ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ SENTENZI TA’ 
TRIBUNALI INGLIŻI - RENJU UNIT ġ L.S.52.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 52.06
ORDNI DWAR L-ESEKUZZJONI REĊIPROKA 
TA’ SENTENZI TA’ TRIBUNALI INGLIŻI -
RENJU UNIT
14 ta’ April, 1931
Il-PROKLAMA XII ta’ l-1931.
Titolu. 
Reċiproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi - Renju Unit.
Estensjoni ta’ 
applikabbiltà.
Kap. 52.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka
ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi għandhom japplikaw u jestendu
għar-Renju Unit bis-saħħa tal-Proklama riprodotta fl-Iskeda ta’ dan
l-Ordni.
SKEDA*
(Artikolu 2)
BILLI bl-artikolu 5(2) ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka ta’
Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi hemm maħsub illi d-disposizzjonijiet
ta’ dak l-Att għandhom, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-
applikabbiltà  tiegħu għal sentenzi mogħtija minn Qorti tar-Renju
Unit, jiġu fis-seħħ f’dik il-ġurnata li jiġi pubblikat, permezz ta’
Proklama fil-Gazzetta tal-Gvern, l-Ordni tal-Maestà  Tiegħu fil-
Kunsill li jagħti reċiproċità  għall-esekuzzjoni fir-Renju Unit ta’
sentenzi mogħtija f’dawn il-Gżejjer;
U BILLI, fis-27 ta’ Novembru, 1930, ħareġ Ordni tal-Maestà
Tiegħu fil-Kunsill li jestendi t-Taqsima II ta’ l-Administration of
Justice Act, 1920, għal Malta;
ISSA, GĦALHEKK, JIENA, HARRY CHARLES LUKE, qed
nordna li l-imsemmi Ordni fil-Kunsill jiġi pubblikat bħala Skeda
ma’ din il-Proklama għall-iskopijiet ta’ l-artikolu 5(1) ta’ l-Att
dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi.
L-ISKEDA
FIL-QORTI TAL-PALAZZ TA’ BUCKINGHAM
Is-27 ta’ Novembru, 1930
Presenti,
Il-Wisq Eċċellenti Maestà  Tiegħu ir-Re fil-Kunsill
*Il-Proklama hija riprodotta fil-forma oriġinali tagħha. Permezz ta’ l-emendi,
magħmulin lill-liġi prinċipali, bl-Att LVIII ta’ l-1974, is-setgħa li jestendi l-
applikabbiltà  ta’ l-Ordinanza barra minn Malta ġiet vestita fil-President ta’ Malta.
2 L.S.52.06 ħ
ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ SENTENZI TA’ 
TRIBUNALI INGLIŻI - RENJU UNIT
BILLI bit-Taqsima II ta’ l-Administration of Justice Act, 1920,
hemm maħsub għall-esekuzzjoni reċiproka ta’ sentenzi fir-Renju
Unit u f’partijiet oħra tad-Dominji tal-Maestà  Tiegħu;
U BILLI bl-istess Att, hemm provdut, fost affarjiet oħra, illi
meta l-Maestà  Tiegħu jkun sodisfatt li disposizzjonijiet reċiproċi
jkunu ġew magħmula minn korp leġistativ ta’ xi parti tad-Dominji
tal-Maestà  Tiegħu barra r-Renju Unit għall-esekuzzjoni, f’dik il-
parti tad-Dominji Tiegħu, ta’ sentenzi mogħtija mill-High Court ta’
l-Ingilterra, il-Court of Session ta’ l-Iskozja u l-High Court ta’ l-
Irlanda, il-Maestà  Tiegħu jista’, b’Ordni fil-Kunsill, jiddikara li t-
taqsima msemmija ta’ dak l-Att għandha testendi għal dik il-parti
tad-Dominji Tiegħu, u li meta jsir ordni bħal dik it-taqsima
msemmija ta’ dak l-Att għandha tkun hekk estiża;
U BILLI fis-6 ta’ Diċembru, 1922, ġie mwaqqaf l-Irish Free
State taħt id-disposizzjonijiet ta’ Att tal-Parlament li t-titolu fil-
qosor tiegħu huwa Irish Free State Constitution Act, 1922 (Session
2);
U BILLI l-Maestà  Tiegħu huwa soddisfatt illi l-Parlament ta’ dik
il-parti tad-Dominji tal-Maestà  Tiegħu barra r-Renju Unit
imsemmija hawn aktar ’l quddiem għamel disposizzjonijiet
reċiproċi għall-esekuzzjoni, f’dik il-parti, ta’ sentenzi mogħtija
mill-High Court ta’ l-Ingilterra, il-Court of Session ta’ l-Iskozja u
l-High Court ta’ l-Irlanda;
ISSA, GĦALHEKK, il-Maestà  Tiegħu, permezz u bis-saħħa tas-
setgħat mogħtija lill-Maestà  Tiegħu bl-Att fuq imsemmi, għandu
pjaċir jordna, bil-parir tal-Privy Council Tiegħu, kif ġej:
1. It-Taqsima II ta’ l-Administration of Justice Act, 1920,
għandha testendi għal Malta.
2. Xejn f’dan l-Ordni ma għandu jippreġudika ir-
reġistrazzjoni jew esekuzzjoni fl-Irish Free State ta’ xi sentenza
mogħtija skond it-Taqsima II ta’ l-Att imsemmi.
U l-Onorevolissimu Lord Passfield, wieħed mis-Segretarji
Prinċipali ta’ l-Istat tal-Maestà  Tiegħu, għandu jagħti d-direttivi
meħtieġa hawnhekk imsemmija.
