ĦADDIEMA TAD-DEHEB U TAL-FIDDA -ARĠENTIERA ġ L.S.46.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 46.03
REGOLAMENTI DWAR IL-ĦADDIEMA 
TAD-DEHEB U TAL-FIDDA - ARĠENTIERA
1 ta’ Frar, 1969
L-AVVIŻ LEGALI 75 ta’ l-1968, kif emendat: bl-Avviżi Legali 1 u 29 ta’
l-1972, u 38 ta’ l-1982; u bl-Att XIII ta’ l-1983.
Titolu.
Ħaddiema tad-Deheb u tal-Fidda -Arġentiera.
Tifsir.
kliem ma jeħtieġx xort’oħra -
"artiġjan" tfisser persuna liċenzjata biex tagħmilha ta’ ħaddiem
tad-deheb jew tal-fidda - arġentier;
"konslu" tfisser kull wieħed mill-konslijiet tad-Deheb u tal-
Fidda;
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarja tat-Taxxi Interni;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Finanzi;
Kap. 46.
tal-Fidda -Arġentiera;
L.S. 35.01
"tariffa" tfisser it-tariffa ta’ drittijiet stabbilita mir-Regolamenti
dwar id-Drittijiet (Użin, Stima, Assaġġ u Imbullar ta’ Oġġetti tad-
Deheb u tal-Fidda), jew b’xi regolamenti ohra li jistgħu, minn
żmien għal żmien, jemendaw jew jissostitwixxu dawk ir-
Regolamenti.
Assaġġ u boll ta’ 
oġġetti tad-deheb u 
tal-fidda.
Emendat:
A.L. 29 ta’ l-1972.
3. (1)(a)Kull artiġjan li jippreżenta xogħol ta’ deheb jew ta’
fidda lill-konslu għall-verifika dwar il-finezza u biex
jiġi mbullat għandu fl-istess ħin jissottometti biljett in
duplikat fil-forma murija fil-Formula A ta’ l-Iskeda li
tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti, liema biljett bil-firma
tiegħu għandu juri l-kwalità , id-deskrizzjoni u l-piż ta’
l-oġġetti u l-kwalità  u l-kwantità  tas-saldatura wżata;
huwa għandu jiddikjara wkoll fuq il-biljett li l-oġġetti
ġew maħduma minnu, jew taħt is-sorveljanza tiegħu,
minn sustanza omoġenea.
(b) L-oġġetti kollha tad-deheb jew tal-fidda mportati
kummerċjalment għandhom, qabel ma jiġu meħlusa,
jintbagħtu mill-Kontrollur tad-Dwana lill-konslu għall-
verifika dwar il-finezza tagħhom u biex jiġu mbullati.
L-importatur, permezz tal-Kontrollur tad-Dwana,
għandu fl-istess ħin jibgħat lill-konslu biljett in
triplikat, iffirmat kif imiss mill-importatur u mill-
Kontrollur, fil-forma murija fil-Formula B li qiegħda
fl-Iskeda.
(2) Il-konslu, meta jirċievi xi oġġetti skond is-sub-regolament
(1) ta’ dan ir-regolament, għandu jivverifika l-piż u n-numru
tagħhom, jiffirma l-biljetti, u jikkonsenja waħda mill-kopji tal-
2 L.S.46.03 ħ ĦADDIEMA TAD-DEHEB U TAL-FIDDA -ARĠENTIERA
biljetti lill-artiġjan fil-każ imsemmi fil-paragrafu (a) tas-sub-
regolament (1), u kopja kull wieħed kemm lill-importatur kif ukoll
lill-Kontrollur tad-Dwana fil-każ imsemmi fil-paragrafu (b) ta’ l-
imsemmi sub-regolament. 
(3) L-artiġjan jista’, għall-finijiet tal-paragrafu (a) tas-sub-
regolament (1) ta’ dan ir-regolament, jiddelega persuna, approvata
mill-Kummissarju, biex tmur minfloku għand il-konslu, iżda l-
Kummissarju jista’, kull meta jqis li huwa meħtieġ, jordna lill-
artiġjan biex jattendi personalment.
Oġġetti li jistgħu 
jiġu preżentati 
għall-assaġġ u 
mbullar.
