ESTENSJONI TA’ L-APPLIKABBILTÀ  TA’ DIGRIETI TA’ 
MANTENIMENT (BERMUDAS) ġ L.S.48.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 48.01
ORDNI DWAR L-ESTENSJONI TA’ 
L-APPLIKABBILTÀ  TA’ DIGRIETI 
TA’ MANTENIMENT (BERMUDAS)
27 ta’ Lulju, 1925
Il-PROKLAMA VII ta’ l-1925.
Titolu. 
Applikabbiltà  ta’ Digrieti ta’ Manteniment (Bermudas).
Estensjoni ta’ 
applikabbiltà’
Kap. 48.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar l-Esekuzzjoni ta’
Digrieti ta’ Manteniment għandhom japplikaw u jestendu għal
digrieti ta’ manteniment magħmulin mill-Qorti ta’ Bermuda jew
Somers Islands bis-saħħa tal-Proklama li hu riprodott fl-Iskeda ta’
dan l-Ordni.
SKEDA*
(Artikolu 2)
BILLI hemm maħsub, bl-artikolu 12 ta’ l-Ordinanza dwar l-
Esekuzzjoni ta’ Digrieti ta’ Manteniment, illi meta l-Gvernatur fil-
Kunsill ikun sodisfatt li ġew magħmula minn korp leġislativ ta’ xi
parti mid-Dominji tal-Maestà  Tiegħu r-Re barra dawn il-Gżejjer
disposizzjonijiet reċiproċi għall-esekuzzjoni f’dik il-parti ta’
digrieti ta’ manteniment mogħtijin mill-Qorti ta’ dawn il-Gżejjer,
il-Gvernatur jista’ bi Proklama jagħmel tgħodd din l-Ordinanza
għal dik il-parti, u b’daqshekk hija ssir parti tad-Dominiji tal-
Maestà  Tiegħu r-Re li għaliha tgħodd din l-Ordinanza;
U BILLI jiena sodisfatt illi bis-saħħa tal-Bermuda Maintenance
Orders Enforcement Act, 1922 (Bermuda Act No. 6 of 1922) il-
Parlament ta’ Bermuda jew Somers Islands għamel dawn id-
disposizzjonijiet reċiproċi kif ingħad hawn fuq:
ISSA GĦALHEKK, JIENA, SIR WALTER NORRIS
CONGREVE, hawnhekk inxandar illi l-istess Ordinanza dwar l-
Esekuzzjoni ta’ Digrieti ta’ Manteniment għandha tgħodd u
testendi għal digrieti ta’ manteniment mogħtijin mill-Qorti ta’
Bermuda jew Somers Islands.
*Il-Proklama ġie riprodott fil-forma oriġinali tiegħu. Permezz ta’ l-emendi,
magħmulin lill-liġi prinċipali, bl-Att LVIII ta’ l-1974, is-setgħa li jestendi l-
applikabbiltà  ta’ l-Ordinanza barra minn Malta ġiet vestita fil-President ta’ Malta.
