TOLLERANZA FL-UŻU TAS-SALDATURA ġ L.S.46.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 46.04
REGOLAMENTI DWAR IT-TOLLERANZA
FL-UŻU TAS-SALDATURA
31 ta’ Marzu, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 147 ta’ l-1976.
Titolu.
Tolleranza fl-Użu tas-Saldatura.
Tifsir.
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tat-Taxxi Interni;
Kap. 46.
tal-Fidda.
Saldatura li tista’ 
tiġi wżata.
3. (1) Ebda saldatura ma tista’ tiġi wżata fil-manifattura ta’
oġġetti tad-deheb jew oġġetti tal-fidda kemm-il darba din ma tkunx
lega bbażata fuq l-istess metall li fih tkun qed tintuża s-saldatura.
(2) Il-lega ta’ saldatura m’għandhiex tkun inqas mil-livell ta’
finezza tal-metall li fih is-saldatura tkun qed tiġi wżata ħlief jekk
ikun meħtieġ minħabba konsiderazzjonijiet tekniċi.
Tolleranza dwar 
saldatura.
4. Il-finezza tal-partijiet kollha ta’ xogħlijiet ta’ deheb jew
tal-fidda m’għandhiex tkun inqas mil-livelli ta’ finezza stabbiliti
bl-artikolu 4 ta’ l-Ordinanza:
Iżda -
(a) il-Kummissarju jista’ jippermetti l-użu ta’ saldatura
f’ammont li, fil-fehma tiegħu, ma jkunx eċċessiv;
(b) fil-każ ta’ filugranu, ħoloq żgħar u xogħlijiet oħra
irqaq bħal dawn, il-Kummissarju jista’ jaċċetta bħala li
jissodisfaw livell magħruf ta’ finezza partijiet ta’
oġġetti tad-deheb jew tal-fidda li jkun fihom saldatura
u li, meta tqis is-saldatura, jilħqu marġini iktar baxx
għall-imsemmi livell b’mhux iktar minn kwart ta’
karat jew għaxar milleżmi, rispettivament.
Użu ta’ saldatura 
eċċessiva.
5. (1) Ebda oġġett tad-deheb jew tal-fidda m’għandu jiġi
mmarkat bil-boll xieraq tal-Gvern jekk il-Kummissarju jkun tal-
fehma li jkun fih saldatura eċċessiva.
(2) Is-saldatura għandha tintuża biss fil-kwantità  meħtieġa biex
tgħaqqad u f’ebda każ m’għandha saldatura tiġi wżata biex
issaħħaħ, iżżid fil-piż, timla jew xort’oħra.
