REĠISTRU DUPLIKAT TA’ ATTI NUTARILI ġL.S.55.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 55.02
REGOLAMENTI DWAR IR-REĠISTRU DUPLIKAT 
TA’ ATTI NUTARILI
1 ta’ Marzu, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 86 ta’ l-2004.
Titolu.
Reġistru Duplikat ta’ Atti Nutarili.
Azzjoni mill-għadu 
jew kontra l-għadu.
2. Meta, minħabba f’xi azzjoni mill-għadu jew kontra l-għadu
jew minħabba xi raguni oħra tkun li tkun, xi Atti Nutarili oriġinali,
jew xi reġistri ta’ atti konservati fl-Arkivji Nutarili stabbiliti
f’Malta jew f’Għawdex, ikunu ġew mitlufa, meqruda jew imħassra
b’tali mod li jkun imprattikabbli jew impossibbli li ssir riferenza
faċli għalihom, għandu jkollhom seħħ dawn id-disposizzjonijiet li
ġejjin.
Kustodju ta’ l-
Arkivji Nutarili.
3. (1) Ikun dmir il-Konservatur ta’ l-Arkivji Nutarili f’Malta
jew f’Għawdex, skond il-każ, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ
"il-Konservatur ta’ l-Arkivji Nutarili", li jipprepara reġistru
duplikat ta’ l-atti oriġinali kollha mqiegħda fl-Arkivji ta’ Malta jew
ta’ Għawdex, mitlufa, meqruda jew imħassra kif hawn qabel
imsemmi, u reġistru ġdid ta’ dawk l-atti oriġinali kollha meta r-
reġistru oriġinali jkun ġie hekk mitluf, meqrud jew imħassar.
Kap. 55.
(2) (i) Ir-reġistru duplikat imsemmi fis-subregolament (1)
għandu jiġi kkompilat b’riferenza għar-reġistru ppreparat min-
Nutar skond l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili
jew, skond il-każ, skond il-liġi jew prattika li kienet isseħħ minn
żmien għal żmien qabel l-għemil ta’ dak l-Att.
(ii) Ir-reġistru ġdid imsemmi fis-subregolament (1) għandu
jiġi kompilat b’riferenza għall-atti oriġinali.
(iii) Meta kemm l-atti oriġinali kemm ir-reġistri oriġinali
jkunu mitlufa, meqruda jew imħassra kif hawn qabel imsemmi, ir-
reġistru duplikat u r-reġistru l-ġdid għandhom jiġu kkompilati
b’riferenza għal kull kopja jew kopji ta’ l-atti oriġinali, awtentikati
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att hawn qabel imsemmi jew tal-
ligi jew prattika preċedenti min-Nutar li jkun ħareġ dik il-kopja jew
dawk il-kopji, li jistgħu jkunu disponibbli fil-pussess ta’ xi
persuna, jew, jekk ma tinsabx xi kopja awtentikata bħal dik,
b’riferenza għal xi kopja jew kopji ukoll jekk dawn ma jkunux
awtentikati u, jekk ikun meħtieġ, b’riferenza għan-noti disponibbli:
Iżda f’kull każ bħal dak il-Konservatur ta’ l-Arkivji
Nutarili għandu jniżżel bil-miktub fuq isfel nett ta’ kull kopja ta’
att, minn fejn dik il-kopja tkun ittieħdet u kull dettal rilevanti li
jkollu x’jaqsam magħha:
Iżda wkoll meta jiġi kkompilat reġistru duplikat sħiħ minn
reġistru wieħed oriġinali, ikun biżżejjed għall-Konservatur ta’ l-
Arkivji Nutarili li jniżżel dikjarazzjoni bil-miktub fi tmiem kull
reġistru duplikat li dak ir-reġistru jkun ġie kollazzjonat mar-
reġistru oriġinali relattiv.
2 L.S.55.02ħ REĠISTRU DUPLIKAT TA’ ATTI NUTARILI
(3) Ir-reġistru duplikat hawn qabel imsemmi għandu jsir jew
permezz ta’ fotokopji jew bil-microfilming jew b’mezzi elettroniċi
jew b’kull mezz ieħor tali li jagħti kopja permaneneti ċara, tar-
reġistri, ta’ l-atti oriġinali jew tal-kopji msemmija fis-
subregolament (2)(i), (ii) u (iii) skond il-każ.
(4) Il-Konservatur ta’ l-Arkivji Nutarili jista’ jġiegħel li xi
volum wieħed jew aktar tar-reġistru oriġinali jew ta’ l-atti oriġinali,
għandhom jidħlu f’volum wieħed tar-reġistru duplikat jew tar-
reġistru l-ġdid jew li jissudividi volum tar-reġistru oriġinali jew ta’
l-atti oriġinali f’żewġ volumi jew aktar tar-reġistru duplikat jew
tar-reġistru l-ġdid, iżda f’ebda każ ma għandu xi volum tar-reġistru
duplikat jew tar-reġistru l-ġdid ikun fih aktar minn seba’ mija u
ħamsin paġna.
Persuni li jkollhom 
ir-reġistri 
għandhom.
4. (1) Kull Konservatur jew persuna li jkollha fil-pussess
tagħha reġistru jew kopja jew kopji awtentikati jew kopji oħra jew
noti li minnhom ir-reġistru duplikat jew, skond il-każ, ir-reġistru l-
ġdid ikun jista’ jiġi kompilat, għandhom, meta l-Konservatur ta’ l-
Arkivji Nutarili jkun hekk jeħtieġ, jagħtu l-faċilitajiet kollha
meħtieġa sabiex il-Konservatur ikun jista’ jipprepera dak ir-
reġistru duplikat jew ir-reġistru l-ġdid.
