji ta’ non-palpable testis
Laparoskopija 
Ċirkonċiżżjoni, meatotomija 
Hypospadias minuri 
Ċistoskopija
Qasma ta’ rabta fl-ilsien
Proktoskopija, sigmoidoskopija, anal stretch, eżami taħt anestesija 
Inċiżjoni ta’ leżjonijiet tal-ġilda lokali, inkluża biopsija
Lymph node biopsy
Branchial sinus, thyroglossal cyst 
Tiswija ta’ widnejn prominenti
Inċiżjoni ta’ orekkjetti u swaba aċċessorji
Korrezzjoni ta’ syndactyly
Reviżjoni minuri wara kirurġija li ssir fuq cleft lip u l-palat 
Biopsy/inċiżjoni/distruzzjoni ta’ leżjonijiet, jew meta titneħħa l-
mukoża eċċessiva, fil-ħalq
Meta jitneħħew il-kalkoli mill-kanali salivari
(ii) Ortopediċi
Artroskopija 
Manipolazzjoni, riduzzjoni koperta ta’ fratturi/dislokazzjonijiet 
Tibdil tal-ġibs
Rilaxx ta’ trigger finger 
Inċiżjoni ta’ ganglion
(iii)  Dentali
Estrazzjonijiet/konservazzjoni 
Snien iktar milli għandu jkun hemm jew issikati
Biopsija ta’ leżjonijiet orali, inkluża inċiżjoni
Frenektomija ta’ l-ilsien jew tax-xoftejn 
Tneħħija ta’ fixators
Enuklejazzjoni ta’ ċiste sempliċi
(iv)  Widnejn, Imnieħer u Gerżuma
Eżami taħt anestesija u biex jitneħħa materjal estranju mill-widna,
mill-imnieħer u mill-gerżuma
Myringotomy u inserzjoni/tneħħija ta’ tubu timpanostomiku 
Elettro-kokleografija
Riduzzjoni ta’ imnieħer miksur
Electro-cautery għal tnixxija ta’ demm mill-imnieħer
Diatermija submukosa
Polipektomija sempliċi ta’ l-imnieħer 
Antral puncture and washout
(v)  Oftalmiċi
Korrezzjoni ta’ għajnejn werċa
Tests elettro-dijanjostiċi
Eżami taħt anestesija għall-kondizzjonijiet oftalmiċi
A. Kirurġija Adulta
(i)  Ġenerali
Inċiżjoni ta’ leżjonijiet tal-ġilda u tat-tessuti subkutaneji, inkluża
ulċera rodenti
LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI ġ L.S.458.23 15
Cautery/cryotherapy tal-ġilda
Tneħħija ta’ materjal estraneju f’tessuti iktar profondi
Dermabrasion
Sutura tal-ġilda
Inserzjoni/tneħħija ta’ skin expander f’tessuti
Aġġustament ta’ ernja sempliċi inkwinali, femorali, ombilikali jew
epigastrika
Fetqa anali, anal stretch, sfinkterotomija 
Inċiżjoni ta’ fistla anali
Meta jitneħħew felul anali 
Aġġustament ta’ ġerħa anali
Polipektomija fir-rectum 
Emorrojdektomija 
Laparaskopija dijanjostika 
Biopsija tal-fwied bil-labra 
Esofagoskopija u dilatazjoni
Bijopsija tal-mammella, lymph node, ġilda, leżjonijiet fil-ħalq 
Tneħħija ta’ calculus salivarju
Irbit, tneħħija/operazzjonijiet oħra għall-vini minfuħa
Inċiżjoni ta’ ċista tiroglossali
Inċiżjoni ta’ sinus brankjali
Inċiżjoni u drainage ta’ tumur, drainage ta’ ematoma
Mikrodokotomija
(ii) Ortopediċi
Nota: Għandhom ikunu disponibbli faċilitajiet għall-intensifikazzjoni
ta’ l-immaġini u għall-applikazzjoni ta’ forom tal-ġibs meta dawn
ikunu meħtieġa.
