KOMPUTERIZZAZZJONI, SPEZZJONI 
U RIĊERKI FIR-REĠISTRU PUBBLIKU ġ L.S.56.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 56.03
REGOLAMENTI DWAR 
KOMPUTERIZZAZZJONI, SPEZZJONI U RIĊERKI 
FIR-REĠISTRU PUBBLIKU
15 ta’ Jannar, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 261 ta’ l-2000, kif emendat bl-Avviżi Legali 62, 289 u
316 ta’ l-2001, u 6 ta’ l-2002.
Titolu.
Komputerizzazzjoni, Spezzjoni u Riċerki fir-Reġistru Pubbliku.
Tifsir.
jfissirx ħaġ’oħra -
Kap. 56.
pubbliku jew rappreżentant ta’ Dipartiment tal-Gvern, nominat
għall-għanijiet ta’ dawn ir-regolamenti;
"aġġornar" tfisser l-aġġornar ta’ riċerka uffiċjali maħruġa sa
disgħin ġurnata qabel l-għemil tat-talba għall-aġġornar tagħha;
"applikant" tfisser persuna li tapplika biex tispezzjona jew tikseb
tagħrif mill-iskrizzjoni;
Kap. 56.
"Direttur" tfisser id-Direttur relevanti maħtur bis-saħħa ta’ l-
artikolu 3 ta’ l-Att;
"Ftehim" tfisser il-Ftehim li jirrigwarda l-programm ta’
komputerizzazzjoni tar-Reġistru Pubbliku, iffirmat bejn il-Gvern
ta’ Malta u l-Kumpannija fit-12 ta’ Ottubru, 1999 u mqiegħed fuq
il-Mejda tal-Kamra fid-19 ta’ Ottubru, 1999;
"ġurnata stabbilita" tfisser il-15 ta’ Jannar, 2001;
"klijent regolari" tfisser il-persuna jew l-organizzazzjoni li
tiġġestixxi attività  regolari għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti u
li tingħata Kodiċi ta’ l-Applikant għall-iskop tat-Tieni Skeda li
tinsab ma’ dawn ir-regolamenti;
"komputerizzazzjoni" tfisser il-komputerizzazzjoni tar-records
kollha li jirrigwardaw iskrizzjonijiet u reġistrazzjonijiet
ippreżentati skond l-artikoli 12 u 14 ta’ l-Att inkluża wkoll il-
komputerizzazzjoni ta’ informazzjoni, indiċijiet, records,
produzzjoni ta’ dokumenti, elenki u kull tagħrif ieħor meħtieġ bl-
Att u tinkludi l-preservazzjoni u r-riproduzzjoni ta’ dawn l-istess
data fil-format tal-kompjuter jew b’kull mezz ieħor mekkaniku;
"kumpannija" tfisser il-kumpannija kkuntrattata mill-Gvern u
rikonoxxuta mid-Direttur bħala id-delegat tiegħu għall-programm
ta’ komputerizzazzjoni tar-Reġistru Pubbliku u l-kelma
"kumpannija" għandha tinkludi wkoll delegat tal-kumpannija
rikonoxxut mid-Direttur;
"records" tinkludi kull indiċi, nota, ktieb, elenku u reġistru, sew
jekk originali sew jekk le u kemm jekk miktub bl-idejn, ittajpjat,
qiegħed fuq microfilm jew riprodott b’kull mezz ieħor mekkaniku
2 L.S.56.03 ħ
KOMPUTERIZZAZZJONI, SPEZZJONI 
U RIĊERKI FIR-REĠISTRU PUBBLIKU
jew fil-format tal-kompjuter;
Kap. 55.
Kap. 12.
