ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ SENTENZI TA’ 
TRIBUNALI INGLIŻI - NEW SOUTH WALES ġ L.S.52.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 52.02
ORDNI DWAR L-ESEKUZZJONI REĊIPROKA 
TA’ SENTENZI TA’ TRIBUNALI INGLIŻI -
NEW SOUTH WALES
23 ta’ Ottubru, 1925
Il-PROKLAMA XII ta’ l-1925.
Titolu. 
Reċiproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi - New South Wales.
Estensjoni ta’ 
applikabbiltà.
Kap. 52.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka
ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi għandhom japplikaw u jestendu
għal New South Wales bis-saħħa tal-Proklama riprodotta fl-Iskeda
ta’ dan l-Ordni.
SKEDA*
(Artikolu 2)
BILLI bl-artikolu 12 ta’ l-Ordinanza dwar l-Esekuzzjoni ta’
Digrieti ta’ Manteniment, hemm maħsub illi meta l-Gvernatur fil-
Kunsill ikun sodisfatt li ġew magħmula minn korp leġislativ ta’ xi
parti mid-Dominji tal-Maestà  Tiegħu r-Re barra dawn il-Gżejjer
disposizzjonijiet reċiproċi għall-esekuzzjoni f’dik il-parti ta’
digrieti ta’ manteniment mogħtijin mill-Qorti ta’ dawn il-Gżejjer,
il-Gvernatur jista’ bi Proklama japplika din l-Ordinanza għal dik il-
parti, u b’daqshekk hija ssir parti mid-Dominiji tal-Maestà  Tiegħu
r-Re li għaliha tgħodd din l-Ordinanza;
BILLI bl-artikolu 5(2) ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka ta’
Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi hemm maħsub illi l-Gvernatur fil-
Kunsill jista’, bi Proklama, jestendi l-applikazzjoni ta’ l-Att
imsemmi għal kull parti tad-Dominji tal-Maestà  Tiegħu, barra r-
Renju Unit, li l-Parlament tagħha ikun għamel, għas-sodisfazzjon
tiegħu, disposizzjonijiet reċiproċi għall-esekuzzjoni ta’ sentenzi
mogħtija mill-Qrati Superjuri ta’ Malta; u bi Proklama l-
applikazzjoni ta’ l-Att tiġi estiża f’dan is-sens;
U BILLI jiena soddisfatt illi bis-saħħa tal-Maintenance Orders
(Facilities for Enforcement) Act, 1923, (New South Wales Act No.
4 of 1923) u l-Administration of Justice Act, 1924, (New South
Wales Act No. 42 of 1924) u l-proklami magħmula bis-saħħa
tagħhom mill-Eċċellenza Tiegħu l-Gvernatur ta’ New South Wales,
il-Parlament ta’ New South Wales għamel disposizzjonijiet
reċiproċi kif jingħad hawn fuq:
*Il-Proklama hija riprodotta fil-forma oriġinali tagħha. Permezz ta’ l-emendi,
magħmulin lill-liġi prinċipali, bl-Att LVIII ta’ l-1974, is-setgħa li jestendi l-
applikabbiltà  ta’ l-Ordinanza barra minn Malta ġiet vestita fil-President ta’ Malta.
2 L.S.52.02 ħ
ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ SENTENZI TA’ 
TRIBUNALI INGLIŻI - NEW SOUTH WALES
ISSA, GĦALHEKK, JIENA, WILLIAM CHARLES FLEMING
ROBERTSON, b’din niddikjara u nxandar illi l-imsemmija
Ordinanza dwar l-Esekuzzjoni ta’ Digrieti ta’ Manteniment u l-Att
dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi
għandhom jgħoddu u jestendu rispettivament għad-digrieti ta’
manteniment mogħtija mill-Qrati ta’ New South Wales u  għas-
sentenzi mogħtija mill-Qorti Superjuri ta’ New South Wales.
