FUNZJONIJIET U D-DMIRIJIET TAL-KORP 
NUTARILI U L-KUNSILL NUTARILI ġ L.S.55.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 55.01
REGOLAMENTI DWAR IL-FUNZJONIJIET 
U D-DMIRIJIET TAL-KORP NUTARILI 
U L-KUNSILL NUTARILI
16 ta’ Marzu, 1928
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 64 ta’ l-1928, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 67 ta’ l-1937 u bl-Att XIII ta’ l-1983.
Titolu.
Funzjonijiet u d-Dmirijiet tal-Korp Nutarili u l-Kunsill Nutarili.
Il-Korp Nutarili
Għamla tal-Korp.
qiegħdin jeżerċitaw il-professjoni tagħhom f’Malta u Għawdex.
Nutara li jkunu ġew sospiżi, inkapaċitati jew
temporanjament interdetti mill-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom
jkomplu jagħmlu parti mill-korp iżda ma jattendux laqgħat sakemm
tissokta dik is-sospensjoni, l-inkapaċità  jew l-interdizzjoni.
Laqgħat.
jissejħu permezz ta’ avviż ppublikat mill-President tal-Kunsill tan-
Nutara fl-intrata tal-Kunsill, u mibgħut lil kull nutar b’indikazzjoni
ta’ l-aġenda, għall-anqas għaxart ijiem minn qabel, minbarra
f’każijiet ta’ urġenza.
Ebda suġġett ma jiġi diskuss f’xi laqgħa jekk ma jkunx ġie
indikat fl-avviż li jsejjaħ dik il-laqgħa.
Meta tiġi msejħa laqgħa urġenti, l-membri preżenti
għandhom japprovaw l-urġenza tal-laqgħa qabel ma jgħaddu għall-
aġenda; l-avviż għal laqgħat bħal dawn għandu jingħata għall-inqas
erba’ u għoxrin siegħa qabel.
Laqgħat ordinarji u 
straordinarji.
4. Il-laqgħa ordinarja tal-korp tinżamm darba fis-sena fix-
xahar ta’ Diċembru għan-nomina tal-membri tal-Kunsill tas-sena
ta’ wara.
Laqgħat straordinarji jissejħu kull meta l-Kunsill jidhirlu li
jkunu meħtieġa, jew jekk terz tan-nutara li jeżerċitaw l-professjoni
tagħhom u li jkunu jiffurmaw il-korp jistaqsu għal laqgħa bħal din,
jew jekk elezzjoni tkun meħtieġa bħala riżultat tal-mewt, riżenja
jew meta kunsillier ma jibqax membru.
President u 
segretarju.
5. L-uffiċċju ta’ President u ta’ Segretarju jkunu f’idejn il-
President u s-Segretarju tal-Kunsill Nutarili, rispettivament, jew,
fin-nuqqas, f’idejn dawk li jkunu qed jaġixxu ta’ hekk.
Validità  tal-
proċeduri.
6. Għall-validità  tal-proċeduri tkun meħtieġa il-preżenza ta’
għall-inqas terz tan-nutara li jappartjenu għall-korp; jekk terz tan-
nutara jonqsu milli jirrispondu għall-ewwel sejħa, għandha ssir
sejħa oħra u d-deliberazzjonijiet tal-korp, fit-tieni laqgħa msejħa,
jkunu validi, jkun x’ikun in-numru tal-membri preżenti.
Id-disposizzjonijiet tar-regolament 14 jkunu jgħoddu għall-
korp.
2 L.S.55.01 ħ
FUNZJONIJIET U D-DMIRIJIET TAL-KORP 
NUTARILI U L-KUNSILL NUTARILI
Il-Kunsill Nutarili
Għamla tal-kunsill. 7. Il-Kunsill Nutarili jkun magħmul minn disa’ membri li
jintgħażlu mill-Korp Nutarili, minn nutara li jkunu qiegħdin
jeżerċitaw il-professjoni tagħhom, li jiffurmaw l-istess korp.
