MOD KIF JITĦALLSU D-DRITTIJIET GĦAT-TELEKOMU-
NIKAZZJONIJIET U T-TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI ġ L.S.49.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 49.05
REGOLAMENTI DWAR IL-MOD KIF 
JITĦALLSU D-DRITTIJIET GĦAT-
TELEKOMUNIKAZZJONIJIET U 
T-TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI
17 ta’ Novembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 236 ta’ l-2000.
Titolu.
Mod kif Jitħallsu d-Drittijiet għat-Telekomunikazzjonijiet u t-
Telegrafija mingħajr Fili.
Kif jitħallsu d-
drittijiet għat-
telekomunikazzjo-
nijiet u t-telegrafija 
mingħajr fili.
Kap. 35.
Kap. 49.
Kap. 399.
2. (1) Meta f’regolamenti magħmulin taħt l-Ordinanza dwar
id-Drittijiet, l-Ordinanza dwar it-Telegrafija mingħajr Fili, jew l-
Att biex jirregola t-Telekomunikazzjonijiet, skond il-każ, jiġi
stabbilit xi dritt għar-rigward ta’ xi awtorizzazzjoni, liċenza jew l-
għoti ta’ xi servizz li jkollu x’jaqsam ma’ sistemi jew servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet jew ma’ telegrafija mingħajr fili, u dak id-
dritt ikun stabbilit bħala f’parti ammont fiss u f’parti oħra
perċentaġġ ta’ dħul gross jew ta’ xi ammont ieħor li ma jistax jiġi
stabbilit fil-waqt tal-ħruġ jew il-bidu ta’ l-awtorizzazzjoni jew
liċenza jew qabel l-għoti ta’ servizz kif hawn aktar qabel
imsemmi-
(a) dak l-ammont fiss għandu jitħallas minnufih mal-ħruġ,
bidu jew tiġdid ta’ l-awtorizzazzjoni jew liċenza jew
qabel l-għoti ta’ xi servizz kif hawn aktar qabel
imsemmi; u
(b) il-parti mid-dritt li tkun perċentaġġ tad-dħul gross jew
ta’ xi ammont ieħor li ma jkunx jista’ jiġi stabbilit fil-
waqt tal-ħruġ jew bidu ta’ l-awtorizzazzjoni jew
liċenza jew qabel l-għoti ta’ servizz kif hawn aktar
qabel imsemmi għandu jitħallas -
(i) għar-rigward ta’ awtorizzazzjoni jew liċenza li
dwarha xi dritt kif imsemmi hawn aktar qabel
għandu jitħallas ta’ kull sena, mhux iktar tard
minn disgħin ġurnata wara kull anniversarju ta’
l-awtorizzazzjoni jew liċenza;
(ii) għar-rigward ta’ awtorizzazzjoni jew liċenza li
dwarha xi dritt għandu jitħallas f’intervalli li ma
jkunux ta’ kull sena, mhux iktar tard minn sittin
ġurnata wara kull perjodu li għar-rigward tiegħu
dak id-dritt ikun dovut;
(iii) għar-rigward ta’ l-għoti ta’ xi servizz sew jekk
inkluż f’xi awtorizzazzjoni jew liċenza kif hawn
aktar qabel imsemmi sew jekk le, bil-mod
stabbilit fil-paragrafi (i) u (ii) hawn aktar qabel.
(2) Jekk il-persuna awtorizzata jew il-persuna li jkollha
liċenza jew il-persuna li tirċievi servizz tonqos milli tħallas xi
2 L.S.49.05 ħ
MOD KIF JITĦALLSU D-DRITTIJIET GĦAT-TELEKOMU-
NIKAZZJONIJIET U T-TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI
ammont dovut kif stipulat f’dan ir-regolament għaldaqshekk
għandu jibda għaddej mgħax bir-rata ta’ tmienja fil-mija fis-sena
mid-data meta dik is-somma tkun dovuta.
Verifika. 3. Il-ħlas ta’ drittijiet skond ir-regolament 2(b)(i), (ii) jew
(iii) ma għandux tabilfors jitfisser bħala li l-ammont imħallas hu l-
ammont korrett. Id-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili, jew l-
awtorità  kompetenti biex tirregola t-telekomunikazzjonijiet, skond
il-każ, li lilhom ikun dovut id-dritt, jistgħu jitolbu li jispezzjonaw
il-kotba tal-kontijiet tal-persuna awtorizzata jew tal-persuna li
jkollha liċenza jew tal-persuna li tirċievi servizz kif hawn qabel
imsemmi bil-mod kif provdut fir-regolament 4 sabiex jivverifikaw
li dak l-ammont ikun l-ammont korrett. Jekk jirriżulta lid-
Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili jew lill-awtorità
kompetenti biex tirregola t-telekomunikazzjonijiet, skond il-każ, li
wara l-verifika jkun dovut ammont akbar, għaldaqshekk id-
Dipartiment jew l-awtorità  kompetenti, skond il-każ, għandhom
javżaw lill-persuna awtorizzata jew lill-persuna li jkollha liċenza
jew lill-persuna li tirċievi servizz kif fuq imsemmi bil-miktub u dak
l-ammont għandu jitħallas fi żmien tletin ġurnata minn meta l-
persuna awtorizzata jew il-persuna li jkollha liċenza jew il-persuna
li tirċievi servizz kif fuq imsemmi tirċievi dak l-avviż. Għandu
jinġabar mgħax bir-rata ta’ tmienja fil-mija fis-sena fuq l-ammont
addizzjonali mid-data meta dan kien l-ewwel dovut.
Kotba u records. 4. (1) Matul iż-żmien ta’ xi awtorizzazzjoni jew liċenza jew
ta’ l-għoti ta’ servizz kif imsemmija fir-regolament 2, il-persuna
awtorizzata jew il-persuna li jkollha liċenza jew il-persuna li
tirċievi servizz kif fuq imsemmi għandha żżomm skond kull
prattika standard ta’ kontijiet, kotba tal-kontijiet u records
kompleti u eżatti tan-negozju, propjetà  u operazzjonijiet tagħha.
(2) Il-persuna awtorizzata jew persuna li jkollha liċenza jew il-
persuna li tirċievi servizz kif fuq imsemmi għandha tippermetti lid-
Dipartiment jew lill-awtorità  kompetenti, skond il-każ, li jkun
dovut lilhom xi dritt kif hemm imsemmi fir-regolament 2, li jaraw
l-kotba u r-records tagħha matul il-ħinijiet tax-xogħol normali u
b’mod li ma joħolqu ebda diffikultà  hekk kif jista’ jkun
raġonevolment meħtieġ biex jissorveljaw it-tħaris ta’ dawn ir-
regolamenti. Id-Dipartiment jew l-awtorità  kompetenti, skond il-
każ, għandhom jittrattaw kull informazzjoni lilhom mogħtija skond
dan ir-regolament b’mod konfidenzjali u jistgħu biss jiżvelaw dik l-
informazzjoni lil impjegati, rappreżentanti, avukati jew aġenti tad-
Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili jew tal-Ministeru tal-
Finanzi jew ta’ l-awtorità  kompetenti biex tirregola t-
telekomunikazzjonijiet li jkunu jeħtieġu li jafuha jew biex iwettqu
l-provvedimenti ta’ dawn ir-regolamenti jew għal kull fini li jkollu
x’jaqsam ma’ dan.