Proċeduri artroskopiċi, inklużi biopsija u operazzjoni fuq kartilaġni
artikolari
Manipolazzjoni ta’ għekiesi, closed reduction ta’ fratturi/
dislokazzjonijiet sempliċi
Tneħħija ta’ pins, pjanċi jew viti, external fixator
Inċiżjoni ta’ ganglia, ċisti sinovjali u sinovjomata beninji 
Dikompressjoni tal-carpal tunnel
Dikompressjoni tan-nerv periferali 
De Quemain’s release
Tneħħija ta’ neroma eż. fuq l-id 
Korrezzjoni ta’ deformità  minuri ta’ l-id/sieq
Amputazzjoni minuri tas-swaba ta’ l-id u tas-sieq
Operazzjoni fuq dwiefer tas-saqajn li jikbru fil-laħam
Tenotomija subkutaneja
Traspożizzjoni tat-tendini
Tiswija primarja tan-nerv periferali 
Stiloidektomija tal-ulna
Inċiżjoni ta’ eksostoses
Fużjoni interfalanġeali tas-swaba tas-saqajn
Hallus/valgus u osteotomija ta’ metatarsali 
Rilaxx ta’ trigger finger
Inċiżjoni sempliċi ta’ palmar fascia f’Dupuytrens’ contracture 
Meta jitneħħa materjal estranju
Scar revision
Biopsija, inċiżjoni ta’ leżjoni żgħira, tiswija minuri, ta’ muskolu
16 L.S.458.23 ħ LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI
(iii) Sistema Urinarja
Nota: Pazjenti li ma jkollhomx catheter ma għandhomx jintbagħtu d-
dar qabel ma jkunu għaddew l-urina.
Biopsija perkutanea nefrostomika fine needle tal-kilwa 
Operazzjonijiet nefroskopiċi fuq l-uretra
Meta jitneħħew kalkoli mill-uretra permezz ta’ ureteroskopija
Eżami/inserzjoni/tneħħija endoskopika ta’ protesi, uretra
Pijelografija retrograda endoskopika
Operazzjonijiet fuq l-orifice ureteriku
Distruzzjoni endoskopika ta’ leżjoni tal-bużżieqa ta’ l-urina 
Distensjoni idrostatika endoskopika tal-bużżieqa ta’ l-urina 
Estrazzjoni endoskopika tal-kalkoli jew materjal estranju mill-
bużżieqa ta’ l-urina
Dilatazzjoni endoskopika ta’, jew operazzjonijiet fuq, il-fetħa tal-
bużżieqa ta’ l-urina tal-mara
Korrezzjoni ta’ epispadias 
Operazzjonijiet endoskopiċi fuq l-urethra
Eżami endoskopiku ta’ l-uretra/meta jitneħħa materjal estranju 
Dilatazzjoni ta’ l-uretra
Biopsija endoskopika tal-prostata
(iv) Sistema ġenitali
Meatotomija esterna tal-fetħa ta’ l-uretra
Orkidektomija u inċiżjoni tal-passaġġ spermatiku
Orkidopeksija
Korrezzjoni ta’ hydrocele
Inċiżjoni ta’ ċiste epididimali, leżjoni skrotali
Biopsija tat-teste
Operazzjonijiet fuq varicocoele 
Diviżjoni ta’ preputial adhesions 
Ċirkonċiżżjoni
Vasektomija
(v) Operazzjonijiet Oftalmiċi
Kirurġija tal-kataratta 
Kirurġija ta’ trapjant tal-kornea
Proċeduri fuq it-tebqa ta’ l-għajn jew tarsal plate
Operazjonijiet fuq l-apparat lakrimali 
Korrezzjoni ta’ għajnejn werċa
Kirurġija għal rifrazzjoni 
Kirurġija bil-laser 
Keratoplastija
Iridektomija
(vi) Widnejn, Imnieħer u Gerżuma
Endoskopija tal-kavità  nasali, sinużi, farinġi, larynx, inkluża biopsija
Meta jitneħħa materjal estranju mill-imnieħer jew mill-kanal tal-widna 
Meta jitneħħa iċ-ċerume fil-widna
Inċiżjoni ta’ leżjoni tal-widna esterna
Myringotomy/inserzjoni/meta jitneħħa t-tubu timpanostomiku 
Meta jitneħħa l-polipu nasali sempliċi
Riduzzjoni ta’ frattura nasali jew tal-molar bone
Electro-cautery tas-septum nasali
Dijatermija submukosa tat-turbinati inferjuri 
LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI ġ L.S.458.23 17
Antral puncture and washout
Tneħħija ta’ polyp vokali