Qraba b’konsangwinità  jew affinità  sat-tielet grad
inklusivament ma jistgħux ikunu membri tal-Kunsill Nutarili fl-
istess żmien, u fil-każ ta’ l-elezzjoni ta’ membri, kif imsemmi, fl-
istess żmien, u l-iżgħar nutar ma jitħalliex jieħu postu fil-Kunsill.
Elezzjoni u tibdil 
ta’ membri.
8. Il-membri tal-Kunsill iżommu l-kariga għal tliet snin u
jkunu eliġibbli biex ikunu jerġgħu jiġu eletti.
Terz mill-membri tal-Kunsill jinbidlu kull sena, skond it-
tul ta’ żmien li jkunu ilhom membri tal-Kunsill, u l-ewwel grupp
ta’ vakanzi jiġi determinat bix-xorti.
Ix-xorti għandhom ukoll jittellgħu fil-każ ta’ kunsillieri li
jkunu ilhom l-istess żmien.
In-nutar li jissostitwixxi kunsillier li, minħabba mewt jew
raġuni oħra, ikun waqaf milli jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu, għandu
jibqa’ f’dik il-kariga għal dak il-perijodu biss li għalih kien jibqa il-
kunsillier li ġie sostitwit minnu.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ iktar minn sostituzzjoni waħda,
dak li jkun ġieb l-akbar numru ta’ voti, u, f’każ ta’ voti ndaqs, l-
aktar wieħed anzjan fl-eżerċizzju tal-professjoni, għandu
jissostitwixxi il-kunsillier li jkun dam l-iżjed fil-kariga.
L-elezzjoni tal-
membri għandha 
ssir b’listi ta’ voti 
sigrieti.
9. L-elezzjoni tal-membri tal-Kunsill għandha ssir permezz
ta’ listi ta’ voti sigrieti.
Dawk li jġibu maġġoranza assoluta fl-ewwel votazzjoni
jitqiesu li ġew eletti.
Jekk ikun hemm min ma jġibx dik il-maġġoranza, jew jekk
in-numru ta’ membri eletti jkun anqas min-numru li għalih tkun
saret l-elezzjoni, ssir votazzjoni oħra waqt l-istess laqgħa u dawk
il-membri li jġibu l-ogħla numru ta’ voti jitqiesu li jkunu ġew
eletti.
Jekk ikun hemm voti ndaqs, tingħata preferenza lill-
membru l-aktar anzjan fl-eżerċizzju tal-professjoni, u f’każ ta’ l-
istess anzjanità , l-preferenza tingħata lill-ixjeħ membru.
Elezzjoni ta’ 
president, 
segretarju u 
teżorier.
10. Il-Kunsill Nutarili għandu jeleġġi mill-korp tiegħu stess il-
President, is-Segretarju u t-Teżorier, skond ir-regoli mfissra fir-
regolament ta’ qabel dan.
Huma għandhom jibqgħu fil-kariga għal perijodu ta’ tliet
snin u jistgħu jergħu jiġu eletti f’dawk il-karigi jekk ikunu
għadhom fil-Kunsill.
Preferibbilment is-Segretarju jkun magħżul minn fost
nutara li joqgħodu il-Belt Valletta; u jekk ikun hemm voti ndaqs
tingħata preferenza lill-ixjeħ għall-kariga ta’ President u lill-iżgħar
għall-kariga ta’ Segretarju.
Fl-assenza tal-President u tas-Segretarju, jaġixxu flokhom
l-ixjeħ u l-iżgħar membru tal-Kunsill, rispettivament.
FUNZJONIJIET U D-DMIRIJIET TAL-KORP 
NUTARILI U L-KUNSILL NUTARILI ġ L.S.55.01 3
Funzjonijiet tal-
president u 
segretarju.
11. Il-President ilaqqa’ l-Kunsill, ikun r-rappreżentant tiegħu,
jippresjedi l-laqgħat, jirregola l-proċeduri tiegħu, u jikkorrispondi
ma’ l-awtoritajiet wara li jieħu l-parir tal-Kunsill fuq ħwejjeġ ta’
kompetenza tiegħu.
