ESTENSJONI TA’ L-APPLIKABBILTÀ  TA’ DIGRIETI TA’ 
MANTENIMENT (TASMANIA U D-DIPENDENZI TAGĦHA) ġ L.S.48.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 48.05
ORDNI DWAR L-ESTENSJONI TA’ 
L-APPLIKABBILTÀ  TA’ DIGRIETI 
TA’ MANTENIMENT 
(TASMANIA U D-DIPENDENZI TAGĦHA)
30 ta’ Jannar, 1959
Il-PROKLAMA II ta’ l-1959.
Titolu. 
Applikabbiltà  ta’ Digrieti ta’ Manteniment (Tasmania u d-
Dipendenzi Tagħha).
Estensjoni ta’ 
applikabbiltà’
Kap. 48.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar l-Esekuzzjoni ta’
Digrieti ta’ Manteniment għandhom japplikaw u jestendu għal
digrieti ta’ manteniment magħmulin mill-Qorti ta’ Tasmania u d-
Dipendenzi Tagħha bis-saħħa tal-Proklama li hu riprodott fl-Iskeda
ta’ dan l-Ordni.
SKEDA*
(Artikolu 2)
BILLI bl-artikolu 12 ta’ l-Ordinanza dwar l-Esekuzzjoni ta’
Digrieti ta’ Manteniment, hemm maħsub illi meta l-Gvernatur ikun
sodisfatt li ġew magħmula minn korp leġislativ ta’ xi parti mid-
Dominji tal-Maestà  Tagħha r-Reġina barra dawn il-Gżejjer
disposizzjonijiet reċiproċi għall-esekuzzjoni f’dik il-parti ta’
digrieti ta’ manteniment mogħtijin mill-Qorti ta’ dawn il-Gżejjer,
il-Gvernatur jista’ bi Proklama jagħmel tgħodd din l-Ordinanza
għal dik il-parti, u b’daqshekk hija ssir parti tad-Dominiji tal-
Maestà  Tagħha r-Reġina li għaliha tgħodd din l-Ordinanza;
U BILLI jiena sodisfatt illi bis-saħħa ta’ Proklama maħruġa mill-
Gvernatur ta’ l-Istat ta’ Tasmania u d-Dipendenzi Tagħha fil-
Commonwealth ta’ l-Awstralja fil-31 ta’ Marzu, 1958, l-Istat ta’
Tasmania għamel dawn id-disposizzjonijiet reċiproċi kif ingħad
hawn fuq:
ISSA GĦALHEKK, JIENA, ROBERT EDWARD LAYCOCK,
Kavalier Kmandant tal-Wisq Magħruf Ordni ta’ San Mikiel u San
Ġorġ, Kumpann tal-Wisq Onorevoli Ordni tal-Banju, Kumpann ta’
l-Ordni tas-Servizz Distint, Gvernatur u Kap Kmandant tal-Gżira
ta’ Malta u d-Dipendenzi Tagħha, b’din niddikjara u nxandar illi
b’seħħ mid-data ta’ hawnhekk l-Ordinanza dwar l-Esekuzzjoni ta’
Digrieti ta’ Manteniment għandha tapplika u testendi għal ordnijiet
dwar manteniment magħmula mill-Qrati ta’ l-Istat ta’ Tasmania u
d-Dipendenzi Tagħha fil-Commonwealth ta’ l-Awstralja.
*Il-Proklama ġie riprodott fil-forma oriġinali tiegħu. Permezz ta’ l-emendi,
magħmulin lill-liġi prinċipali, bl-Att LVIII ta’ l-1974, is-setgħa li jestendi l-
applikabbiltà  ta’ l-Ordinanza barra minn Malta ġiet vestita fil-President ta’ Malta.
