ĊERTIFIKATI TA’ OPERATURI 
TAT-TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI ġ L.S.49.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 49.04
REGOLAMENTI DWAR 
ĊERTIFIKATI TA’ OPERATURI 
TAT-TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI
30 ta’ April, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 72 ta’ l-1999.
Titolu.
Ċertifikati ta’ Operaturi tat-Telegrafija Mingħajr Fili.
Tifsir.
ma jkunx jeħtieġ xort’oħra -
"approvat" tfisser approvat mir-Reġistratur Ġenerali;
"Ċertifikat RT - VHF biss" tfisser iċ-Ċertifikat ta’
Radjotelefonija Ristrett -VHF biss;
"Ċertifikat GMDSS" tfisser -
(a) ic-Ċertifikat GMDSS ta’ Operaturi Ġenerali; jew
(b) ic-Ċertifikat GMDSS ta’ Operatur Ristrett; 
"dritt preskritt" tfisser id-dritt xieraq li jinsab preskritt fl-Ewwel
Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti;
"GMDSS" tfisser Global Maritime Distress and Safety System;
"il-Kodiċi STCW" tfisser il-Kodiċi dwar Taħriġ, Ċertifikazzjoni
u Għassa għall-Baħħara, adottat mill-Konferenza ta’ l-1995 tal-
Membri tal-Konvenzjoni STCW;
"Konvenzjoni STCW" tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali
dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara,
iffirmat f’Londra fis-7 ta’ Lulju, 1978;
Kap. 49.
Fili;
Kap. 234.
"Reġistratur Ġenerali" tfisser ir-Reġistratur Ġenerali tal-
Bastimenti Merkantili u tal-Baħrin maħtur taħt l-artikolu 363 ta’ l-
Att dwar il-Bastimenti Merkantili.
(2) Kemm-il darba ma jkunx ġie mfisser xort’oħra fl-
Ordinanza, jew f’dawn ir-Regolamenti, jew kemm-il darba l-
kuntest tal-kliem ma jkunx jeħtieġ xort’oħra, kliem u frażijiet użati
f’dawn ir-Regolamenti għandu jkollhom l-istess tifsir bħal dak
mogħti lilhom fil-Konvenzjoni STCW.
(3) Kull rierenza f’dawn ir-Regolamenti għal xi Konvenzjoni
internazzjonali jew għal protokol jew kodiċi relatati magħha
għandha tinkludi ukoll riferenza għal kull emenda li tkun saret
għall-imsemmija Konvenzjoni, protokol jew kodiċi kif aċċettata
mill-Gvern ta’ Malta.
2 L.S.49.04 ħ
ĊERTIFIKATI TA’ OPERATURI 
TAT-TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI
Kondizzjonijiet 
għall-ħruġ ta’ 
ċertifikat GMDSS. 
3. Persuna tikkwalifika biss għall-ħruġ ta’ ċertifikat GMDSS
jekk dik il-persuna -
(a) tkun mill-inqas għalqet it-tmintax-il sena;
(b) tkun temmet l-edukazzjoni u t-taħriġ approvati;
(ċ) tilħaq b’mod approvat standard ta’ kompetenza kif
approvat fis-sezzjoni A-IV/2 tal-Kodiċi STCW; u
(d) tgħaddi minn eżami mediku u test tal-vista ta’ l-
għajnejn approvat li jkun jissodisfa standards
approvati ta’ eżami mediku u okulari għall-baħħara.
Kondizzjonijiet 
għall-ħruġ ta’ 
ċertifikat RT (VHF 
biss). 
4. Persuna tikkwalifika biss għall-ħruġ ta’ ċertifikat RT (VHF
biss) jekk dik il-persuna -
(a) tkun mill-inqas għalqet is-sittax-il sena; u
(b) turi b’mod approvat konoxxenza, kif ukoll profiċjenza,
fis-suġġetti speċifikati fit-Tieni Skeda ta’ dawn ir-
Regolamenti.
Applikazzjoni għal 
ċertifikazzjoni jew 
għal eżami.