Emendat:
A.L. 29 ta’ l-1972.
4. Ebda oġġetti ma għandhom jiġu preżentati għall-verifika
dwar il-finezza tagħhom u biex jiġu mbullati waqt li jkunu
għadhom fil-kors tal-fabbrikazzjoni, jekk ix-xogħol fuqhom ma
jkunx hekk avvanzat li jimpedixxi li jinbidel il-grad tagħhom fil-
lavorazzjoni finali.
Il-Kummissarju 
għandu jiddeċidi l-
mod u n-numru ta’ 
assaġġi.
5. Il-Kummissarju jista’ jordna lill-konslu li jagħmel tant
assaġġi kemm jistgħu jidhrulu meħtieġa sabiex jaċċerta ruħu dwar
il-finezza ta’ xi oġġetti sottomessi għall-assaġġ u jista’, f’kull każ,
jiddeċidi jekk l-assaġġ għandux jsir bil-mezz tal-proċess ta’ assaġġ
bil-furnell jew bil-mezz ta’ aċidi.
Teħid ta’ partijiet 
ta’ oġġetti għal 
verifika.
Emendat:
A.L. 29 ta’ l-1972.
6. (1) Il-konslu jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jekk ma jkunx
ordnat xort’oħra mill-Kummissarju, jieħu minn parti waħda jew
iżjed ta’ kull oġġett li dwaru għandu jivverifika l-finezza, dik il-
kwantità  ta’ metall li tkun meħtieġa għall-assaġġ tiegħu u għandu
jieħu ħsieb li jagħmel l-anqas ħsara possibbli lil kull oġġett tali billi
jieħu l-metall mill-post indikat mill-Kummissarju.
(2) Il-konslu għandu jirritorna l-oġġett fl-istat li jkun jinsab fih
wara l-assaġġ.
L-assaġġi 
għandhom jiġu 
reġistrati mill-
konslu.
Emendat:
A.L. 29 ta’ l-1972.
7. (1) Il-konslu għandu jżomm reġistru li fih għandu jniżżel
il-partikolaritajiet imsemmija fil-biljetti preżentati lilu ma’ l-
oġġetti biex jiġu mbullati, u, meta jlesti l-assaġġ, għandu jniżżel
fir-reġistru d-dikjarazzjoni tiegħu tar-riżultat, id-data tad-
dikjarazzjoni u l-firma tiegħu.
(2) Ir-reġistru tal-konslu ma jkunx aċċessibbli għall-pubbliku.
Ksur ta’ oġġetti 
inferjuri għall-grad 
l-aktar baxx.
Emendat:
A.L. 29 ta’ l-1972.
8. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5 ta’ l-
Ordinanza, il-ksur ta’ oġġett li l-konslu jirrifjuta li jimbolla
minħabba li jkun inferjuri għall-grad legali l-aktar baxx m’għandux
isir qabel ma jgħaddu tmint ijiem minn meta d-dikjarazzjoni tal-
konslu f’dan is-sens tkun ġiet komunikata mill-Kummissarju lill-
artiġjan jew lill-importatur ta’ l-oġġett, skond il-każ.
(2) Meta jittieħdu proċeduri kriminali kontra artiġjan skond l-
artikolu 6 ta’ l-Ordinanza, l-ksur ta’ oġġett, miġjub għall-imbullar
u misjub li jkollu sustanza barranija jew mhux misjub li jkun ta’
sustanza omoġenea, ma għandux isir qabel id-deċiżjoni finali tal-
Qorti.
Applikazzjoni għal 
assaġġ ieħor.
Emendat:
A.L. 29 ta’ l-1972.
9. (1) Jekk l-artiġjan jew l-importatur, skond il-każ, ma jkunx
sodisfatt bid-deċiżjoni tal-Kummissarju illi xi oġġett ikun inferjuri
għall-grad li hu jippretendi, huwa jista’, fi żmien sebat ijiem mill-
ġurnata li fiha tkun ġiet komunikata lilu d-dikjarazzjoni tal-konslu
ĦADDIEMA TAD-DEHEB U TAL-FIDDA -ARĠENTIERA ġ L.S.46.03 3
mill-Kummissarju, japplika lill-Ministru biex jagħtih assaġġ ieħor.
