FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GĦAL MEDIĊINALI B’XEJN ġ L.S.458.24 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.24
REGOLAMENTI DWAR FORMULI TA’ 
PRESKRIZZJONI GĦAL MEDIĊINALI B’XEJN
17 ta’ Frar, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 19 ta’ l-1996.
Titolu u skop.
Formuli ta’ Preskrizzjoni għal Mediċinali b’Xejn.
Kap. 458.
(2) Dawn ir-Regolamenti għandhom japplikaw għal kull
formula wżata fil-preskrizzjoni ta’ kull mediċinali li tiġi provduta
b’xejn kif imsemmi fl-Att dwar il-Mediċini.
Formuli.
Kap. 101.
L.S. 31.18.
Kap. 318.
2. (1) Il-formula li għandha tintuża minn tabib meta jkun qed
jippreskrivi mediċinali, li ma jkunux mediċinali li jiġu taħt l-
Ordinanza dwar il-Mediċinali Perikolużi jew taħt ir-Regolamenti
dwar il-Kontroll tal-Mediċini, lill-pazjent li għandu l-jedd li
jingħata għajnuna medika taħt l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, meta
dak il-pazjent ikun jeħtieġ dik il-medikazzjoni għal żmien ta’ mhux
aktar minn xahar tkun il-formula murija fl-Ewwel Skeda.
Kap. 101.
L.S. 31.18.
Kap. 318.
(2) Il-formula li għandha tintuża minn tabib meta jkun qed
jippreskrivi mediċinali li jiġu taħt l-Ordinanza dwar il-Mediċini
Perikolużi jew taħt ir-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Mediċini,
lill-pazjent li jkollu l-jedd li jingħata għajnuna medika taħt l-Att
dwar is-Sigurtà  Soċjali, meta dak il-pazjent ikun jeħtieġ dik il-
medikazzjoni għal żmien ta’ aktar minn xahar, tkun il-formula
murija fit-Tieni Skeda.
Kap. 101.
L.S. 31.18.
(3) Il-formula li għandha tintuża minn tabib meta jkun qed
jippreskrivi mediċinali li taqa’ taħt l-Ordinanza dwar il-Mediċini
Perikolużi jew taħt ir-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Mediċini,
lil pazjent kif imsemmi fis-subregolamenti (1) u (2) tkun il-formula
murija fit-Tielet Skeda.
(4) It-tabib huwa obbligat li jimla b’mod ċar u li jinqara d-
dettalji kollha msemmija fil-partijiet relevanti ta’ dawk il-formuli
msemmija fis-sub-regolamenti ta’ qabel ta’ dan ir-regolament.
(5) Fil-preskrizzjoni ta’ mediċinali jew għajnuna medika oħra
msemmija fis-subregolamenti (1) u (2), it-tabib ma jkunx jista’
jippreskrivi b’kollox iktar minn tlieta minn dawk il-mediċinali jew
oġġetti fuq formula waħda u fil-każ ta’ oġġetti jew mediċinali li
huma msemmija fis-subregolament (2), it-tabib għandu jindika fuq
il-formula n-numru ta’ drabi, sa tlett darbiet, li għaliħom dik ir-
riċetta għandha tibqa’ tgħodd.
(6) Meta jippreskrivi xi mediċinali li huma msemmija fis-
subregolament (3), it-tabib għandu juża formula separata għal kull
waħda minn dawk il-mediċinali.
Ktejjeb għal 
preskrizzjonijiet.
3. (1) Kull tabib għandu, meta jkun qed jippreskrivi l-
mediċinali msemmija f’dawn ir-regolamenti, jagħmel użu biss tal-
ktejjeb tal-formoli li jkollhom in-numri tas-serje u li jkun maħruġ
2 L.S.458.24 ħ FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GĦAL MEDIĊINALI B’XEJN
lilu mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
(2) Kull tabib huwa obbligat, sew jekk għal skop tal-prattika
privata tiegħu jew biex jaqdi dmirijietu f’kariga uffiċjali minħabba
l-impieg tiegħu mal-Gvern, sabiex jaqdi l-ħtiġiet tal-pazjenti
tiegħu, li jagħmel kull talba għal dak il-ktejjeb tal-preskrizzjonijiet
fuq il-formula xierqa murija fir-Raba’ Skeda. Dik il-formula għat-
talba għandha timtela sewwa fid- dettalji kollha u tkun iffirmata
mit-tabib, u għandha tingħata personalment mit-tabib lid-Direttur
tas-Servizzi Farmaċewtiċi fl-istore mediku tal-gvern jew lill-
uffiċjal li jagħmilha minfloku jew tintbagħat bil-posta lis-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika fid-Dipartiment tas-Saħħa, il-
Belt Valletta.
(3) Kull preskrizzjoni li għaliha japplikaw dawn ir-regolamenti
għandha titqies għall-finijiet kollha tal-liġi li tkun saret mit-tabib li
lilu jkun inħareġ il-ktejjeb minnfejn tkun ġiet maqtugħa.
(4) Kull tabib huwa obbligat li jirraporta minnufih bil-miktub
lis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika kull każ ta’ serq jew telf ta’
kull ktejjeb ta’ preskrizzjoni maħruġ taħt dawn ir-regolamenti.
Għoti ta’ 
mediċinali.
4. (1) Spiżjar li jagħti mediċinali fuq preskrizzjoni li għaliha
japplika r-regolament 2(1) u (3) għandu jżomm il-formula ta’
preskrizzjoni, u ebda mediċinali ma jingħataw iktar minn darba fuq
l-istess preskrizzjoni.
(2) Spiżjar li jagħti mediċinali fuq preskrizzjoni li għaliha
japplika r-regolament 2(2) għandu jżomm il-formula ta’
preskrizzjoni jew dak il-porzjon meħtieġ tagħha, u ebda mediċinali
ma għandu jingħata għal aktar drabi minn dak l-għadd li jiġi
imniżżel mit-tabib li jkun qed jagħmel il-preskrizzjoni, kif stabbilit
fir-regolament 2(5).
(3) L-ispiżjar li jagħti dawk il-mediċinali fuq preskrizzjoni
huwa obbligat li jimla b’mod ċar u li jinqara’ sew id-dettalji kollha
msemmija fil-partijiet relevanti tal-formuli tal-preskrizzjonijiet.
FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GĦAL MEDIĊINALI B’XEJN ġ L.S.458.24 3
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 2(1))
4 L.S.458.24 ħ FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GĦAL MEDIĊINALI B’XEJN
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 2(2))
FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GĦAL MEDIĊINALI B’XEJN ġ L.S.458.24 5
6 L.S.458.24 ħ FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GĦAL MEDIĊINALI B’XEJN
IT-TIELET SKEDA
(Regolament 2(3))
FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GĦAL MEDIĊINALI B’XEJN ġ L.S.458.24 7
IR-RABA’ SKEDA
(Regolament 3(2))
8 L.S.458.24 ħ FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GĦAL MEDIĊINALI B’XEJN
FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GĦAL MEDIĊINALI B’XEJN ġ L.S.458.24 9