"riċerkatur" tfisser persuna li jkollha warrant li teżerċita l-
professjoni ta’ nutar skond l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-
Arkivji Nutarili, persuna li jkollha warrant ta’ avukat jew
prokuratur legali skond il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili, aġent, kif ukoll persuna li tkun qed tagħmel xi riċerka għal
finijiet kulturali, storiċi jew edukattivi approvati mid-Direttur;
"riċerka uffiċjali" tinkludi applikazzjoni għal, jew ċertifikat
maħruġ, skond dawn ir-regolamenti u skond l-artikoli 26 u 28 ta’ l-
Att, kif ukoll il-verifika ta’ kull riċerka oħra maħruġa qabel il-
ġurnata stabbilita;
"uffiċjal inkarigat" tfisser uffiċjal impjegat mill-kumpannija
għall-għanijiet ta’ dawn ir-regolamenti;
"verifika" tfisser il-kontroll u ċ-ċertifikazzjoni ta’ riċerki
maħruġa qabel il-ġurnata stabbilita u tinkludi l-kontroll u ċ-
ċertifikazzjoni ta’ noti ta’ riferenza għar-rigward ta’ noti ta’
preferenza partikolari li ma jagħmlux parti minn applikazzjoni għal
riċerka uffiċjali.
Proċess ta’ 
komputerizzaz-
zjoni.
3. (1) Il-Kumpannija għandha, f’isem id-Direttur, u taħt dawk
id-direttivi li d-Direttur jista’ jagħti, tikkonverti kull indiċi,
reġistru, nota u elenku li huma f’għamla manwali u li għandhom
jiġu kkumpilati skond l-Att, jew miżmuma mir-Reġistru Pubbliku
taħ xi liġi oħra, b’tali mod li d-database ta’ immaġni u indiċijiet,
mixtrija mill-Gvern skond il-Ftehim, għandu jiġi awmentat u
supplementat fuq bażi regolari.
(2) Kull reġistrazzjoni fl-għamla ta’ compact disc jew f’xi
format ieħor tal-kompjuter u, jew ir-riproduzzjoni minnhom, sew
bil-mezz ta’ l-istampar jew ta’ xi output ieħor tal-kompjuter jew
mekkaniku, għandu jitqies bħala record miżmum skond il-
provvedimenti ta’ l-Att.
(3) L-indiċijiet u l-elenki msemmija fl-Att kif ukoll il-kopji ta’
kull dokument jew record ippreżentat fir-Registru Pubbliku skond
l-Att jew li jiġi prodott bis-saħħa ta’ l-istess Att, jista’ jkun ġenerat
minn kompjuter.
Spezzjoni.
Emendat:
A.L. 289 ta’ l-
2001.
4. (1) Riċerkatur, li ma jkunx nutar pubbliku, avukat jew
prokuratur legali, li jkun jixtieq jispezzjona r-records, għandu
japplika għand id-Direttur skond ma hemm fl-Ewwel Skeda, u l-
applikant li jkollu t-talba tiegħu milqugħa, għandha tinħariġlu
tessera speċjali li tkun turi l-fatt li d-Direttur ikun aċċetta. Dik it-
tessera tkun valida għal sena kalendarja mid-data tal-ħruġ tagħha.
(2) Spezzjoni għandha tkun tinkludi d-dritt li jittieħdu noti,
bil-lapes bil-kalligrafija ta’ persuna nnifisha, jew li jintalbu
fotokopji tar-reġistri jew tan-noti, iżda id-Direttur jista’ jagħti
dawk l-ordnijiet li jistgħu jkunu meġtieġa biex jiżgura li ebda
spezzjoni ma tfixkel il-programm ta’ komputerizzazzjoni.
(3) Ir-riproduzzjoni ta’ records b’mezzi elettroniċi u, jew l-
għemil ta’ fotografiji tagħhom, huma projbiti.
(4) Ħadd ma jista’ jaħtar iktar min żewġ aġenti, iżda l-istess
KOMPUTERIZZAZZJONI, SPEZZJONI 
U RIĊERKI FIR-REĠISTRU PUBBLIKU ġ L.S.56.03 3
aġent jista’ jiġi maħtur minn persuni differenti.
(5) Id-Direttur jista’, b’avviż, jistabbilixxi l-ġranet meta u l-
ħinijiet li matulhom tista’ ssir dik l-ispezzjoni.
