ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILL MEDIKU ġ L.S.464.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 464.04
REGOLAMENTI DWAR L-ELEZZJONIJIET
TAL-KUNSILL MEDIKU
20 ta’ Jannar, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 35 ta’ l-2004.
Titolu.
Elezzjonijiet tal-Kunsill Mediku.
Tifsiriet.
teħtieġx xort’oħra -
''Kunsill'' tfisser il-Kunsill Mediku;
''President'' tfisser il-President tal-Kunsill;
''Kummissjoni'' tfisser il-Kummissjoni ta’ l-Elezzjonijiet tal-
Kunsill Mediku imwaqqfa bir-regolament 3;
''ir-Reġistratur'' tfisser ir-Reġistratur tal-Kunsill.
Kummissjoni ta’ l-
Elezzjonijiet.
3. (1) Għandu jkun hemm Kummissjoni li tkun magħrufa
bħala il-Kummissjoni ta’ l-Elezzjonijiet għall-Kunsill Mediku u li
tkun magħmula minn tliet kummissarji ta’ l-elezzjoni.
(2) F’Jannar ta’ kull sena sussegwenti l-Kunsill għandu
jinnomina Kummissjoni li jkollha l-istess isem kif ukoll l-istess
għadd ta’ kummissarji ta’ l-elezzjoni sabiex tmexxi l-elezzjonijet
tal-Kunsill matul dik is-sena.
Nomina ta’ 
kandidati.
4. Il-Kummissjoni għandha sa l-aħħar ta’ Jannar 2004, tara li
jiġi ppubblikat fil-Gazzetta u l-gazzetti lokali kollha ta’ kuljum,
avviż li jispeċifika il-post, ġranet u ħinijiet li matulhom jiġu
aċċettati n-nomini għal kandidati għal elezzjonijiet tal-Kunsill mir-
Reġistratur.
Avviz dwar in-
nomina ta’ 
kandidati ghandu 
jiġi ppublikat.
5. (1) Meta l-Kummissjoni tkun avżata mill-President li jkun
hemm vakanza fost il-membri eletti tal-Kunsill, hija għandha,
malajr kemm jista jkun, tara li jiġi pubblikat avviż fil-Gazzetta u
fil-gazzetti lokali kollha ta’ kuljum li jispeċifika l-post, il-ġranet u
l-ħinijiet li matulhom ir-Reġistratur jirċievi nominazzjonijiet ta’
kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsill.
(2) Kandidat għandu jiġi nominat bil-miktub fuq formula skond
l-eżemplar li hemm fl-Ewwel Skeda. Ikun x’ikun l-għadd ta’
vakanzi li jkollu jimtela, ebda persuna ma għandha tiġi nominata
biex timla aktar minn vakanza waħda.
Kif issir elezzjoni.
għadd ta’ vakanzi fil-Kunsill, għandha ssir elezzjoni.
(2) Il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet ijiem wara l-egħluq
tan-nominazzojnijiet, tibgħat il-karta tal-vot lil kull wieħed mit-
tobba u kirurgi dentali residenti Malta u li jkunu reġistrati mall-
Kunsill, u tinformahom dwar il-metodu ta’ votazzjoni, kif ukoll
fejn u sa meta il-voti għandhom jiġu mogħtija lura lill-
Kummissjoni.
2 L.S.464.04 ħ ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILL MEDIKU
(3) Il-polza tal-vot li tintuża għall-elezzjoni għandha tkun
skond l-eżemplar li hemm fit-Tieni Skeda, u għandha tiġi ffirmata
minn membru tal-Kummissjoni.
Mod ta’ 
votazzjoni.
7. Votant għandu jivvota billi jagħmel salib wieħed ħdejn l-
isem tal-kandidat li għalih jivvota.
Skadenza tal-ħin 
għall-votazzjoni.
8. Ma jiġux aċċettati aktar voti wara li jkun skada il-ħin
stabbilit mill-Kummissjoni.
Għadd tal-voti. 9. Kemm jista’ jkun malajr wara l-votazzjoni, il-Kummissjoni
għandha tgħodd il-voti.
Voti invalidi. 10. Meta numru ta’ voti akbar milli jkun meħtieġ jiġi mniżżel
fuq karta tal-vot, dik il-karta tal-vot għandha titqies bħala invalida
mill-Kummissjoni.
Kandidati eletti. 11. Il-kandidati li jġibu l-akbar għadd ta’ voti għandhom jiġu
dikjarati eletti mill-Kummissjoni.
Elezzjonijiet 
parzjali.
12. Jekk żewġ kandidati jew aktar iġibu għadd ta’ voti ndaqs,
għandha ssir elezzjoni parzjali bjen dawk il-kandidati skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Rappurtar tar-
riżultat.
13. Il-Kummissjoni għandha minnufih tirraporta r-riżultat ta’ l-
elezzjoni lill-Ministru responsabbli għas-Saħħa u l-istess riżultat
għandu jiġi ppublikat fil-Gazzetta.
Deċiżjoni tal-
Kummissjoni.
14. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-validità  ta’ xi
nominazzjoni, id-dritt ta’ persuna biex tivvota, il-post li fih jiġu
riċevuti il-voti u r-riżultat ta’ l-elezzjoni hija finali u konklużiva.
ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILL MEDIKU ġ L.S.464.04 3
L-EWWEL SKEDA
Formula ta’ Nominazzjoni għal Kandidati għall-Elezzjoni
fil-Kunsill Mediku
Aħna, hawn taħt iffirmati, votanti bid-dritt li nivvotaw f’elezzjoni tal-Kunsill
Mediku għal
(a) ħames tobba li għandhom liċenza li mill-inqas wieħed minnhom għandu
jkun speċjalista u jaħdem l-isptar u ieħor tabib tal-familja
(b) żewġ kirurgi dentali li għandhom liċenza
qegħdin hawnhekk ninnominaw lil ................................................. (**)
reġistrat fi ......................................................................(**) (Reġistru)
u li l-indirizz tiegħu ....................................................................... (**)
bħala kandidat għall-elezzjoni msemmija.
Proponent: Isem ............................................................................
(Ittri Kbar)
Firma .................................................. Data ................................
Reġistrat fi ................................................................................... 
Min jissekonda: Isem ....................................................................
(Ittri Kbar)
Firma .................................................. Data ................................
Reġistrat fi ................................................................................... 
DIKJARAZZJONI TAL-PERSUNA NOMINATA
Jiena, ............................................................................................... li ismi jidher
(isem sħiħ f’ittri kbar)
fi ............................................................. naċċetta n-nominazzjoni ta’ hawn fuq.
(Reġistru)
Data ................................................ ............................................
Firma tal-Kandidat
(**) F’ittri kbar
4 L.S.464.04 ħ ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILL MEDIKU
IT-TIENI SKEDA
Polza tal-vot
GĦALL-UŻU MINN............................................
VOTAZZJONI GĦALL-ELEZZJONI TA’ KANDIDATI
TAL-KUNSILL MEDIKU
IVVOTA GĦAL ...................... KANDIDAT(I)
(biss)
Firma ta’ Kummissarju ta’ l-Elezzjoni ................................................
Ismijiet tal-kandidati
(f’ordni alfabetiku)
Agħmel salib f’din il-parti ħdejn l-isem 
tal-kandidat li għalih trid tivvota