(2) Meta ssir applikazzjoni għal assaġġ ieħor, il-Kummissarju
għandu jordna lill-konslu biex jissospendi l-imbullar jew il-ksur ta’
l-oġġett, skond il-każ, sakemm il-Ministru jiddeċidi dwar jekk
għandux isir it-tieni assaġġ.
(3) Jekk il-Ministru jiddeċidi li għandu jsir assaġġ ieħor, il-
Kummissarju għandu jordna lill-konslu biex jissospendi l-imbullar
jew il-ksur ta’ l-oġġett, skond il-każ, sakemm jgħaddu tmint ijiem
mid-data li fiha jkun ġie komunikat lill-persuna li tkun talbet
assaġġ ieħor ir-riżultat tat-tieni assaġġ u, jekk f’dak il-perijodu r-
riżultat tat-tieni assaġġ jiġi kontestat quddiem il-Qorti kompetenti
skond id-disposizzjomjiet ta’ dawn ir-Regolamenti, il-Kummissarju
għandu jerġa’ jordna lill-konslu biex jissospendi l-imbullar jew il-
ksur ta’ l-oġġett, skond il-każ, sas-sentenza finali tal-Qorti.
Bord biex 
jikkonduċi t-tieni 
assaġġ u depożitu 
tad-drittijiet 
relativi.
Emendat:
A.L. 29 ta’ l-1972;
XIII. 1983.5.
10. (1) It-tieni assaġġ, li għandu jsir fil-presenza tal-persuna li
tapplika għalih jekk din hekk teħtieġ, għandu jkun immexxi minn
Bord magħmul mill-Professur tal-Kimika ta’ l-Università  ta’ Malta
jew minn xi espert ieħor awtorizzat mill-Ministru (f’kull każ bl-
assistenza tal-konslu) u minn artiġjan espert nominat mill-Ministru.
(2) F’kull każ meta l-Ministru jiddeċidi li għandu jsir it-tieni
assaġġ, min jitlob dak it-tieni assaġġ għandu jiddepożita fl-uffiċċju
tal-konslu s-somma ta’ ħamsa u għoxrin ċenteżmu għall-assaġġ ta’
oġġett tad-deheb u s-somma ta’ tnax-il ċenteżmu u ħames milleżmi
għall-assaġġ ta’ oġġett tal-fidda, minbarra dritt ta’ lira u ħames
ċenteżmi għal kull persuna li tkun fil-Bord, barra mill-konslu.
Kontestazzjoni 
ġudizzjarja tat-tieni 
assaġġ.
Emendat:
A.L. 29 ta’ l-1972;
A.L. 148 ta’ l-
1975.
11. (1) Ir-riżultat tat-tieni assaġġ magħmul skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti jkun finali jekk ma jkunx
kontestat b’kawża preżentata quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti
Ċivili fi żmien tmint ijiem mid-data li fiha r-riżultat ikun ġie
komunikat lill-persuna li titlob dak it-tieni assaġġ; dak ir-riżultat,
f’kull każ, għandu jiġi mniżżel fir-reġistru tal-konslu flimkien mad-
dikjarazzjoni mniżżla fih skond id-disposizzjonijiet tar-regolament
7.
(2) Meta r-riżultat tat-tieni assaġġ magħmul mill-Bord juri li d-
dikjarazzjoni tal-konslu kienet żbaljata, il-Kummissarju għandu
jħallas lura lill-persuna li titlob it-tieni assaġġ is-somom depożitati
minnha skond ir-regolament 10 u għandu jordna lill-konslu biex
jimbolla l-oġġett.
Proċess meta 
assaġġ regolari 
jkun 
imprattikabbli.
12. Meta l-Kummissarju jiddeċidi li assaġġ bil-mezz tal-
proċess ta’ assaġġ bil-furnell jew bil-mezz ta’ aċidi jkun
imprattikabbli, l-assaġġ għandu jsir bil-mezz tat-tokka u tal-
kampjuni tal-ponot tad-deheb mogħtija mid-Dipartiment tat-Taxxi
Interni.
Bolli għall-oġġetti 
tad-deheb u tal-
fidda.
Sostitwit:
A.L. 29 ta’ l-1972;
A.L. 38 ta’ l-1982.