Applikazzjonijiet.
Emendat:
A.L. 289 ta’ l-
2001.
5. (1) Il-formoli ta’ applikazzjoni dwar riċerka uffiċjali ta’
trasferimenti u kull passiv, dwar testmenti pubbliċi, aġġornar, jew
il-verifika ta’ riċerki maħruġa qabel il-ġurnata stabbilita,
għandhom ikunu dawk speċifikati fit-Tieni Skeda, skond il-każ, u
dik l-applikazzjoni -
(a) għandha tkun ittajpjata b’mezzi mekkaniċi u, jew
elettroniċi;
(b) għandha tkun ħielsa minn diskolorazzjoni u tbajja’; u
(ċ) għandha tkun stampata f’format A4 u jkun fiha
indikazzjoni dwar jekk ikunx hemm xi dokumenti
annessi ma’ l-ewwel paġna.
(2) Meta jkun meħtieġ li xi kliem jitneħħew, jinbidlu jew
jiżdiedu qabel ma tiġi ppreżentata l-formola, min ikun qed
jippreżenta dik il-formola jista’ jagħmel dik it-tibdila jew żieda
permezz ta’ nota fi tmiem il-formola; f’kull każ bħal dak dik il-
persuna għandha tħassar il-kliem li tixtieq tneħħi jew tibdel b’dak
il-mod li tħalli l-kliem hekk mħassra li jibqgħu jinqraw, u għandha
tagħmel nota fejn tiddikjara l-għadd ta’ kliem hekk imħassra jew
skond il-każ, li kliem oħra jkunu qed jidħlu minflok dawk imħassra
billi tiddaħħal il-kelma ġdida jew jiddaħħlu l-kliem ġodda minnufih
wara l-kliem hekk sostitwiti; fil-każ ta’ sempliċi żieda, dik il-
persuna għandha tagħmel marka fil-post fejn ikollha ssir iż-żieda
flimkien ma’ nota fi tmiem il-formola li jkun fiha l-frażi "kliem
miżjuda" u għandha ddaħħal minnufih wara l-kliem li jkollhom
jiżdiedu. Dawk in-noti għandhom jiġu ffirmati mill-partijiet kollha
li jiffirmaw l-applikazzjoni.
(3) Wara dawk l-arranġamenti li jistgħu jsiru mad-Direttur, l-
applikazzjonijiet imsemmija fis-subregolament (1), jistgħu wkoll
isiru f’format bil-kompjuter u, jew jintbagħtu b’mezzi telefoniċi
jew elettroniċi, f’liema każ id-disposizzjonijiet tas-subregolament
(2) għandhom mutatis mutandis japplikaw.
(4) Applikazzjoni ma tistax titħassar erbgħa u għoxrin siegħa
wara li tkun ġiet ippreżentata.
(5) Jistgħu jiġu ppreżentati applikazzjonijiet matul dawk il-
ħinijiet li d-Direttur jista’, b’avviż, jistabbilixxi fil-Gazzetta, b’dan
illi meta applikant juża l-posta elettronika huwa jkollu jedd
jippreżenta l-applikazzjoni ukoll jekk mhux f’dawk il-ħinijiet
stabbiliti, b’dan illi l-applikazzjoni għandha, għall-fini tar-
regolament  6(5), titqies li tkun ġiet ippreżentata fil-ġurnata tax-
xogħol li tiġi minnufih wara kull meta l-posta elettronika tintbagħat
f’ħinijiet li ma jkunux dawk stabbiliti.
(6) Id-Direttur hu marbut li jipprovdi lill-applikant
dikjarazzjoni ta’ riċevuta, u dik l-irċevuta, li tista’ wkoll tkun
f’għamla elettronika, tkun fiha nnifisha prova tal-parametri li
jikkostitwixxu r-riċerka
4 L.S.56.03 ħ
KOMPUTERIZZAZZJONI, SPEZZJONI 
U RIĊERKI FIR-REĠISTRU PUBBLIKU
Ċertifikazzjoni.
