BOLL FUQ L-OĠĠETTI TAD-DEHEB U TAL-FIDDA ġ L.S.46.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 46.02
REGOLAMENTI DWAR IL-BOLL FUQ 
L-OĠĠETTI TAD-DEHEB U TAL-FIDDA
13 ta’ Settembru, 1968
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 646 ta’ l-1968.
Titolu.
Boll fuq l-Oġġetti tad-Deheb u tal-Fidda.
Oġġetti tad-deheb 
jew tal-fidda 
għandu jkollhom 
il-boll tal-Gvern.
2. Ebda oġġett tad-deheb jew tal-fidda maħdum f’dawn il-
Gżejjer ma jista’ jiġi minn ħaddiema tad-deheb, ħaddiema tal-fidda
jew minn negozjanti oħra, maħdum, impartat jew xort’oħra
negozjat, kemm-il darba ma jkollux il-boll tal-Gvern.
Regolament ma 
japplikax.
3. Id-disposizzjonijiet tar-regolament 2 ma japplikawx għall-
(a) ornamenti tad-deheb jew tal-fidda f’xogħlijiet ta’
sustanza oħra;
(b) xogħlijiet tad-deheb jew tal-fidda li ma jifilħux il-
pressjoni tal-boll mingħajr ma jinkisru jew mingħajr
ma jitilfu s-saħħa meħtieġa;
(ċ) oġġett tad-deheb jew tal-fidda li għandu valur bħala
antikità ;
(d) oġġett tad-deheb jew tal-fidda maħdum fuq il-platinu
jew platinè ;
(e) oġġett tad-deheb jew tal-fidda li fih il-valur ta’ ġawhar
jew ħaġar prezzjuż u tal-manifattura hu, fil-fehma tal-
Konslu, wisq akbar mill-valur tal-metall użat.
Boll tal-Gvern.
Kap. 46.
3. Għall-finijiet ta’ l-artikolu 10 ta’ l-Ordinanza dwar il-
Ħaddiema d-Deheb u l-Ħaddiema l-Fidda (Arġentiera),
ingrandimenti tal-bolli tal-Gvern, biex jitqiegħdu fuq l-imsemmija
oġġetti, huma riprodotti fl-Iskeda ta’ dawn ir-Regolamenti.
Avviż uffiċjali.
Kap. 46.
4. Avviż uffiċjali għandu jiġi esibit f’post fejn jidher sewwa
fil-ħanut ta’ kull negozjant ta’ oġġetti maħduma tad-deheb u tal-
fidda, għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10(5) ta’ l-
Ordinanza dwar il-Ħaddiema d-Deheb u l-Ħaddiema l-Fidda
(Arġentiera).
2 L.S.46.02 ħ BOLL FUQ L-OĠĠETTI TAD-DEHEB U TAL-FIDDA
SKEDA
(Regolament 4)
Ingrandiment tal-Bolli tal-Gvern
Għall-oġġetti tad-deheb ta’ 22 u 18-il karat.
Għall-oġġetti tad-deheb ta’ 15, 12 u 9 karati.
Għall-oġġetti tal-fidda ta’ 959, 917, 875 u 800 milleżmi.