13. (1) Il-boll għall-oġġetti tad-deheb maħdumin f’dawn il-
Gżejjer u li għandhom titolu ta’ finezza ta’ 916 jew 750 ikun l-
impronta ta’ Kuruna Murali b’Sally Port bl-embattlements
b’turretti ta’ tmien turretti ottagonali u għal dawk li għandhom
titolu ta’ finezza ta’ 585 jew 375 ikun l-impront tat-Tarka ta’
Malta; dawk l-oġġetti għandhom barra minn hekk ikunu imbullati
4 L.S.46.03 ħ ĦADDIEMA TAD-DEHEB U TAL-FIDDA -ARĠENTIERA
bin-numri Arabi 916, 750, 585 jew 375, skond il-każ, biex juru l-
finezza tal-metall.
(2) Il-boll għall-oġġetti tal-fidda maħduma f’dawn il-Gżejjer
jkun l-impront ta’ Salib ta’ Malta u n-numri Arabi 959, 925, 830
jew 800, skond il-każ, li juru l-finezza tal-metall.
(3) Il-boll għal oġġetti tad-deheb jew fidda importati għall-
kummerċ ikun kif stabbilit mill-Ministru minn żmien għal żmien
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9 ta’ l-Ordinanza.
(4) Għandha titwaħħal ukoll marka li turi ż-żmien meta l-
oġġett tad-deheb jew tal-fidda jkun ġie mbullat. Il-marka għandu
jkollha wkoll dik il-kombinazzjoni ta’ żewġ ittri ta’ l-alfabet
miktubin żgħar bil-korsiv kif il-Kummissarju jiddeċiedi minn
żmien għal żmien.
Responsabbiltà  tal-
konslu.
14. Meta l-konslu jqiegħed il-boll fuq xi oġġett tad-deheb jew
tal-fidda jkun responsabbli għad-danni jekk jiġi pruvat li xi artikolu
tali jkun inferjuri b’iżjed minn tliet partijiet minn elf parti fil-
proporzjon għall-grad ta’ finezza meħtieġa biex jiġi mqiegħed il-
boll skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4 ta’ l-Ordinanza.
Użin u stima ta’ 
oġġetti tad-deheb u 
tal-fidda.
Emendat:
A.L. 29 ta’ l-1972.
15. (1) Qabel ma jagħmel xi stima ta’ oġġetti tad-deheb jew
tal-fidda, il-konslu għandu jivverifika l-finezza tal-metall.
(2) Relattivament għal xogħlijiet tad-deheb jew tal-fidda, il-
konslu għandu jibbaża l-istima tiegħu fuq il-prezz ta’ deheb pur jew
fidda pura li jiġi, minn żmien għal żmien, stabbilit mill-Ministru
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-arttkolu 12 ta’ l-Ordinanza.
Ħruġ ta’ biljett 
skond il-Formula 
Ċ.
16. (1) Meta oġġett tad-deheb jew tal-fidda jkun intiżen u
stmat, il-konslu għandu joħroġ minn counterfoil book biljett fil-
forma murija fil-Formula Ċ ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti, liema biljett għandu jkollu dawk il-partikolaritajiet li
l-Kummissarju jista’, minn żmien għal żmien, jidhirlu meħtieġa.
(2) Il-konslu għandu jżomm reġistru biex iniżżel fih il-
partikolaritajiet ta’ kull biljett maħruġ minnu skond id-
disposizzjonijiet tas-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament.
Stimi 
approssimattivi.
17. (1) Jekk xi oġġett tad-deheb jew tal-fidda preżentat għall-
istima, jkollu, jew ikollu mwaħħal miegħu, ħaġar jew ħaġa oħra li
ma tkunx tista’ tinqala mingħajr ħsara konsiderevoli, il-konslu
jista’ jiżen l-oġġett kollu, u l-piż tal-metall jista’ jiġi muri
approsimattivament fuq il-biljett hawn fuq imsemmi kull meta l-
konslu jkun jista’ jagħmel dik l-istima approssimattiva.
(2) F’kull każ kif maħsub fis-sub-regolament (1) ta’ dan ir-
regolament, il-konslu għandu jgħid fuq l-imsemmi biljett illi l-piż u
l-istima jkunu biss approssimattivi.