Is-Segretarju jieħu ħsieb ta’ l-uffiċċju tal-Kunsill u jkun
responsabbli għalih; għandu jlesti l-minuti tal-laqgħat, iżomm d-
dokumenti li jirreferu għal dawk il-minuti, u, bl-awtorità  tal-
President, jagħti kopji tad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Korp
Nutarili.
Il-minuti tal-proceduri jiġu ffirmati mill-President u mis-
Segretarju.
Id-deliberazzjonijiet tal-Kunsill u tal-korp jiġu ffirmati
mis-Segretarju flimkien mal-President.
Kull deliberazzjoni li għandha x’taqsam ma’ passi
dixxiplinari tiġi ffirmata mill-membri kollha preżenti.
Kull persuna tista’, billi tħallas id-dritt stabbilit fit-tariffa
tan-nutara, tiġbor kopji tad-deliberazzjonijiet, minbarra
deliberazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ persuni, li kopji ta’
dawn id-deliberazzjonijiet jistgħu biss jinġabru mill-persuni li
għalihom jirreferu.
Id-drittijiet dovuti 
jinġabru mit-
teżorier.
12. It-Teżorier tal-Kunsill għandu jiġbor id-drittijiet li
għandhom jitħallsu lill-Korp Nutarili u lill-Kunsill Nutarili,
mingħand kull min ikunu dovuti, jkun responsabbli għall-flejjes li
jappartjenu għall-korp, u għandu jħallas għall-mandati maħruġa
mill-President u kontroffirmati mis-Segretarju.
Validità  ta’ 
deliberazzjonijiet.
13. Għall-validità  tad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ikun
meħtieġ l-intervent tal-maġġoranza tal-membri tiegħu.
Deliberazzjonijiet 
jittieħdu 
b’maġġoranza tal-
membri preżenti.
14. Id-deliberazzjonijiet jittieħdu b’maġġoranza tal-membri
preżenti, u fejn ikun hemm voti ndaqs, il-President ikollu vot
deċisiv.
Il-votazzjoni ssir fil-miftuħ; iżda fi ħwejjeġ li għandhom
x’jaqsmu ma’ persuni il-votazzjoni ssir b’vot sigriet, u fil-każ ta’
voti ndaqs, id-deliberazzjoni titqies favur il-persuna li għandha
x’taqsam magħha.
Nuqqas ta’ 
attendenza għal 
tliet laqgħat 
konsekuttivi.
15. Membri li jonqsu milli jattendu tliet laqgħat konsekuttivi,
mingħajr ma juru lill-Kunsill impediment leġittimu fi żmien xahar
minn avviż mibgħut lilhom mill-President, jew mingħand il-
membru li jkun qiegħed jagħmilha ta’ President, tad-dekiberazzjoni
li tistabbilixxi l-assenza tagħhom, jiġu dikjarati li waqfu milli
jkunu membri tal-Kunsill, u f’każ li l-Kunsill ma jkunx jista’
jagħmel id-deliberazzjoni minħabba f’nuqqas ta’ quorum, id-
dikjarazzjoni tkun magħmula mill-Korp Nutarili mlaqqa’ mill-
membri, li jkun hemm, tal-Kunsill.
Dmirijiet oħra tal-
kunsill.
16. B’żieda mad-dmirijiet mposti bil-liġi, il-Kunsill -
(a) għandu jara li jinżamm id-dekor fl-eżerċizzju tal-
professjoni u fil-kondotta professjonali tan-nutara, u r-
reqqa fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom;
(b) għandu jissorvelja fuq il-kondotta ta’ nutara prattikanti
u fuq il-mod ta’ kif jaqdu d-dmirijiet tagħhom, u
4 L.S.55.01 ħ
FUNZJONIJIET U D-DMIRIJIET TAL-KORP 
NUTARILI U L-KUNSILL NUTARILI
joħroġ iċ-ċertifikat relativi;
(ċ) għandu, fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti, jagħti
l-opinjoni tiegħu dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu
mal-professioni nutarili;
(d) għandu jifforma u jiċċertifika kull sena r-rwol ta’
nutara li jeżerċitaw l-professjoni u nutara prattikanti;
(e) għandu jintervjeni, meta jkun mitlub, biex jirranġa
tilwim bejn nutara, jew bejn nutara u terzi persuni, li
jkollu x’jaqsam mar-radd lura ta’ karti jew dokumenti,
kwistjonijiet dwar spejjeż jew onorarju, jew xi ħaġa
oħra li għandha x’taqsam ma’ l-eżerċizzju tal-
professjoni nutarili.