Emendat:
A.L. 289 ta’ l-
2001;
A.L. 316 ta’ l-
2001;
A.L. 6 ta’ l-2002.
6. (1) Il-Kumpannija ghandha, meta tagħmel applikazzjoni
lid-Direttur skond dawn ir-regolamenti, tipprovdi lid-Direttur
b’abbozzi, magħmulin skond l-Att, ta’ -
(a) ċertifikati li jkunu juru iskrizzjonijiet dwar testmenti
pubbliċi, reġistrati f’isem il-persuna li dwarha ssir ir-
riċerka; jew
(b) elenki kompilati mill-indiċijiet imsemmija fl-artikolu
24 ta’ l-Att jew miżmuma fir-Reġistru Pubbliku taħt xi
liġi oħra, f’liema każ il-kumpannija għandha
tikkonsenja wkoll kopja ta’ l-annotazzjonijiet relattivi,
inkluż l-aġġornar tagħhom, kif ukoll il-verifika ta’
riċerki maħruġa qabel il-ġurnata stabbilita, meta jiġi
hekk ordnat minn xi qorti; jew
(ċ) elenki kompilati mill-indiċijiet imsemmija fl-artikolu
24 ta’ l-Att jew miżmuma fir-Reġistru Pubbliku taħt xi
liġi oħra, f’liema każ il-kumpannija għandha wkoll
tibgħat kopja ta’ l-iskrizzjonijiet relattivi, meta tiġi
hekk mitluba tagħmel minn kull persuna oħra, ħlief
għall-finijiet ta’ l-aġġornar tagħhom; jew
(d) elenki kompilati mill-indiċijiet imsemmija fl-artikolu
24 ta’ l-Att jew miżmuma fir-Reġistru Pubbliku taħt xi
liġi oħra, f’liema każ il-kumpannija għandha wkoll
tibgħat kopja ta’ l-iskrizzjonijiet relattivi, meta tiġi
hekk mitluba tagħmel minn kull persuna oħra, għall-
finijiet ta’ l-aġġornar tagħhom; u, jew
(e) elenki kompilati mill-indiċijiet imsemmija fl-artikolu
24 ta’ l-Att jew miżmuma mir-Reġistru Pubbliku taħt
kull liġi oħra, f’liema każ il-kumpannija għandha
wkoll tikkunsinna kopja ta’ l-iskrizzjonijiet relattivi,
meta hekk mitluba tagħmel minn xi persuna oħra,
għall-finijiet li jivverifikaw ir-riċerki maħruġa qabel
il-ġurnata stabbilita.
(2) L-uffiċjal inkarigat għandu debitament jawtentika l-abbozz
u malli dan isir, l-abbozz għandu jitqies li jkun awtentikat mill-
kumpannija skond il-Ftehim.
(3) Id-Direttur għandu jiffirma fuq wara l-abbozzi taċ-
ċertifikati, elenki jew kopji msemmija fis-subregolament (1),
sakemm ma jkunx hemm raġuni biżżejjed biex dan ma jagħmlux, u
malli hekk jiffirma fuq wara, ċ-ċertifikat, l-elenku jew il-kopja
jitqiesu li jkunu ġew ikkumpilati skond l-Att, u għall-finijiet ta’ l-
Att, kull applikazzjoni għandu jkollha numru ta’ l-ordni li jkun
uniku u li jiġi riprodott fuq iċ-ċertifikat.
(4) Meta tkun tenħtieġ riċerka uffiċjali skond l-artikolu 28 ta’
l-Att, u l-applikant jillimita dik ir-riċerka għar-rigward ta’ xi
proprjetà  partikolari, jew meta l-applikant jitlob li r-riċerka
m’għandhiex tinkludi records li jkollhom l-istess parametri ta’
riċerka bħal dawk mitluba, iżda b’maternità  differenti, d-dokumenti
forniti mid-Direttur ma għandhomx jitqiesu bħala ċertifikat skond
dawn ir-regolamenti jew skond l-artikolu 26 ta’ l-Att.