5.  Applikazzjoni biex jinħareġ ċertifikat jew jiġi konfermat
skond dawn ir-Regolamenti jew għalbiex persuna tagħmel eżami
ta’ ċertifikazzjoni skond dawn ir-Regolamenti għandha ssir lir-
Reġistratur Ġenerali fuq il-formula relattiva u l-ħlas tad-dritt
preskritt u b’dawk id-dokumenti li r-Reġistratur Ġenerali jista’
jeħtieġ, inkluża dikjarazzjoni li tkun ser tinżamm is-segretezza
għar-rigward ta’ kull korrispondenza skond il-formula li hemm fit-
Tielet Skeda ta’ dawn ir-Regolamenti.
Eżaminaturi. 6. Dawk l-eżaminaturi li jmexxu l-eżamijiet skond ma hemm
f’dawn ir-Regolamenti għandhom jinħatru mir-Reġistratur Ġenerali
minn elenku approvat ta’ persuni li jkollhom konoxxenza sewwa
ta’ bastimenti u tas-sikurezza fuq il-baħar u għat-tfittxija u
salvataġġ, u li jkollhom iċ-Ċertifikat Ġenerali ta’ Komunikazzjoni
bir-Radju Fuq il-Baħar jew ċertifikat ekwivalenti, u li jkollhom iċ-
Ċertifikat GMDSS ta’ Operaturi Ġenerali jew ikollhom, fil-fehma
tar-Reġistratur Ġenerali, esperjenza konsiderevoli fil-
komunikazzjoni bir-radju fuq il-baħar inkluża l-GMDSS.
Għarfien ta’ 
ċertifikati GMDSS 
barranin. 
7.  (1) Ir-Reġistratur Ġenerali jista’ jgħaraf u jikkonferma
ċertifikat GMDSS maħruġ minn awtorità  ta’ xi Membru ieħor tal-
Konvenzjoni STCW jekk huwa jkun sodisfatt li l-ħtiġiet tal-
Konvenzjoni li jirrigwardaw standards ta’ taħriġ, kompetenza, kif
joħorġu u jiġu konfermati ċertifikati u jinżammu r-records ikunu
qiegħdin jiġu osservati għal kollox.
(2) Ma għandux jiġi rikonoxxut ċertifikat GMDSS li jinħareġ
minn awtorità  ta’ min mhux Membru tal-Konvenzjoni STCW.
Għarfien ta’ 
ċertifikati RT 
(VHF biss). 
8.  Ir-Reġistratur Ġenerali jista’ jirrikonoxxi u jikkonferma
ċertifikat RT (VHF biss) maħruġ minn awtorità  ta’ xi gvern ieħor
jekk ikun sodisfatt li l-ħtiġiet għall-ħruġ ta’ dak iċ-ċertifikat ikunu
ekwivalenti għad-disposizzjonijiet tar-regolament 4 u li r-records li
jinżammu minn dik l-awtorità  li toħroġ iċ-ċertifikat jkunu, fil-
fehma tar-Reġistratur Ġenerali, daqstant effiċjenti daqskemm tkun
is-sistema tar-records li jinżammu li għandu jkun hemm skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 12(1).
ĊERTIFIKATI TA’ OPERATURI 
TAT-TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI ġ L.S.49.04 3
Għamla, data u 
validità  ta’ 
ċertifikati u 
endorsements.
9. (1) Mal-ħlas tad-dritt preskritt, għandu jinħareġ mir-
Reġistratur Ġenerali sew ċertifikat sew endorsement taħt dawn ir-
Regolamenti, u fuqu għandu jkun hemm id-data meta l-applikant
ikun issodisfa l-ħtiġiet kollha stabbiliti b’dawn ir-Regolamenti biex
jinħareġ dak iċ-ċertifikat jew endorsement, u fil-każ ta’ ċertifikat
jew endorsement GMDSS fl-għamla meħtieġa bis-sezzjoni A-I/2
tal-Kodiċi STCW.
(2) Ċertifikat jew endorsement GMDSS jibqa’ validu għas-
servizz li jingħata fuq il-baħar biss jekk -
(a) id-detentur jibqa’ josserva standards approvati ta’
saħħa fiżika u ta’ kompetenza professjonali stipulati
b’sezzjoni AI/11 tal-Kodiċi STCW; u
(b) dak iċ-ċertifikat jew endorsement jerġa’ jiġi validat
mill-ġdid f’intervalli ta’ mhux iżjed minn ħames snin
kull wieħed skond ma hemm fir-regolament I/11 tal-
Konvenzjoni STCW.