Larinġoskopija, farinġoskopija u esofagoskopija dijanjostika
(vii) Proċeduri endiskopiċi/aparoskopiċi tar-reġjun gastro intestinali
Duodenoskopija esofagoskopika/esofagostrika, inkluża biopsija/
elevazzjoni/laser jew distruzzjoni bil-laser jew b’djatermija ta’ leżjoni 
Endoskopija u meta jitneħħa materjal estranju/inserzjoni ta’ prostesi/
dilatazzjoni/kanalizzazzjoni mill-ġdid ta’ massa ta’ tumur 
Sigmojdoskopija inkluża biopsija/elevazzjoni/distruzzjoni ta’ leżjoni 
Kolonoskopija fibrottika inkluża inċiżjoni/biopsija/distruzzjoni tal-
leżjoni 
Kolanġjopankruatografija endoskopika retrograda
(viii) Kirurġija Plastika
Inċiżjoni ta’ leżjoni tal-ġilda: għeluq dirett, split skin jew full
thickness graft, flaps lokali (minbarra grafts fl-arti inferjuri)
Scar revision u soft tissue contouring 
Separazzjoni u inset ta’ ċerti flaps
Debulking u reviżjoni ta’ expanders tat-tessuti
Operazzjonijiet għall-iperidrożi axellarja 
Kirurġija bil-laser u krjokirurġija
Inċiżjoni ta’ tattoo 
Blefaroplastija 
Rinoplastija 
Mastopeksia 
Liposuction limitata
(ix) Operazzjonijiet Ġinekoloġiċi
Nota: Pazjenti li ma jkollhomx catheter ma għandhomx jintbagħtu d-
dar qabel ma jkunu għaddew l-urina.
Eżami taħt anestesija u curettage dijanjostiku
Kolposkopija, ċistoskopija, isteroskopija/laparaskopija dijanjostika,
inkluża biopsija u kururġija laparoskopika minuri
Biopsija/cautery tas-cervix, meta jitneħħa l-polipu tas-cervix 
Impjantar ormonali
Inċiżjoni ta’ felul fil-vulva u proċeduri minuri oħra fil-vulva u fil-
vaġina 
Marsupialisation ta’ ċista ta’ Bartholin
Ablazzjoni endometrika bil-laser jew bir-resektoskopju 
Risezzjonament isteroskopiku ta’ septum tal-utru
Mjomektomija isteroskopika
Trattament bil-laser ta’ leżjonijiet tas-cervix u tal-vulva 
Tubal ligation
Bjopsija ta’ l-ovarju jew tal-peritoneum
Koagulazzjoni ta’ endometrjosi ħafifa 
Aspirazzjoni ta’ ċisti ovarji żgħar 
Lysis ta’ adeżjonijiet ħfief jew moderati
Koagulazzjoni ta’ endometrjosi moderata
Esplorazzjoni ta’ ċisti ovarji żgħar 
Ventrosospensjoni ta’ l-utru 
Salpingektomija
Salpingektomija għat-tqala ektopika
(x) Kirurġija tal-ħalq, tax-xedaq u tal-wiċċ 
18 L.S.458.23 ħ LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI
Inċiżjoni ta’ impacted teeth u għeruq mgħaddsin li ma jkunux
komplikati 
Espożizzjoni ta’ snien li ma ħarġux, għal kura ortodontika
Biopsija ta’ ċisti żgħar tax-xedaq 
Diviżjoni ta’ pedikoli
Meta jitneħħew bone plates u wires diretti 
Kirurġija minuri fuq tessuti rotob 
EUA għal malinjità  suspetta 
Cryoblockade ta’ nervi periferali
Kirurġija bil-laser u cryosurgery ta’ leżjonijiet żgħar
Riduzzjoni ta’ fratturi molari u tal-imnieħer
Artroskopija temporomandibulari
Duktoplastija salivarja u meta jitneħħew il-kalkoli
(xi) Oħrajn
Bronkoskopija, inkluża biopsija u/jew meta jitneħħa materjal estranju
Esofagoskopija u dilatazzjoni
Meta jitneħħa pectus bar 
Medjastinoskopija 
Chest drainage
(xii) Radjoloġija intervertiva
CT Scan bl-użu tal-kuntrast 
Isotope scanning
Arterjografia bl-użu ta’ catheters żgħar ta’ l-arterji
(xiii) Biex jitneħħa l-uġiegħ
Injezzjoni epidurali - ċerikali, lumbari jew toraċi
Leżjoni tan-nerv periferali - injezzjoni, radiofrekwenza, cryoprobe jew
użu ta’ phenol.