Valuri tal-prezz 
tas-suq f’ċerti 
każijiet.
18. Oġġetti tad-deheb u tal-fidda li jkollhom djamanti jew
ħaġar ieħor prezzjuż għandhom jiġu stmati approssimattivament,
skond il-prezz tas-suq fid-data ta’ l-istima.
Responsabbiltà  tal-
konslu.
19. Il-konslu jkun responsabbli għall-eżattezza tal-piż u tal-
valur dikjkarati minnu fuq il-biljett imsemmi fir-regolament 16.
ĦADDIEMA TAD-DEHEB U TAL-FIDDA -ARĠENTIERA ġ L.S.46.03 5
Ħruġ ta’ biljett 
skond il-Formula 
D.
20. Kull meta l-konslu jkun meħtieġ biss li jiżen l-oġġetti tad-
deheb jew tal-fidda, huwa għandu joħroġ mill-counterfoil book
biljett fil-forma murija fil-Formula D ta’ l-Iskeda li tinsab ma’
dawn ir-Regolamenti.
Artiġjan għandu 
jkollu liċenza.
Sostitwit:
A.L. 1 ta’ l-1972.
21. Ħadd ma jiġi mogħti liċenjza mill-Kummissarju tal-
Pulizija skond l-artikolu 8(1) ta’ l-Ordinanza jekk ma jkunx -
(a) ta’ l-età  ta’ tmintax-il sena;
(b) ta’ kondotta tajba;
(ċ) jaf jaqra u jikteb;
(d) rakkomandat mill-Kummissarju bħala li jkollu tagħrif
teoriku u prattiku tal-lega tal-metalli:
Iżda l-Kummissarju jista’, jekk jidhirlu meħtieġ,
iġiegħel lill-applikant joqgħod għal intervista u/jew
eżami qabel ma jagħmel ir-rakkomandazzjoni tiegħu.
6 L.S.46.03 ħ ĦADDIEMA TAD-DEHEB U TAL-FIDDA -ARĠENTIERA
Emendata:
A.L. 38 ta’ l-1982.
SKEDA
FORMULA A
(Regolament 3)
FORMA TAL-BILJETT LI GĦANDU JIMTELA 
MILL-ARTIĠJAN SKOND IR-REGOLAMENT 3 
TAR-REGOLAMENTI DWAR IL-ĦADDIEMA TAD-DEHEB 
U TAL-FIDDA
Nru...........................
Nota ta’ l-oġġetti preżentati l-lum minni hawn taħt iffirmat lill-
Konslu tad-Deheb u tal-Fidda, għall-verifika dwar il-finezza, u biex
jiġu mbullati, skond l-Ordinanza dwar il-Ħaddiiema tad-Deheb u
tal-Fidda - Arġentiera u skond ir-regolament 3 tar-Regolamenti
dwar il-Ħaddiema tad-Deheb u tal-Fidda.
Deskrizzjoni ta’ l-Oġġetti:
Kwalità
Finezza
Piż ...... ...... Grammi (a) 
Saldatura wżata ...... Grammi (a) .....
Total u Valur ...... Grammi Lm .....
Jiena hawnhekk niddikjara illi l-oġġetti hawn fuq imsemmija
ġew fabbrikati *minni/taħt is-sorveljanza tiegħi minn sustanza
omoġenea u illi naf bil-konsegwenzi kollha li għalihom, skond il-
liġi, nista’ nkun suġġett, fil-każ li din id-dikjarazzjoni tinsab li tkun
falza.
(a) Indika il-Karat u l-Millimi
Data 
Firma
* Ħassar dak li ma japplikax.
ĦADDIEMA TAD-DEHEB U TAL-FIDDA -ARĠENTIERA ġ L.S.46.03 7
Miżjuda:
A.L. 29 ta’ l-1972.
FORMULA B
(Regolament 3)
Nru .................................................
No.
Nota ta’ oġġetti ppreżentati llum mill-Kontrollur tad-Dwana, lill-
Konslu tad-Deheb u tal-Fidda għall-verifika tat-titolu u għall-boll,
skond l-artikolu 3(1)(b) ta’ l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tad-
Deheb u tal-Fidda - Arġentiera u r-regolament 3(1)(b) tar-
Regolamenti dwar tad-Deheb u tal-Fidda.
