ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ SENTENZI TA’ 
TRIBUNALI INGLIŻI - WESTERN AUSTRALIA ġ L.S.52.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 52.04
ORDNI DWAR L-ESEKUZZJONI REĊIPROKA 
TA’ SENTENZI TA’ TRIBUNALI INGLIŻI -
WESTERN AUSTRALIA
23 ta’ April, 1926
Il-PROKLAMA III ta’ l-1926.
Titolu. 
Reċiproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi - Western Australia.
Estensjoni ta’ 
applikabbiltà.
Kap. 52.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka
ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi għandhom japplikaw u jestendu
għal Western Australia bis-saħħa tal-Proklama riprodotta fl-Iskeda
ta’ dan l-Ordni.
SKEDA*
(Artikolu 2)
BILLI hemm maħsub, bl-artikolu 12 ta’ l-Ordinanza dwar l-
Esekuzzjoni ta’ Digrieti ta’ Manteniment, illi meta l-Gvernatur fil-
Kunsill ikun sodisfatt li ġew magħmula minn korp leġislativ ta’ xi
parti mid-Dominji tal-Maestà  Tiegħu r-Re barra dawn il-Gżejjer
disposizzjonijiet reċiproċi għall-esekuzzjoni f’dik il-parti ta’
digrieti ta’ manteniment mogħtijin mill-Qorti ta’ dawn il-Gżejjer,
il-Gvernatur jista’ bi Proklama japplika din l-Ordinanza għal dik il-
parti, u b’daqshekk hija ssir parti mid-Dominiji tal-Maestà  Tiegħu
r-Re li għaliha tgħodd din l-Ordinanza;
U BILLI bl-artikolu 5(2) ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka
ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi hemm maħsub illi meta l-
Gvernatur ikun sodisfatt li disposizzjonijiet reċiproċi jkunu ġew
magħmula mil-Parlament ta’ xi parti tad-Dominji tal-Maestà
Tiegħu barra r-Renju Unit għall-esekuzzjoni f’dik il-parti ta’
sentenzi mogħtija fil-Gżejjer ta’ Malta u d-Dipendenzi tagħha, l-
Gvernatur jista’, bi Proklama, jiddikjara li l-Att imsemmi għandu
jestendi għal sentenzi mogħtija minn Qorti Superjuri f’dik il-parti
tad-Dominji tal-Maestà  Tiegħu bl-istess mod kif jestendi għal
sentenzi mogħtija minn Qorti Superjuri fir-Renju Unit, u illi bi
Proklama l-Att jiġi estiż f’dan is-sens;
U BILLI jiena soddisfatt illi bis-saħħa ta’ Ordni fil-Kunsill
magħmul f’Perth fis-6 ta’ Jannar, 1926, mill-Eċċellenza Tiegħu l-
Gvernatur ta’ l-Istat ta’ Western Australia, ġew magħmula
disposizzjonijiet reċiproċi għall-esekuzzjoni fl-Istat ta’ Western
Australia ta’ digrieti ta’ manteniment mogħtija mill-Qrati ta’ dawn
il-Gżejjer; u, ukoll, li b’Ordni fil-Kunsill magħmul f’Perth fit-28
*Il-Proklama hija riprodotta fil-forma oriġinali tagħha. Permezz ta’ l-emendi,
magħmulin lill-liġi prinċipali, bl-Att LVIII ta’ l-1974, is-setgħa li jestendi l-
applikabbiltà  ta’ l-Ordinanza barra minn Malta ġiet vestita fil-President ta’ Malta.
2 L.S.52.04 ħ
ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ SENTENZI TA’ 
TRIBUNALI INGLIŻI - WESTERN AUSTRALIA
ta’ Jannar, 1925, mill-Eċċellenza Tiegħu l-Gvernatur ta’ l-Istat ta’
Western Australia, ġie dikjarat li d-disposizzjonijiet tar-Reciprocal
Enforcement of Judgements Act, 1921 għandhom jestendu għal
Malta:
ISSA, GĦALHEKK, JIENA, SIR WALTER NORRIS
CONGREVE, b’din nxandar illi l-imsemmija Ordinanza dwar l-
Esekuzzjoni ta’ Digrieti ta’ Manteniment u l-imsemmi Att dwar l-
Esekuzzjoni Reċiproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi għandhom
jgħoddu u jestendu għal digrieti ta’ manteniment mogħtija mill-
Qrati, u  għas-sentenzi mogħtija mill-Qrati Superjuri, ta’ l-Istat ta’
Western Australia.
