ESTENSJONI TA’ L-APPLIKABBILTÀ  TA’ 
DIGRIETI TA’ MANTENIMENT (ISLE OF MAN) ġ L.S.48.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 48.06
ORDNI DWAR L-ESTENSJONI TA’ 
L-APPLIKABBILTÀ  TA’ DIGRIETI 
TA’ MANTENIMENT (ISLE OF MAN)
27 ta’ Ottubru, 1961
Il-PROKLAMA IX ta’ l-1961.
Titolu. 
Applikabbiltà  ta’ Digrieti ta’ Manteniment (Isle of Man).
Estensjoni ta’ 
applikabbiltà’
Kap. 48.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar l-Esekuzzjoni ta’
Digrieti ta’ Manteniment għandhom japplikaw u jestendu għal
digrieti ta’ manteniment magħmulin mill-Qorti ta’ Isle of Man bis-
saħħa tal-Proklama li hu riprodott fl-Iskeda ta’ dan l-Ordni.
SKEDA*
(Artikolu 2)
BILLI hemm maħsub, bl-artikolu 12 ta’ l-Ordinanza dwar l-
Esekuzzjoni ta’ Digrieti ta’ Manteniment, illi meta l-Gvernatur
ikun sodisfatt li ġew magħmula minn korp leġislativ ta’ xi parti
mid-Dominji tal-Maestà  Tagħha r-Reġina barra dawn il-Gżejjer
disposizzjonijiet reċiproċi għall-esekuzzjoni f’dik il-parti ta’
digrieti ta’ manteniment mogħtijin mill-Qorti ta’ dawn il-Gżejjer,
il-Gvernatur jista’ bi Proklama jagħmel tgħodd din l-Ordinanza
għal dik il-parti, u b’daqshekk hija ssir parti tad-Dominiji tal-
Maestà  Tagħha r-Reġina li għaliha tgħodd din l-Ordinanza;
U BILLI jiena sodisfatt illi bis-saħħa ta’ Proklama maħruġa mid-
Deputat Gvernatur ta’ l-Isle of Man fl-1 ta’ Awissu, 1961, l-Isle of
Man għamlet disposizzjonijiet reċiproċi kif ingħad hawn fuq:
ISSA GĦALHEKK, JIENA, ARCHIBALD CAMPBELL, Aġent
Gvernatur fuq il-Gżira ta’ Malta u d-Dipendenzi Tagħha, bis-saħħa
tas-setgħat mogħtijin lili, b’din niddikjara u nipproklama illi b’seħħ
mid-data ta’ hawn l-imsemmija Ordinanza dwar l-Esekuzzjoni ta’
Digrieti ta’ Manteniment għandha tapplika u testendi għal digrieti
ta’ manteniment magħmula mill-Qrati ta’ l-Isle of Man.
*Il-Proklama ġie riprodott fil-forma oriġinali tiegħu. Permezz ta’ l-emendi,
magħmulin lill-liġi prinċipali, bl-Att LVIII ta’ l-1974, is-setgħa li jestendi l-
applikabbiltà  ta’ l-Ordinanza barra minn Malta ġiet vestita fil-President ta’ Malta.