(2) Il-Konservatur ta’ l-Arkivji Nutarili għandu jkollu s-setgħa
li jitlob lil kull pussessur jew Konservatur tar-reġistri jew tal-kopji
jew tan-noti msemnija fis-subregolament (1) biex jagħtih pussess
temporanju ta’ kull reġistru jew dokument bħal dawk għall-
għanijiet tal-kompilazzjoni tar-reġistru duplikat u li jinżammu
dawk ir-reġistri jew dokumenti fl-Arkivji Nutarili għal dak iż-
żmien li jkun meħtieġ għall-kompilazzjoni tar-reġistru duplikat u
għall-kollazzjoni tiegħu sakemm il-Konservatur ta’ l-Arkivji
Nutarili joħroġ lil dak il-pussessur jew konservatur riċevuta ghal
kull reġistru jew dokument bħal dak, liema riċevuta għandha
tingħata lura lill-Konservatur ta’ l-Arkirvji Nutarili meta dak ir-
reġistru jew dawk id-dokumenti jingħataw lura lill-Konservatur jew
lill-pussessur tagħhom u dak ir-reġistru jew dawk id-dokumenti
għandhom jiġu konsenjati lill-Konservatur ta’ l-Arkivji Nutarili fi
stat tajjeb u hekk jiġu rritornati minnu.
(3) Sa dak iż-żmien li r-reġistri jew dokumenti hawn qabel
imsemmija jkunu fil-pussess tal-Konservatur ta’ l-Arkivji Nutarili,
huwa għandu jindukrahom kif meħtieġ fil-liġi prinċipali dwar atti
jew reġistri oriġinali depożitati fl-Arkivji.
(4) L-ispejjeż involuti għall-kompilazzjoni ta’ l-imsemmija
reġistri duplikati inkluża t-trasportazzjoni tar-reġistri jew
dokumenti msemmija fis-subregolament (1) u l-illegar ta’ dawk ir-
reġistri duplikati, għandu jkun piż fuq il-fond pubbliku; għal dal l-
għan għandu jsir provvediment għaldaqshekk fl-estimi taħt l-
Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern.
(5) Ebda rimunerazzjoni jew hħas ieħor ma jkunu dovuti lill-
pussessur jew konservatur tar-Reġistri jew dokumenti msemmija
fis-subregolament (1) għall-użu temporanju ta’ dawk ir-reġistri jew
dokumenti mill-Konservatur ta’ l-Arkivji Nutarili bil-għan li jiġu
kompilati r-reġistri duplikati.
REĠISTRU DUPLIKAT TA’ ATTI NUTARILI ġL.S.55.02 3
Awtentikazzjoni 
tar-Reġistri.
5. (1) Ir-Reġistru Duplikat jew ir-reġistri l-ġodda ppreparati
skond dawn ir-regolamenti għandhom jigu awtentikati mill-
Konservatur ta’ l-Arkivji Nutarili jew minn dak l-uffiċjal ieħor li
ma jkunx taħt il-grad ta’ Nutar tal-Gvern delegat minnu għal dak il-
għan, u dik il-persuna li tawtentika r-reġistri duplikati jew ir-
reġistri l-ġodda għandha tiżgura li dawn ikunu jikkonformaw mar-
reġistri oriġinali jew ma’ l-atti jew dokumenti oriġinali msemmija
fir-regolament 3(2)(i), (ii) u (iii).
(2) Dik l-awtentikazzjoni għandha ssir permezz ta’
dikjarazzjoni ffirmata fit-tmiem ta’ kull volum, f’liema
dikjarazzjoni għandha ssir riferenza dwar l-oriġini minn fejn ir-
reġistru duplikat jew ir-reġistru l-ġdid ikun ġie kompilat.
Meta xi ħadd 
jirrofta milli jimxi 
skond ir-
regolamenti.
Kap. 55.
6. Kull persuna li mingħajr raġuni xierqa u ġustifikata tirrofta
milli tħares id-disposizzjonijiet tar-regolament 4(1) u (2) teħel,
meta tinsab ħatja, ammenda ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira
(Lm500) li tingħata mill-Qorti ta’ Reviżjoni ta’ l-Atti Nutarili
stabbilita taħt l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili,
magħmula minn wieħed mill-Viżitaturi ta’ l-Atti Nutarili, u meta
tagħti dik il-multa dik il-Qorti tista’ tagħti dawk l-ordnijiet li jkunu
jidhrulha meħtieġa biex il-Konservatur ta’ l-Arkivji Nutarili jkun
jista’ jipprepara r-reġistru duplikat jew ir-reġistru l-ġdid u,
mingħajr preġudizzju għall-għemil ta’ xi ordni bħal dik, il-Qorti
tista’, fuq rikors li jsir mill-Konservatur ta’ l-Arkivji Nutarili,
tharrek lil xi persuna biex tikkonsenja lill-Konservatur ta’ l-Arkivji
Nutarili kull reġistru jew att jew kopja ta’ atti jew estratti
minnhom, u, jekk dik it-taħrika ma tiġix imħarsa, il-Qorti tista’
tordna l-qbid tar-reġistri jew ta’ l-atti jew ta’ kopji ta’ l-atti, jew
estratti minnhom, skond ma jkunu msemmija fit-taħrika:
Iżda f’kull każ bħal dak meta l-Qorti ta’ Reviżjoni ta’ l-Atti
Nutarili ma tkunx kompetenti fil-materja, l-istess setgħat
għandhom jiġu eżerċitati mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew mill-
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) li toqgħod bħala Qorti ta’
Ġudikatura Kriminali.