(3) Endorsement jibqa’ validu għas-servizz fuq il-baħar biss
jekk iċ-ċertifikat endorsjat ikun għadu validu u f’kull każ għal
mhux iktar minn ħames snin mid-data tal-ħruġ meta dak l-
endorsement jista’jerġa’ jiġi validat mill-ġdid.
(4) Meta detentur ta’ ċertifikat jinħariġlu ċertifikat GMDSS ta’
Operatur Ġenerali, huwa għandu jikkonsenja lura iċ-ċertifikat ta’
Operatur Ristrett lir-Reġistratur Ġenerali sabiex dan jiġi kanċellat.
Ċertifikati mitlufin 
jew mgħarrqin.
10. (1) Id-detentur ta’ ċertifikat li jkun intilef jew tarraq
għandu kemm jista’ jkun malajr javża b’dan lir-Reġistratur
Ġenerali, u jekk ir-Reġistratur Ġenerali jkun tal-fehma li dak iċ-
ċertifikat ikun mitluf jew tarraq, huwa għandu joħroġ kopja taċ-
ċertifikat ( hekk indikat) u jitħallas id-dritt preskritt, u dik il-kopja
taċ-ċertifikat għandu jkollha l-istess validità  bħallikieku kienet iċ-
ċertifikat oriġinali.
(2) Ċertifikat li dwaru jkun ingħata avviż li ntilef jew tarraq
għandu, fil-każ li jerġa’ jinstab, jiġi konsenjat minnufih mid-
detentur lir-Reġistratur Ġenerali.
(3) Kull min jiġi f’idejh ċertifikat jew endorsement maħruġ
skond dawn ir-Regolamenti, għandu jikkonsenjah minnufih lir-
Reġistratur Ġenerali, jekk ma jkunx id-detentur ta’ l-istess.
Meta ċertifikat jiġi 
invalidat jew 
sospiż.
Kap. 234.
11. (1) Meta jiġi ppruvat għas-sodisfazzjon tal-Ministru li d-
detentur ta’ ċertifikat ikun xjentement jew bi traskuraġni naqas li
josserva xi waħda mid-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni
Internazzjonali dwar it-Telekomunikazzjoni jew xi regolamenti
annessi magħha jew li jitqiesu bħala li huma annessi magħha, jew
xi regolamenti magħmulin taħt l-Ordinanza jew taħt l-Att dwar il-
Bastimenti Merkantili, iċ-ċertifikat jista’ jiġi invalidat jew sospiż.
(2) Ċertifikat jew endorsement li jkun ġie invalidat, sospiż jew
kanċellat għandu jiġi konsenjat minnufih lir-Reġistratur Ġenerali li
jista’, wara li jkun immarka kif suppost dak iċ-ċertifikat jew
endorsement, jagħtih lura lid-detentur tiegħu.
4 L.S.49.04 ħ
ĊERTIFIKATI TA’ OPERATURI 
TAT-TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI
Jinzamm record 
mir-Reġistratur 
Ġenerali.
12. (1) Ir-Reġistratur Ġenerali għandu jżomm record ta’ kull
ċertifikat u endorsement maħruġ skond dawn ir-Regolamenti, u ta’
kull wieħed invalidat, sospiż, kanċellat jew mibdul u ta’ kull
ħaġ’oħra li tkun tolqot dawk iċ-ċertifikati jew endorsements.
(2) Ir-Reġistratur Ġenerali għandu jpoġġi għad-disposizzjoni
tal-Membri l-oħra tal-Konvenzjoni STCW u lill-kumpanniji li
jitolbuha l-informazzjoni fuq l-istat ta’ ċertifikati jew endorsements
maħruġin skond dawn ir-Regolamenti.
Ħwejjeġ li ma 
hemm xejn provdut 
dwarhom f’dawn 
ir- Regolamenti.
13. Kull ħaġa li jkollha x’taqsam ma’ ċertifikati u
endorsements GMDSS u li ma jkun hemm xejn provvdut dwarha
f’dawn ir-Regolamenti għandha tiġi regolata mid-disposizzjonijiet
tal-Konvenzjoni STCW jew tal-Kodiċi STCW skond il-każ.