Il-professjoni nutarili
Passi dixxiplinari. 17. Il-passi dixxiplinari li jittieħdu mill-Kunsill Nutarili
għandhom jiġu mibgħuta b’ordni tal-President lill-Ministru
responsabbli għall-Ġustizzja.
Uffiċċju tal-
Kunsill Nutarili.
Emendat:
XIII. 1983.5.
18. Fl-uffiċċju tal-Kunsill Nutarili għandhom jinżammu -
(a) reġistru tal-korrispondenza li tiġi riċevuta jew
mibgħuta mill-Kunsill, u li fih jiġu mniżżla kull jum l-
applikazzjonijiet li jkunu ġew riċevuti;
(b) reġistru tal-laqgħat u deċiżjonijiet meħuda mill-korp;
(ċ) reġistru tal-laqgħat u deċiżjonijiet meħuda mill-
Kunsill Nutarili;
dawn l-aħħar żewġ reġistri ta’ għandu jkollhom rjassunt tal-
proċeduri;
(d) reġistru ta’ nutara prattikanti;
(e) reġistru tal-firem tan-nutara;
(f) lista tan-nutara li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom;
(g) lista tan-nutara mejta u tan-nutara li waqfu milli
jeżerċitaw il-professjoni tagħhom, bl-indikazzjoni
relativa tan-nutara li ġew maħtura bħala konservaturi
ta’ l-atti u r-reġistri tagħhom;
ir-reġistri kollha fuq imsemmija jinżammu mis-Segretarju li, f’każ
ta’ nuqqas, jista’ jeħel ammenda ta’ mhux aktar minn ħamsin
ċenteżmu;
(h) ktieb counter-foil għall-flejjes li għandhom jinġabru
mingħand kull min jkunu dovuti;
(i) ktieb tal-kontijiet għall-flejjes riċevuti u mħallsa;
(j) reġistru ta’ ordnijiet fuq ħlas;
dawn l-aħħar tliet reġistri jinżammu mit-Teżorier li, f’każ ta’
nuqqas, jista’ jeħel ammenda ta’ mhux aktar minn ħamsin
ċenteżmu;
Drittijiet.
Sostitwit:
N.G. 67 ta’ l-1937.
Emendat:
XIII. 1983.5.
19. Biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż, dritt ta’ ħamsin
ċenteżmu fis-sena, li jitħallas bil-quddiem, jiġi mpost fuq kull nutar
li jeżerċita fil-fatt il-professjoni tiegħu.
FUNZJONIJIET U D-DMIRIJIET TAL-KORP 
NUTARILI U L-KUNSILL NUTARILI ġ L.S.55.01 5
Tibdiliet fl-għamla 
tal-kunsill 
għandhom ikunu 
rapportati.
20. Kull bidla fl-għamla tal-Kunsill Nutarili jew fil-lista ta’
nutara għandha tiġi rapportata mill-President tal-Kunsill Nutarili
lill-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja, mingħajr dewmien.
Konflitt ta’ 
interessi.
21. Ebda membru tal-Kunsill jew tal-Korp Nutarili ma għandu
jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet jew ikun preżenti waqt id-
diskussjonijiet, meta l-ħaġa li tkun qed tiġi ttrattata tirrigwarda lilu
personalment jew il-qraba tiegħu b’konsagwinità  jew affinità
f’linja diretta ta’ kwalunkwe grad jew f’linja kollaterali sat-tielet
grad, inklużivament.
