SERVIZZI TAS-SAĦĦA TAL-GVERN
(LISTA TA’ PRODOTTI MEDIĊINALI) ġ L.S.458.30 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.30
REGOLAMENTI DWAR SERVIZZI TAS-SAĦĦA 
TAL-GVERN (LISTA TA’ PRODOTTI MEDIĊINALI)
1 ta’ Mejju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 398 ta’ l-2003.
Titolu u skop.
Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern (Lista ta’ Prodotti Mediċinali).
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw meta applikant
għal awtorizzazzjoni għall-bejgħ ikun irid japplika biex ikopri
prodott mediinali li hu fil-lista ta’ mediini disponibbli fis-Servizzi
tas-Saħħa tal-Gvern.
Talba ta’ l-
applikant biex 
prodott jiddaħħal 
fil-lista ta’ 
mediċini.
2. (1) Applikant, meta jitlob jew wara li jingħata
awtorizzazzjoni għall-bejgħ, jista’ jitlob ukoll li prodott mediċinali
jkun kopert mil-lista ta’ mediini inklużi fis-Servizzi tas-Saħħa tal-
Gvern.
(2) F’każijiet bħal dawn, l-applikant għandu jibgħat
applikazzjoni separata lis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika skond
il-ħtiġiet imniżżlin minn dan is-Suprintendent.
(3) Meta jagħmel talba ulterjuri bħal din l-applikant għandu
jagħti lis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika informazzjoni
adegwata.
Deċizjoni trid tkun 
komunikata lill-
applikant.
3. (1) Meta tigi pprezentata applikazzjoni qabel il-ħruġ ta’
awtorizzazzjoni għall-bejgħ, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika
għandu, fi żmien disgħin ġurnata minn meta jirċievi l-applikazzjoni
jew mill-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni għall-bejgħ, jikkomunika d-
deċiżjoni lill-applikant. Jekk l-informazzjoni li ssostni l-
applikazzjoni m’hix adegwata, il-limitu ta’ żmien għandu jkun
sospiż u l-applikant għandu jintalab jipprovdi l-informazzjoni
addizzjonali dettaljata meħtieġa.
(2) Kull deċiżjoni li prodott mediċinali fil-lista ta’ mediċini fis-
Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern ma jkunx kopert għandha tinkludi l-
kriterji użati biex din id-deċiżjoni ittieħed u għandha tagħti
informazzjoni dwar ir-rimedji li l-applikant ikollu.
(3) Kull deċiżjoni biex mediċina jew kategorija ta’ prodotti
mediċinali jkunu esklużi mil-lista ta’ mediċini fis-Servizzi tas-
Saħħa tal-Gvern għandu jkollha dikjarazzjoni bir-raġunijiet
ibbażati fuq kriterji oġġettivi u għandha tkun ippubblikata
f’pubblikazzjoni adatta skond ma jigi determinat mis-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