Riserva. 14. Ċertifikat li jkun inħareġ taħt ir-Regoli ta’ l-1974 dwar
Ċertifikati ta’ Operaturi* għandu jibqa’ validu bħallikieku dan kien
inħareġ skond dawn ir-Regolamenti sa l-1 ta’ Frar, 2005, b’dan illi
dan ma jkunx validu f’ebda każ għas-servizz fuq vapuri tal-
passiġġieri li jġorru merkanzija ta’ 300 tunnellata gross u iktar:
Iżda f’kull każ dak iċ-ċertifikat isir invalidu, u ma jkunx
jista’ jiġi validat mill-ġdid, jekk id-detentur tiegħu ma kienx ħadem
fuq il-baħar bħala operatur tar-radju għal żmien ta’ aktar minn
sentejn.
*Imħassra b’dawn ir-Regolamenti.
ĊERTIFIKATI TA’ OPERATURI 
TAT-TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI ġ L.S.49.04 5
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 2)
Drittijiet li jitħallsu lir-Reġistratur Ġenerali 
f’dak li jirrigwarda dawn ir-Regolamenti
Lm
A. Ħruġ ta’ Ċertifikat GMDSS jew ta’ ċertifikat
ta’ endorsement li jirrikonoxxi ċertifikat ta’ GMDSS
barrani 50
Meta jinħareġ mill-ġdid jew jiġi mill-ġdid
validat Ċertifikat GMDSS jew ċertifikat ta’
endorsement 25
Meta jsir eżami biex joħroġ jew jerġa’
joħroġ jew jiġi validat Ċertifikat ta’ GMDSS 50
Meta jisir eżami u jinħareġ jew jerġa’
jinħareġ Ċertifikat RT -VHF biss - jew ċertifikat ta’
endorsement li jirrikonoxxi ċertifikat barrani RT -
VHF biss 25
B. Il-Ministru jista’, taħt dawk il-
kundizzjonijiet li huwa jqis xierqa, jeżenta kull
persuna jew klassi ta’ persuni mill-ħlas tad-drittijiet
kollha jew ta’ parti mid-drittijiet li jkollhom jitħallsu
skond dawn ir-Regolamenti.
6 L.S.49.04 ħ
ĊERTIFIKATI TA’ OPERATURI 
TAT-TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 4)
Speċifikazzjoni ta’ l-inqas livell ta’ konoxxenza u profiċjenza 
għal Operaturi ta’ RT (VHF biss)
Konoxxenza ġenerali 
dwar ir-radju
- Kapaċitajiet u limitazzjonijiet ta’ radjutelefoni
bi frekwenza marittima VHF, inklużi distanzi
tipiċi ta’ komunikazzjoni
- Karatteristiċi tat-tipi differenti ta’
radjutelefoni VHF disponibbli u l-vantaġġi ta’
fattizzi speċjali bħalma huma dual watch u
selcall
Allokazzjoni ta’ 
kanali fuq il-
Frekwenza Mobbli 
Marittima VHF
- Diffikultà . sikurezza u sejħiet
- Bejn vapur u ieħor
- Operazzjonijiet fil-port
- Moviment ta’ bastimenti
- Sikurezza ta’ inġenji żgħar
Użu ta’ radjutelefonu 
VHF
- Funzjoni ta’ kontrolli għall-utent, inklużi:
press to transmit switch; high/low power
switch; kontroll ta’ volum; squelch control;
channel selector switch u dual watch control
Proċedura bil-vuċi u 
dixxiplina bir-radju
- Alfabet fonetiku għall-ittri u pronunzja
fonetika tan-numri bl-Ingliż
- Tifsir u użu korrett ta’ dawn is-sinjali li ġejjin:
- All after; All before; Correct; Correction; In
figures; In letters; I say again; I spell; Out;
Over; Radio check; Read back; Received; Say
again; Station calling; Text; Traffic; This is;
Wait; Word after; Word before; Wrong
- Użu korrett ta’ callsigns 
- Proċedura sabiex tiġi stabbilita komunikaz-
zjoni fuq kanali bejn vapur u ieħor,
korrispondenza pubblika, is-sikurezza ta’
inġenji żgħar u operazzjonijiet fil-port u
moviment ta’ bastimenti
- Proċedura għal sejħiet li jibqgħu ma
jingħatawx tweġiba jew li jkunu mħawdin
