 DIGRIETI TA’ MANTENIMENT ġ L.S.48.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 48.02
REGOLI TAL-QORTI DWAR DIGRIETI
TA’ MANTENIMENT
28 ta’ Ottubru, 1927
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 422 ta’ l-1927, kif emendata bl-Atti
LVIII ta’ l-1974 u XXIV ta’ l-1995.
Titolu. 
Digrieti ta’ Manteniment.
Digriet għandu 
jitniżżel fir-
reġistru.
Emendat:
XXIV.1995.362.
Kap. 48.
2. Ir-Reġistratur tal-Qrati, li lilu għandha tiġi mibgħuta kopja
ta’ xi digriet mogħti taħt l-artikoli 3 u 5 ta’ l-Ordinanza dwar l-
Esekuzzjoni ta’ Digrieti ta’ Manteniment, hawnhekk iżjed ’l
quddiem imsejħa "l-Ordinanza", għandu jniżżel l-istess digriet
f’reġistru fid-data li fiha jirċievih.
Digrieti oħra li 
għandhom 
jitniżżlu.
Emendat:
LVIII.1974.68.
3. Ir-Reġistratur għandu bl-istess mod iniżżel f’reġistru d-
digrieti kollha mogħtija taħt l-artikolu 4, u digrieti provviżorji
mogħtija skond l-artikolu 5 ta’ l-Ordinanza, mibgħuta lill-President
ta’ Malta biex jintbagħtu u jiġu esegwiti barra minn Malta u dan
għandu jiġi verbalizzat fil-kawża li fiha dan id-digriet jingħata.
Spezzjon ta’ 
reġistri.
4. Ir-reġistri fuq imsemmija jkunu miftuħa għall-ispezzjon u
jingħataw kopji ta’ digrieti hekk reġistrati wara li jitħallsu d-
drittijiet xierqa.
Digrieti 
provviżorji.
Emendat:
LVIII.1974.68.
5. Meta digriet provviżorju mogħti barra minn Malta jiġi
konfermat, b’tibdil jew mingħajru, taħt l-artikolu 6 ta’ l-Ordinanza
jew il-qorti tkun ddeċidiet li ma tikkonfermahx, ir-Reġistratur
għandu jinnotifika, permezz tal-President ta’ Malta, lill-Qorti li
tkun tat id-digriet provviżorju.
Digriet provviżorju 
kontra konvenut li 
jirresjedi barra 
minn Malta.
6. Meta jingħata digriet provviżorju taħt l-artikolu 5 ta’ l-
Ordinanza kontra konvenut li jirresjedi barra minn Malta, ir-
Reġistratur għandu jakkwista mingħand l-applikant deskrizzjoni
tal-persuna u, jekk jista’ jkun, ritratt tal-konvenut li għandu jiġi
mehmuż mal-karti fil-każ li l-konvenut jiċħad l-identità  tiegħu u l-
indirizz preżenti. Għandu jitniżżel ukoll l-isem ta’ l-uffiċjal tal-
Qorti barranija.
Uffiċjal inkarigat.
jitħallas u jiġbor id-drittijiet imħallsa skond id-disposizzjonijiet ta’
l-Ordinanza. 
Aktar xiehda.
Ordinanza jiġi mibgħut lura, taħt is-subartikolu (4) ta’ dak l-
artikolu, lill-Qorti li tkun tagħtu, biex tinstema’ xiehda oħra, ir-
Reġistrastur għandu jibgħat, lill-persuna li fuq talba tagħha d-
digriet provviżorju kien ingħata, avviż li jispeċifika x-xiehda oħra
meħtieġa u l-post u l-ħin stabbiliti biex tittieħed din ix-xiehda.