(5) Id-Direttur għandu, kemm-il darba ċ-ċirkostanzi ma jkunux
KOMPUTERIZZAZZJONI, SPEZZJONI 
U RIĊERKI FIR-REĠISTRU PUBBLIKU ġ L.S.56.03 5
jeħtieġu xort’oħra, jara li ċ-ċertifikati jkunu disponibbli fit-termini
ta’ żmien speċifikati f’dawn ir-regolamenti, iżda f’ebda każ qabel
jumejn tax-xogħol -
(a) fil-każ ta’ riċerka dwar testmenti pubbliċi, ċ-ċertifikat
għandu jitlesta jew jintbagħat bil-posta fi żmien sebat
ijiem tax-xogħol;
(b) meta l-applikazzjoni tkun riċerka ġdida, ċ-ċertifikat
għandu jkun disponibbli fi żmien għaxart ijiem tax-
xogħol;
(ċ) meta l-applikazzjoni tkun tirreferi għal xi aġġornar, iċ-
ċertifikat għandu jkun disponibbli fi żmien tlett ijiem
tax-xogħol;
(d) meta l-applikazzjoni tkun tirreferi għal verifika ta’
riċerki maħruġa qabel il-ġurnata stabbilita, iċ-
ċertifikat, flimkien ma’ l-elenki u records ippreżentati
flimkien ma’ l-applikazzjoni skond ma hemm fit-Tieni
Skeda, għandhom ikunu disponibbli fi żmien tmintax-
il ġurnata tax-xogħol, b’dan illi meta l-verifika tkun
waħda limitata għall-kontroll u ċ-ċertifikazzjoni ta’
noti ta’ riferenza dwar xi noti ta’ preferenza partikolari
li ma jkunux jagħmlu parti minn applikazzjoni ta’
riċerka uffiċjali, ċ-ċertifikat għandu jkun disponibbli fi
żmien sebat ijiem tax-xogħol;
(e) kull klijent regolari li jissodisfa lid-Direttur li huwa
għandu raġuni validi, jista’ jilħaq arranġament speċjali
mad-Direttur, li permezz tiegħu, dan il-klijent regolari
jkun jista’ jissottometti applikazzjoni għal riċerka
ġdida, jew għal aġġornament, kif imsemmi fil-
paragrafi (b) u (ċ), b’mod li meta l-klijent regolari
jissottometti dina t-talba, id-Direttur jista’, minkejja
dak imsemmi f’dan is-subregolament, ilesti,
(i) ir-riċerka ġdida fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol; u
(ii)  il-listi maħruġa bil-computer, relattivi għat-
tletin jum li jiġu qabel jumejn tax-xogħol mid-
data ta’ l-ordni, meħuda mill-indiċijiet, fil-jum
tax-xogħol li jiġi minnufih wara, jew, fejn it-
talba ssir sad-9.00 ta’ filgħodu, sa nofs-in-nhar
ta’ l-istess jum, imma l-kopji relattivi jitlestew fi
żmien jumejn tax-xogħol,
Kap. 56.
u f’dak il-każ, il-klijent regolari jħallas id-doppju tal-
ħlasijiet totali normalment dovuti, iżda meta l-perijodi
hawn imsemmija ma jiġux rispettati, inkluż fejn
japplika s-subregolament (6) ta’ dan ir-regolament, il-
klijent regolari jħallas biss il-ħlasijiet stabbiliti fis-
Sezzjoni C ta’ l-Ewwel Skeda ta’ l-Att dwar ir-
Reġistru Pubbliku, anke jekk ir-riċerka jew l-
aġġornament ikunu lesti qabel iż-żmien stipulat fil-
paragrafi (b) u (ċ).
