NOTI DUPLIKATI TAR-REĠISTRU PUBBLIKU ġ L.S.56.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 56.02
REGOLAMENTI DWAR NOTI DUPLIKATI
TAR-REĠISTRU PUBBLIKU
2 ta’ Novembru, 1984
L-AVVIŻ LEGALI 50 ta’ l-1984, kif emendat bl-Avviż Legali 58 ta’ l-
1986.
Titolu.
Noti Duplikati tar-Reġistru Pubbliku.
Għemil ta’ noti 
duplikati.
2. (1) Id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku huwa obbligat li
jagħmel noti duplikati ta’ xi noti oriġinali għar-reġistrazzjoni ta’ xi
kawża ta’ preferenza fost il-kredituri, noti ta’ referenza jew noti ta’
insinwa li jkunu depożitati fir-Reġistru Pubbliku f’Malta jew fir-
Reġistru Pubbliku f’Għawdex, meta n-nota oriġinali tkun intilfet,
ġiet distrutta jew ġiet danneġġjata, u li jagħmel reġistru ġdid
minflok kull reġistru mitluf, distrutt jew danneġġjat.
(2) In-noti duplikati u r-reġistri ġodda għandhom isiru
b’riferenza għar-reġistru jew għan-nota oriġinali rispettivi, skond
il-każ, miżmuma fir-Reġistru Pubbliku jew b’riferenza għall-att
relattiv, u jiġi riprodott it-tagħrif rilevanti li jkun fihom fuq in-nota
duplikata jew fuq ir-reġistru ġdid skond il-każ.
(3) In-noti duplikati u r-reġistri ġodda jistgħu jsiru bil-proċess
tal-microfilming li għandu jsir fil-post tar-Reġistru Pubbliku
f’Malta u f’Għawdex u bis-superviżjoni tad-direttur ta’ dak ir-
reġistru.
Ċerti 
disposizzjonijiet 
japplikaw għal noti 
duplikati, eċċ.
Kap. 56.
Kap. 16.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku u
tal-Kodiċi Ċivili dwar il-formulazzjoni tan-noti msemmija f’dawn
ir-Regolamenti għandhom japplikaw għal noti duplikati u reġistri
ġodda magħmula skond dawn ir-Regolamenti.
Awtentikazzjoni 
ta’ noti.
Emendat:
A.L. 58 ta’ l-1986.
Kap. 56.
4. (1) In-noti duplikati jew ir-reġistri ġodda mħejjija skond
dawn ir-Regolamenti għandhom ikunu awtentikati mid-Direttur tar-
Reġistru Pubbliku jew minn assistent direttur jew uffiċjal indikat
fl-artikolu 3(2) ta’ l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku, u d-direttur jew
dak l-assistent direttur jew uffiċjal fuq imsemmi għandu jiżgura li
t-tagħrif li jkun jinsab fin-nota duplikata jew fir-reġistru ġdid, ikun
jaqbel mat-tagħrif li jkun jinsab jew li kellu jinsab fin-nota jew fir-
reġistru oriġinali.
(2) Id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku għandu jindika n-noti
duplikati jew reġistri ġodda li jkunu saru skond dawn ir-
Regolamenti u d-data tagħhom u minn fejn ikun inġab it-tagħrif
biex saru.
Noti ta’ tiġdid ta’ 
reġistrazzjonijiet u 
ipoteki legali.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti għandhom
japplikaw ukoll għan-noti duplikati u r-reġistri ġodda, ta’ noti ta’
tiġdid ta’ reġistrazzjonijiet u ta’ ipoteki legali. 
