ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ SENTENZI TA’ TRIBUNALI 
INGLIŻI - TASMANIA U D-DIPENDENZI TAGĦHA) ġ L.S.52.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 52.07
ORDNI DWAR L-ESEKUZZJONI REĊIPROKA 
TA’ SENTENZI TA’ TRIBUNALI INGLIŻI -
TASMANIA U D-DIPENDENZI TAGĦHA
30 ta’ Jannar, 1959
Il-PROKLAMA I ta’ l-1959.
Titolu. 
Reċiproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi - Tasmania u d-
Dipendenzi tagħha.
Estensjoni ta’ 
applikabbiltà.
Kap. 52.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka
ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi għandhom japplikaw u jestendu
għal Tasmania u d-Dipendenzi tagħha bis-saħħa tal-Proklama
riprodotta fl-Iskeda ta’ dan l-Ordni.
SKEDA*
(Artikolu 2)
BILLI bl-artikolu 5(2) ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka ta’
Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi hemm maħsub illi l-Gvernatur jista’,
bi Proklama, jestendi l-applikazzjoni ta’ l-Att imsemmi għal kull
parti tad-Dominji tal-Maestà  Tagħha, barra r-Renju Unit, li l-
Parlament tagħhom ikun għamel disposizzjonijiet għall-
esekuzzjoni ta’ sentenzi mogħtija mill-Qrati Superjuri ta’ Malta, u
illi meta ssir xi Proklama l-Att jiġi estiż f’dan is-sens;
U BILLI jiena soddisfatt illi bis-saħħa ta’ l-Ordni fil-Kunsill tal-
31 ta’ Marzu, 1958, l-Istat ta’ Tasmania u d-Dipendenzi tagħha fil-
Commonwealth ta’ l-Awstralja għamel disposizzjonijiet reċiproċi
kif jingħad hawn fuq:
ISSA, GĦALHEKK, JIENA, ROBERT EDWARD LAYCOCK,
Kavalier Kmandant tal-Wisq Magħruf Ordni ta’ San Mikiel u San
Ġorġ, Kumpann tal-Wisq Onorevoli Ordni tal-Banju, Kumpann ta’
l-Ordni tas-Servizz Distint, Gvernatur u Kap Kmandant tal-Gżira
ta’ Malta u d-Dipendenzi tagħha, b’din niddikjara u nxandar illi
mid-data ta’ hawnhekk l-istess Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka
ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi għandu jgħodd u jestendi għas-
sentenzi mogħtija mill-Qrati ta’ l-Istat ta’ Tasmania u d-Dipendenzi
tagħha fil-Commonwealth ta’ l-Awstralja.
*Il-Proklama hija riprodotta fil-forma oriġinali tagħha. Permezz ta’ l-emendi,
magħmulin lill-liġi prinċipali, bl-Att LVIII ta’ l-1974, is-setgħa li jestendi l-
applikabbiltà  ta’ l-Ordinanza barra minn Malta ġiet vestita fil-President ta’ Malta.