(6) It-termini ta’ żminijiet imsemmija fil-paragrafu ta’ qabel
dan għandhom jibdew għaddejjin mill-ġurnata li tiġi wara dik meta
tiġi riċevuta l-applikazzjoni, iżda d-Direttur jista’, jekk tintwera
6 L.S.56.03 ħ
KOMPUTERIZZAZZJONI, SPEZZJONI 
U RIĊERKI FIR-REĠISTRU PUBBLIKU
raġuni għaliex għandu jagħmel dan, ma jżommx ma’ dawk it-
termini u għandu f’dak il-każ jinforma lill-applikant b’dan. Meta l-
għadd ta’ iskrizzjonijiet fi ħdan l-istess grupp, bl-esklużjoni ta’ noti
komuni, jkun jisboq l-għadd ta’ tletin, dan il-fatt, fih innifsu,
jikkostitwixxi raġuni valida biżżejjed għall-finijiet ta’ dan il-
paragrafu.
Perjodi speċjali.
Miżjud:
A.L. 289 ta’ l-
2001.
6A. Id-Direttur jista’, b’avviż fil-Gazzetta, jistabbilixxi perjodi
speċjali, li fil-għadd ma jkunux iktar minn tlieta f’kull sena
kalendarja u li bħala perjodu ma jkunx itwal minn ħamest ijiem tax-
xogħol konsekuttivi, li matulhom il-perjodi ta’ ħin imsemmija fir-
regolament 6(5) għandhom, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dak is-
subregolament, jibdew għaddejin mill-ewwel ġurnata tax-xogħol li
tiġi wara dak il-perjodu speċjali. Il-perjodu ta’ erbgħa w għoxrin
siegħa msemmi fir-regolament 5(4) għandu xorta waħda hekk jibda
għaddej.
Applikazzjonijiet 
sospiżi.
Miżjud:
A.L. 289 ta’ l-
2001.
6B. (1)  Klijent regolari li jordna riċerki uffiċjali permezz tal-
posta elettronika, jista’ jasal fi ftehim mad-Direttur li bih id-
Direttur jintrabat li jgħarraf lill-applikant kull meta l-għadd ta’
iskrizzjonijiet f’riżultat ta’ riċerka x’aktarx li jeċċedi dak l-għadd li
jista’ jkun ġie miftiehem, u f’kull każ bħal dak, riċerka ppreżentata
mill-applikant li teċċedi l-għadd stabbilit għandha tibqa’ sospiża
ghal perjodu ta’ mhux iktar minn sebat ijiem mid-data ta’ l-
applikazzjoni. 
(2) Meta l-applikant jonqos milli jikkonferma l-ordni, l-
applikazzjoni ta’ riċerka għandha titqies li tkun ġiet irtirata, imma
f’dak il-każ l-inqas dritt għall-applikazzjoni stabbilit fil-paragrafu
C1 ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att xorta jibqa’ dovut.
(3) Meta l-ordni tiġi kkonfermata fi żmien il-perjodu ta’ sebat
ijiem imsemmija fis-subregolament (1) -
(a) m’għandu jitħallas ebda dritt addizzjonali għal dik il-
konferma; u
(b) l-perjodi ta’ ħin imsemmija fir-regolament 6(5)
għandhom jitqiesu li jibdew għaddejin mid-data ta’ dik
il-konferma.
(4) Meta jkun japplika ftehim bħal dak, il-perjodu ta’ erbgħa w
għoxrin siegħa imsemmi fir-regolament 5(4) ikun biss japplika
wara li tiġi ppreżentata l-ordni, iżda m’ghandux japplika wara l-
konferma msemmija fis-subregolament ta’ qabel dan.
Drittijiet. 7. (1) Id-drittjiet li għandhom jitħallsu jkunu d-drittijiet
murija fit-Taqsima Ċ fl-Ewwel Skeda.
(2) Id-drittijiet jistgħu jiġu mħallsa u trasmessi b’mezzi
elettroniċi skond arranġamenti li jsiru mad-Direttur.
