ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ SENTENZI TA’ 
TRIBUNALI INGLIŻI - ĠIBILTÀ ġ L.S.52.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 52.01
ORDNI DWAR L-ESEKUZZJONI REĊIPROKA 
TA’ SENTENZI TA’ TRIBUNALI INGLIŻI -
ĠIBILTÀ
27 ta’ Lulju, 1925
Il-PROKLAMA VIII ta’ l-1925.
Titolu. 
Reċiproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi - Ġibiltà .
Estensjoni ta’ 
applikabbiltà.
Kap. 52.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka
ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi għandhom japplikaw u jestendu
għal Ġibiltà  bis-saħħa tal-Proklama riprodotta fl-Iskeda ta’ dan l-
Ordni.
SKEDA*
(Artikolu 2)
BILLI bl-artikolu 12 ta’ l-Ordinanza dwar l-Esekuzzjoni ta’
Digrieti ta’ Manteniment, hemm maħsub illi meta l-Gvernatur fil-
Kunsill ikun sodisfatt li ġew magħmula minn korp leġislativ ta’ xi
parti mid-Dominji tal-Maestà  Tiegħu r-Re barra dawn il-Gżejjer
disposizzjonijiet reċiproċi għall-esekuzzjoni f’dik il-parti ta’
digrieti ta’ manteniment mogħtijin mill-Qorti ta’ dawn il-Gżejjer,
il-Gvernatur jista’ bi Proklama japplika din l-Ordinanza għal dik il-
parti, u b’daqshekk hija ssir parti mid-Dominiji tal-Maestà  Tiegħu
r-Re li għaliha tgħodd din l-Ordinanza;
BILLI bl-artikolu 5(2) ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka ta’
Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi hemm maħsub illi l-Gvernatur fil-
Kunsill jista’, bi Proklama, jestendi l-applikazzjoni ta’ l-Att
imsemmi għal kull parti tad-Dominji tal-Maestà  Tiegħu, barra r-
Renju Unit, li l-Parlament tagħha ikun għamel disposizzjonijiet
reċiproċi għall-esekuzzjoni ta’ sentenzi mogħtija mill-Qrati
Superjuri ta’ Malta; u illi meta ssir xi Proklama dan l-Att jiġi estiż
f’dan is-sens;
U BILLI jiena soddisfatt illi bis-saħħa tar-Reciprocal
Enforcement of Judgements Ordinance, 1921, u l-Maintenance
Orders (Facilities for Enforcement) Ordinance, 1921, il-Parlament
ta’ Ġibiltà  għamel disposizzjonijiet reċiproċi kif jingħad hawn fuq:
ISSA, GĦALHEKK, JIENA, SIR WALTER NORRIS
CONGREVE, b’din niddikjara u nxandar illi l-imsemmija
Ordinanza dwar l-Esekuzzjoni ta’ Digrieti ta’ Manteniment u l-Att
dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi
*Il-Proklama hija riprodotta fil-forma oriġinali tagħha. Permezz ta’ l-emendi,
magħmulin lill-liġi prinċipali, bl-Att LVIII ta’ l-1974, is-setgħa li jestendi l-
applikabbiltà  ta’ l-Ordinanza barra minn Malta ġiet vestita fil-President ta’ Malta.
2 L.S.52.01 ħ
ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ SENTENZI TA’ 
TRIBUNALI INGLIŻI - ĠIBILTÀ
għandhom jgħoddu u jestendu rispettivament għal digrieti ta’
manteniment mogħtija mill-Qrati ta’ Ġibiltà u  għas-sentenzi
mogħtija mill-Qrati Superjuri ta’ Ġibiltà .
