ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ SENTENZI TA’ 
TRIBUNALI INGLIŻI - BERMUDA ġ L.S.52.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 52.03
ORDNI DWAR L-ESEKUZZJONI REĊIPROKA 
TA’ SENTENZI TA’ TRIBUNALI INGLIŻI -
BERMUDA
23 ta’ Ottubru, 1925
Il-PROKLAMA XIII ta’ l-1925.
Titolu. 
Reċiproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi - Bermuda.
Estensjoni ta’ 
applikabbiltà.
Kap. 52.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka
ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi għandhom japplikaw u jestendu
għal Bermuda bis-saħħa tal-Proklama riprodotta fl-Iskeda ta’ dan l-
Ordni.
SKEDA*
(Artikolu 2)
BILLI bl-artikolu 5(2) ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka ta’
Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi hemm maħsub illi meta l-Gvernatur
fil-Kunsill ikun sodisfatt li jkunu saru disposizzjonijiet reċiproċi
għall-esekuzzjoni ta’ sentenzi mogħtija mill-Qrati Superjuri ta’
Malta u d-Dipendenzi tagħha mill-Parlament ta’ kull parti tad-
Dominji tal-Maestà  Tiegħu barra r-Renju Unit, il-Gvernatur jista’,
bi Proklama, jestendi l-applikazzjoni ta’ l-Att imsemmi għal
sentenzi mogħtija minn Qorti Superjuri f’dik il-parti;
U BILLI jiena soddisfatt illi bis-saħħa tal-Judgements Extension
Act, 1923 (Bermuda Act No. 9 of 1923) u ta’ Ordni fil-Kunsill
magħmul mill-Gvernatur ta’ Bermuda fil-ħmistax ta’ April, 1925,
il-Parlament ta’ Bermuda jew Somers Islands għamel
disposizzjonijiet reċiproċi kif jingħad hawn fuq:
ISSA, GĦALHEKK, JIENA, WILLIAM CHARLES FLEMING
ROBERTSON, b’din niddikjara u nxandar illi l-imsemmi Att dwar
l-Esekuzzjoni Reċiproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi għandu
jgħodd u jestendi għas-sentenzi mogħtija mill-Qrati Superjuri ta’
Bermuda.
*Il-Proklama hija riprodotta fil-forma oriġinali tagħha. Permezz ta’ l-emendi,
magħmulin lill-liġi prinċipali, bl-Att LVIII ta’ l-1974, is-setgħa li jestendi l-
applikabbiltà  ta’ l-Ordinanza barra minn Malta ġiet vestita fil-President ta’ Malta.