Taqsima II
 L-operazzjonijiet li ġejjin jistgħu isiru fi klinika fejn il-pazjenti jinżammu matul
il-lejl sakemm f’dik il-klinika jkun hemm il-faċilitajiet imsemmija fir-regolament
9(9)(b):
1. L-operazzjonijiet kollha li jinsabu fit-Taqsima I ta’ din l-Iskeda
2. Kull intervent kirurġiku iehor li ma jkunx -
Kirurġija neonatali 
Operazzjonijiet fir-ras 
Kirurġija maġġuri tal-larinġi
Kirurġija għal kyphosis u skoljosi 
Kirurġija tal-qalb
Kirurġija ta’ l-aorta
Resection esofageali transtoraċika u kirurġija toraċika oħra li ma jkunux
lobektomija u drainage sempliċi tas-sider
Kirurġija għal ipertensjoni portali
Trapjant ta’ organi irrispettivament minn jekk l-organu jitteħidx minn
kadavru jew minn donatur ħaj
Kull operazzjoni jew proċedura oħra, inkluża kull operazzjoni msemmija fit-
Taqsimiet I u II ta’ din l-Iskeda meta jkun hemm probabbiltà  li l-pazjent jenħtieġ
kura intensiva wara l-kirurġija jew meta jkun antiċipat telf kbir ta’ kwantitajiet ta’
LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI ġ L.S.458.23 19
demm, jekk ma jkunx hemm disponibbli faċilitajiet għall-kura intensiva għas-
sodisfazzjon tas-Suprintendent;
kemm-il darba dawk l-operazzjonijiet ma jkunux ġew speċifika-ment approvati mill-
Ministru u titniżżel nota li tkun tgħid dan fil-liċenza.
(1) Il-faċilitajiet għandhom jinkludu: 
(a) żewġ sodod operatorji;
(b) kamra anestetika separata għal kull kamra operatorja;
(ċ) kamra jew żona fejn wieħed jista’ jirpilja;
(d) kamra għat-tindif;
(e) kamra għall-isterilizzazzjoni, inklużi faċilitajiet għal tagħmir ta’
sterilizzazzjoni li ma jistax ikun autoclaved;
(f) kamra jew żona għal kull impjant li tista’, jew ma tistax, tkun integrata mal-
bqija tas-sala operatorja;
(g) spazju għall-ħażna;
(h) kamra għall-mistrieħ/fejn ikun hemm ikel u xorb; 
(i) toilets, sinkijiet u doċoċ;
(j) barrier zone;
(k) uffiċċju ta’ kontroll tal-kamra operatorja; 
(l) faċilitajiet għal radjografija intra-operativa magħdud l-iżvilupp fl-istess lok
ta’ X-Ray films.
(2) L-area tal-paviment tal-kmamar operatorji ma għandhiex tkun ta’ inqas minn
37 metru kwadru, u l-area tal-kmamar anestetiċi ma għandhiex tkun ta’ inqas minn
16.5 metru kwadru.
