EŻENZJONI MILL-IMBULLAR TA’ 
OĠĠETTI TAL-FIDDA ġ L.S.46.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 46.06
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-IMBULLAR 
TA’ OĠĠETTI TAL-FIDDA
1 ta’ Ottubru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 232 ta’ l-2001.
Titolu.
Imbullar ta’ Oġġetti tal-Fidda.
Eżenzjoni 
mogħtija.
2. L-imbullar ta’ oġġetti tal-fidda bil-boll xieraq tal-Gvern li
juri t-titolu tad-deheb jew tal-fidda wżati fil-manifattura tagħhom,
ma għandhomx japplikaw għall-oġġetti tal-fidda manifatturati
lokalment minn Cusimano Silver Industry Limited, għal skopijiet
ta’ esportazzjoni biss.
Kundizzjonijiet.
ġejjin:
Kap. 46.
(a) l-imsemmija kumpannija għandha, barra minn hekk,
tħares għalkollox u f’kull waqt id-disposizzjonijiet ta’
l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tad-Deheb u tal-Fidda u
tar-regolamenti, regoli u ordnijiet magħmulin taħtha u
b’mod partikolari din l-eżenzjoni ma teżentax lill-
kumpannija hawn qabel imsemmija mill-obbligu li
tikseb liċenza mingħand il-Pulizija biex tagħmilha ta’
ħaddiem id-deheb u, jew ħaddiem il-fidda;
L.S. 117.29
(b) il-kumpannija għandha tħares ukoll id-
disposizzjonijiet tar-Regolamenti dwar il-Kontroll tad-
Deheb;
(ċ) għandu jingħata prospett mill-kumpannija dwar l-
istock ta’ deheb u fidda, kemm maħdum kemm mhux
maħdum, u li jkun jinkludi l-piż li bih jibda kull xahar,
il-piż importat jew xort’oħra miksub, il-piż esportat
jew xort’oħra mneħħi u l-bilanċ finali fi tmiem kull
xahar, lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni għal kull
xahar u mhux aktar tard minn sebat ijiem wara l-aħħar
jum tax-xahar;
(d) dikjarazzjoni mill-kumpannija li jkun fiha deskrizzjoni
tad-deheb u l-fidda importati u esportati msemmija fil-
paragrafu (ċ) għandha bl-istess mod tingħata lill-
Kummissarju tat-Taxxi Interni għal kull xahar, u mhux
aktar tard minn sebat ijiem wara l-aħħar jum tax-
xahar; u
(e) għandu jingħata aċċess sħiħ mill-kumpannija lill-
Kummissarju tat-Taxxi Interni jew lir-rappreżentanti
tiegħu biex ikunu jistgħu jagħmlu spezzjonijiet u
verifiki fiżiċi ta’ kull ħażna f’kull waqt u b’dik il-
frekwenza li jistgħu jkunu meħtieġa.
