ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ SENTENZI TA’ 
TRIBUNALI INGLIŻI - VICTORIA ġ L.S.52.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 52.05
ORDNI DWAR L-ESEKUZZJONI REĊIPROKA 
TA’ SENTENZI TA’ TRIBUNALI INGLIŻI -
VICTORIA
16 ta’ Frar, 1927
Il-PROKLAMA II ta’ l-1927.
Titolu. 
Reċiproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi - Victoria.
Estensjoni ta’ 
applikabbiltà.
Kap. 52.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka
ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi għandhom japplikaw u jestendu
għal Victoria bis-saħħa tal-Proklama riprodotta fl-Iskeda ta’ dan l-
Ordni.
SKEDA*
(Artikolu 2)
BILLI bl-artikolu 5(2) ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka ta’
Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi hemm maħsub illi meta l-Gvernatur
fil-Kunsill ikun sodisfatt li disposizzjonijiet reċiproċi jkunu ġew
magħmula mil-Parlament ta’ xi parti tad-Dominji tal-Maestà
Tiegħu barra r-Renju Unit għall-esekuzzjoni f’dik il-parti tad-
Dominji tal-Maestà  Tiegħu ta’ sentenzi mogħtija fil-Gżejjer ta’
Malta u d-Dipendenzi tagħha, l-Gvernatur jista’, bi Proklama,
jiddikjara li l-Att imsemmi għandu jestendi għal sentenzi mogħtija
minn Qorti Superjuri f’dik il-parti tad-Dominji tal-Maestà  Tiegħu
bl-istess mod kif jestendi għal sentenzi mogħtija minn Qorti
Superjuri fir-Renju Unit, u illi meta ssir xi Proklama bħal din l-
imsemmin Att jiġi estiż f’dan is-sens;
U BILLI jiena soddisfatt illi l-Parlament ta’ l-Istat ta’ Victoria u
d-Dipendenzi tagħha fil-Commonwealth ta’ l-Australja bis-saħħa
tal-Judgements (Reciprocity) Acts, 1925 (Act No. 3395 tal-21 ta’
Settembru, 1925) għamel disposizzjonijiet reċiproċi kif jingħad
hawn fuq;
U BILLI bi Proklama magħmul f’Melbourne fit-8 ta’ Novembru,
1926, l-Eċċellenza tiegħu l-Gvernatur ta’ l-Istat ta’ Victoria u d-
Dipendenzi tagħha fil-Commonwealth ta’ l-Awstralja, taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi Judgements (Reciprocity) Act,
1925, iddikjara Malta u d-Dipendenzi tagħha bħala Stat li
jirreċiproka għall-għanijiet tal-Judgements (Reciprocity) Acts, u
ddikjara li l-Atti msemmija għandhom jestendu u japplikaw għal
kull parti ta’ Malta u d-Dipendenzi tagħha:
*Il-Proklama hija riprodotta fil-forma oriġinali tagħha. Permezz ta’ l-emendi,
magħmulin lill-liġi prinċipali, bl-Att LVIII ta’ l-1974, is-setgħa li jestendi l-
applikabbiltà  ta’ l-Ordinanza barra minn Malta ġiet vestita fil-President ta’ Malta.
2 L.S.52.05 ħ
ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ SENTENZI TA’ 
TRIBUNALI INGLIŻI - VICTORIA
ISSA, GĦALHEKK, JIENA, SIR WALTER NORRIS
CONGREVE, b’din nxandar illi l-imsemmi Att dwar l-Esekuzzjoni
Reċiproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi għandu jgħodd u
jestendi għal sentenzi mogħtija mill-Qrati Superjuri ta’ l-Istat ta’
Victoria u d-Dipendenzi tagħha, fil-Commonwealth ta’ l-Awstralja.