(3) Is-soqfa, pavimenti u trufien tal-ħitan imqegħda tas-sala operatorja
għandhom ikunu lixxi, impermejabbli u bla għekiesi. Il-paviment tas-sala operatorja
għandu jkun miksi bl-istess mod u jkollu proprjetajiet antistatiċi xierqa. It-trufien
kollha għandhom ikunu jifilħu għal tindif ta’ kuljum bl-ilma u bid-disinfettanti.
(4) (i) It-taqsima operatorja għandha tkun ventilata b’mod mekkaniku
b’sistema sodisfaċenti li tkun tista’ tipprovdi u żżomm:
(a) temperaturi (li jistgħu jiġu aġġustati) f’medda ta’ bejn 15ºC u
25ºC ;
(b) umdità  relattiva ta’ l-atmosfera fil-medda ta’ bejn 40% u 60%.
Huma ammessi biss steam injection type humidifiers;
(ċ) arja nadifa suffiċjenti sabiex jinżammu t-temperatura u l-umdità
meħtieġa, taħlit ta’ tinġis minn bakterja fl-arja u kontroll ta’
ċaqlieq fl-arja bejn żoni ndaf u inqas indaf.
(ii) Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ qabel, "sistema sodisfaċenti"
tfisser sistema aċċettabbli minn standards internazzjonali rikonoxxuti
mis-Suprintendent.
IT-TIELET SKEDA Emendata:A.L. 200 ta’ l-1996.
ġ Regolament 9(9)ħ
Faċilitajiet fis-Sala Operatorja
20 L.S.458.23 ħ LIĊENZJI GĦAL KLINIĊI MEDIĊI PRIVATI
(iii) Għandha tiġi nkluża sistema approvata biex jitneħħa kull gass
anestetiku wżat skond l-ispeċifikazzjonijiet BS 6834: 1987 Active
Anesthetic Gas Scavenging Systems jew speċifikazzjonijiet
ekwivalenti.
(5) (i) Is-sala operatorja għandu jkollha dawl ta’ għamla tajba għall-klinika li
jkun jista’ jagħti mhux inqas minn 400 lux (eskluż kull dawl mil-lampa
operatorja). Iż-żoni ta’ preparazzjoni, tindif u irpiljar ikollhom dawl ta’
mhux inqas minn 250 lux filwaqt li ż-żoni ta’ l-anestesija għandu
jkollhom dawl ta’ mhux inqas minn 300 lux. Il-partijiet l-oħra tat-
taqsima għandu jkollhom dawl ta’ mhux inqas minn 200 lux.
(ii) Għandu jiġi provdut kull luminazzjoni u qawwa elettrika meħtieġa fit-
taqsima operatorja. Il-kurrent meħtieġ għaldaqstant għandu jkollu
provenjenza minn standby power source awtomatika li tkun tiflaħ il-
kurrent kollu fi żmien mhux iktar tard minn 10 sekondi wara l-qtugħ.
(iii) Għandu jkun hemm ukoll luminazzjoni ta’ emerġenza li ġejja minn D.C.
source għall-partijiet l-iktar importanti tat-taqsima fejn tinsab is-sala
operatorja. Għandu jiġi żgurat li jkun hemm provvista no break għal-
lampi fis-sala operatorja.
(6) F’dawk il-kliniċi fejn isiru operazzjonijiet kirurġiċi jew fejn jiddaħħlu
pazjenti medikament morda sewwa jeħtieġ li jkun hemm monitor kardijaku, pulse
oximeter, defibrillatur, resuscitation trolley mgħammar sew u ossiġenu u suctions
f’kull żona fejn jistgħu jinżammu pazjenti morda ħafna. Tista’ tenħtieġ li tinżamm
iktar minn biċċa waħda ta’ tagħmir fi sptarijiet fejn ikun qiegħed jiġi kurat numru
kbir ta’ pazjenti.
(7) Għandu jkun hemm 24 siegħa kull jum, persunal kwalifikat u mħarreġ sew li
jkun jista’ jaġixxi u jopera t-tagħmir ta’ emerġenza kardijaku, jekk ikun meħtieġ.