- Kontroll ta’ komunikazzjonijiet
- Tipi ta’ sejħiet u tipi ta’ messaġġi li huma
pprojbiti
- Proċedura għal test calls
Diffikultà - Regoli dwar kif għandha tintbagħat sejħa u
messaġġ ta’ diffikultà  u dwar l-użu korrett u t-
tifsira tas-sinjal mayday
- Format korrett ta’ sejħat u messaġġ ta’
diffikultà  inklużi l-metodi ta’ kif għandha tiġi
indikata l-posizzjoni u dak it-tagħrif ieħor
dettaljat li għandu jingħata
- Kontroll ta’ komunikazzjonijiet waqt li tkun
qed issir ħidma li jkollha x’taqsam ma’ xi
diffikultà  inkluż l-użu korrett u t-tifsir tas-
sinjali: Seelonce mayday; Seelonce distress;
Prudence u Seelonce Feenee
- Tifsir u użu korrett tas-sinjal Mayday Relay
- Obbligu li jiġi rikonoxxut messaġġ ta’
diffikultà , l-għamla korretta ta’ kif dan
għandu jiġi rikonoxxut u l-azzjoni li għandha
tittieħed wara dak ir-rikonoxximent
Urġenza - Regoli dwar it-trasmissjoni ta’ messaġġ ta’
urġenza u dwar l-użu korrett u t-tifsir tas-
sinjal Pan Pan
ĊERTIFIKATI TA’ OPERATURI 
TAT-TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI ġ L.S.49.04 7
IT-TIELET SKEDA
(Regolament 5)
- Proċedura dwar kif jinkiseb parir mediku
urġenti permezz ta’ stazzjon tar-radju mill-
kosta u l-użu korrett tas-sinjal Pan Pan
Medico
Sikurezza  - Regoli dwar it-trasmissjoni ta’ messaġġ ta’
sikurezza u dwar l-użu korrett u t-tifsir tas-
sinjal Securite
Korrispondenza 
pubblika
- Proċedura għal link calls
- Proċedura għal sejħiet lil bastimenti minn
stazzjonijiet tar-radju mill-kosta
Regolamenti u 
dokumentazzjoni
- Ħtiġiet għal Liċenza ta’ Radju fuq Bastiment
- Regolamenti li jirrigwardaw segretezza ta’
korrispondenza
- Regolamenti li jirrigwardaw il-kontroll ta’ kif
jinħadem it-tagħmir tar-radju mid-detentur ta’
ċertifikat ta’ kompetenza idoneju u l-awtorità
biex jopera
- Regolamenti li jirrigwardaw il-logbook tar-
radjutelefonija
- Direttivi u struzzjonijiet li jirrigwardaw l-użu
tar-radjutelefonija VHF, eż.:
Danger in the use of VHF radio in collision
avoidance, Carriage of EPIRBs, Misuse of
VHF radio channels, Radiotelephone distress
procedure, Standard marine vocabulary
8 L.S.49.04 ħ
ĊERTIFIKATI TA’ OPERATURI 
TAT-TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI
Dikjarazzjoni dwar segretezza ta’ korrispondenza
Jien, ................ niddikjara solennement u sinċerament illi ma
nwassal lil ebda persuna b’mod mhux xieraq is-sens ta’ ebda
messaġġ li jiena nista’ nibgħat jew nirċievi permezz ta’ xi apparat
tat-telegrafija mingħajr fili mħaddem minni jew li nista’ nsir naf
bih minħabba il-ħidma ta’ l-imsemmi apparat telegrafiku.
Data...........................  Firma tad-Dikjarant .............................
Firma tax-Xhud ...................................
Indirizz ............................................... 
...............................................
Numru tat-Telefon ............................... 
Kariga*................................................
*Ix-xhud għandu jkun Reġistratur tal-Bastimenti Maltin,
Kummisjunarju bis-setgħa li jagħti Ġurament, Uffiċjal Konsulari
Malti, Avukat jew Nutar Pubbliku f’Malta jew kull persuna oħra li
r-Reġistratur Ġenerali jista’ jaċċetta.