Note of articles presented today by the Comptroller of Customs
to the Consul of Goldsmiths and Silversmiths, for verification of
fineness, and for stamp, in accordance with article 3(1)( b ) of the
Goldsmiths and Silversmiths Ordinance and with regulation
3(1)( b ) of the Goldsmiths and Silversmiths Regulations.
Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti.
Description of Articles
Nru. ta’ l-oġġetti.
No. of Articles
Nru. totali ta’ l-oġġetti.
Total No. of Article
Data
Date
Firma ta’ l-Importatur .........................
Importer’s signature
Firma tal-Kontrollur tad-Dwana ..............
Comptroller of Customs’ signature
Firma tal-Konslu ................................
Consul’s signature
8 L.S.46.03 ħ ĦADDIEMA TAD-DEHEB U TAL-FIDDA -ARĠENTIERA
FORMULA Ċ
(Regolament 16)
FORMA TAL-BILJETT LI JIĠI WŻAT MILL-KONSLU TAL-
ĦADDIEMA TAD-DEHEB U TAL-FIDDA WARA LI TINTIŻEN 
U TIĠI VALUTATA L-ĠOJJELLERIJA FABBRIKATA 
LOKALMENT SKOND IR-REGOLAMENT 16 TAR-
REGOLAMENTI DWAR IL-ĦADDIEMA TAD-DEHEB U 
TAL-FIDDA.
UFFIĊĊJU TAL-KONSLU 
tal-
ĦADDIEMA TAD-DEHEB U 
TAL-FIDDA 
Triq il-Merkanti, Il-Belt Valletta.
Isem ...............................................................
Indirizz ............................................................
................................................................
Jiena, hawn taħt iffirmat, Konslu tal-Ħaddiema tad-Deheb u tal-
Fidda, qiegħed b’din niddikjara illi l-lum wiżint u vvalutajt l-
oġġetti li ġejjin, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar il-
Ħaddiema tad-Deheb u tal-Fidda - Arġentiera u skond ir-
Regolamenti dwar il-Ħaddiema tad-Deheb u tal-Fidda.
Deskrizzjoni ta’ l-Oġġetti
KWALITÀ  ..................... GRAD TA’ METALL ......................
PIŻ TAL-METALL
(APPROSSIMATIV/GROSS) ... ... Grammi
 
.................... liri  .................... ċenteżmi 
Konslu tal-Ħaddiema tad-Deheb u tal-Fidda.
VALUR Lm c
DRITT
IMĦALLAS
ĦADDIEMA TAD-DEHEB U TAL-FIDDA -ARĠENTIERA ġ L.S.46.03 9
FORMULA D
(Regolament 20)
FORMA TA’ BILJETT LI JIĠI MAĦRUĠ MILL-KONSLU TAL-
ĦADDIEMA TAD-DEHEB U TAL-FIDDA WARA LI JINTIŻNU 
OĠĠETTI TAD-DEHEB U TAL-FIDDA SKOND IR-
REGOLMENT 20 TAR-REGOLAMENTI DWAR IL-ĦADDIEMA 
TAD-DEHEB U TAL-FIDDA.
Nru. UFFIĊĊJU TAL-KONSLU
TAL-ĦADDIEMA TAD-
DEHEB U TAL-FIDDA
Data19 Triq il-Merkanti, 
Il-BeltValletta,
19 .........
Isem
Oġġetti Jiena, hawn taħt iffirmat, Konslu
tal-Ħaddiema tad-Deheb u tal-
Fidda, qiegħed b’din niddikjara
illi l-lum wiżint l-oġġetti li
ġejjin skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-Ordinanza dwar il-
Ħaddiema tad-Deheb u tal-Fidda
u skond ir-Regolamenti dwar il-
Ħaddiema tad-Deheb u tal-Fidda
Deskrizzjoni ta’ l-Oġġetti
Kwalità Kwalità
Grad ta’ Metall Grad ta’ Metall
Piż Grammi  Piż tal-Metall Grammi
DRITT Dritt imħallas
Konslu tal-Ħaddiema tad-Deheb
u tal-Fidda.
