SERVIZZI TAS-SAĦĦA TAL-GVERN
(LISTA TA’ PRODOTTI MEDIĊINALI DISPONIBBLI) ġ L.S.458.31 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.31
REGOLAMENTI DWAR SERVIZZI TAS-SAĦĦA 
TAL-GVERN (LISTA TA’ PRODOTTI MEDIĊINALI 
DISPONIBBLI)
1 ta’ Mejju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 399 ta’ l-2003.
Titolu.
Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern (Lista ta’ Prodotti Mediċinali
Disponibbli).
Applikazzjoni.
għal awtorizzazzjoni għall-bejgħ ikun irid japplika biex ikopri
prodott mediinali li hu fil-lista ta’ mediċini disponibbli fis-Servizzi
tas-Saħħa tal-Gvern.
Talba mill-
applikant.
3. (a) Applikant jista’, meta jitlob awtorizzazzjoni għall-
bejgħ jew wara li jingħata awtorizzazzjoni għall-bejgħ,
jitlob ukoll li prodott mediċinali jkun kopert mil-lista
ta’ mediċini inklużi fis-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern.
F’każijiet bħal dawn, l-applikant għandu jibgħat
applikazzjoni separata lis-Suprintendent tas-Saħħa
skond il-ħtiġiet imniżżlin mis-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika. L-applikant għandu jagħti lis-Suprintendent
tas-Saħħa Pubblika informazzjoni adegwata.
(b) Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika għandu fi żmien
disgħin ġurnata minn meta jirievi l-applikazzjoni jew
mill-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni għall-bejgħ (fil-każ
meta l-applikazzjoni kienet sottomessa qabel il-ħruġ
ta’ awtorizzazzjoni għall-bejgħ), jikkomunika d-
deiżjoni lill-applikant. Jekk l-informazzjoni li ssostni
l-applikazzjoni m’hix adegwata, it-terminu ta’ żmien
għandu jkun sospiż u l-applikant għandu jkun notifikat
dwar liema informazzjoni addizzjonali dettaljata tkun
meħtieġa.
(ċ) Kull deiżjoni li prodott mediinali fil-lista ta’ mediċini
fis-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern ma jkunx kopert
għandha tinkludi l-kriterji użati biex din id-deċiżjoni
tittieħed u għandha tagħti informazzjoni dwar ir-
rimedji li l-applikant ikollu.
Deċiżjoni biex 
mediċina tkun 
eskluża.
4. Kull deċiżjoni biex mediċina jew kategorija ta’ prodotti
mediċinali jkunu esklużi mil-lista ta’ mediċini fis-Servizzi tas-
Saħħa tal-Gvern għandu jkollha dikjarazzjoni bir-raġunijiet tagħha
bbażati fuq kriterji oġġettivi u għandha tkun ippubblikata
f’pubblikazzjoni adatta skond ma jigi stabbilit mis-Suprintendent
tas-Saħħa Pubblika.