(3) Il-ħlas isir biss meta jinħareġ ċertifikat, iżda -
(a) l-ammont sħiħ li jitħallas dwar talba għal _ċertifikat li
jirrigwarda testmenti, jitħallas ma’ l-applikazzjoni; u
(b) f’kull każ meta l-applikant ma jkunx riċerkatur jew
klijent regolari, isir ħlas ta’ sitt liri, li ma jingħatax
lura, ma’ kull applikazzjoni.
KOMPUTERIZZAZZJONI, SPEZZJONI 
U RIĊERKI FIR-REĠISTRU PUBBLIKU ġ L.S.56.03 7
(4) Id-Direttur jista’ jirrifjuta li jipproċessa iktar
applikazzjonijiet meta applikant jonqos milli jħallas għar-riċerka
uffiċjali mal-konsenja tas-servizz, iżda d-Direttur jista’ wkoll
joħroġ avviż li bih jgħarraf lill-applikant li sakemm isir il-ħlas ta’ l-
ammonti dovuti, jkun dovut depożitu ta’ mitt lira għal kull
applikazzjoni ġdida li ssir mill-applikant jew mill-aġent tiegħu.
Dak l-avviż għandu jintbagħat bil-posta reġistrata.
8 L.S.56.03 ħ
KOMPUTERIZZAZZJONI, SPEZZJONI 
U RIĊERKI FIR-REĠISTRU PUBBLIKU
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 4)
TALBIET
Isem, Kunjom, numru tad-Dokument ta’ l-Identità
Impieg Nru. (fil-każ ta’ aġent)
Għaliex tenħtieġ l-ispezzjoni
Numru tal-VAT
Data meta ssir it-talba
(GĦALL-UŻU TA’ L-UFFIĊĊJU)
Jekk tintlaqax it-talba
Dritt imħallas
Meta jinħareġ il-permess
Sa meta validu
KOMPUTERIZZAZZJONI, SPEZZJONI 
U RIĊERKI FIR-REĠISTRU PUBBLIKU ġ L.S.56.03 9
A. (Trasferimenti/Obbligazzjonijiet) - Ditti
Riċerki dwar Ditti
*Jindika li għandha tingħata informazzjoni
(1) Dan japplika meta l-applikant ikun jixtieq jiġbor flimkien għadd ta’ riċerki.
(2) Meta l-applikant ikun jeħtieġ li r-riċerka għandha tkun limitata ''dwar proprjetà ''.
F’dak il-każ japplikaw id-disposizzjonijiet tar-regolament 6(4).
(3)Meta l-applikazzjoni ma tiġix ippreżentata minn klijent regolari, ma jkunx
meħtieġ li jiġi inkluż il-Kodiċi ta’ l-Applikant.
B. (Trasferimenti/Obbligazzjonijiet) - Individwi
Riċerki dwar Individwi
*Jindika li għandha tingħata informazzjoni
(1) Isem ir-Raġel għandu jingħata meta r-riċerka tkun tirreferi għal mara miżżewġa,
f’liema każ, għandu wkoll jingħata kunjom xbubitha. Hekk ukoll, isem il-Missier
għandu, f’dan il-każ, jinkludi l-kunjom.
(2) Dan japplika meta l-applikant ikun jixtieq jiġbor flimkien għadd ta’ riċerki.
(3) Meta l-applikant ikun jeħtieġ li r-riċerka għandha tkun limitata "dwar proprjetà "
jew maternità  differenti eskluża, sakemm tkun involuta dik l-esklużjoni. F’dak il-każ
japplikaw id-disposizzjonijiet tar-regolament 6(4).
(4)Meta l-applikazzjoni ma tiġix ippreżentata minn klijent regolari, il-Kodiċi ta’ l-
Emendat:
A.L. 289 ta’ l-2001. IT-TIENI SKEDA
(Regolament 5)
Isem il-Kumpannija* Minn Sa
In-Numru tal-
Kumpannija
Obbligazzjonijiet
Numru tal-Grupp(1) Trasferimenti
Rimarki(2) Fidi ta’ Ċnus
Isem l-Applikant *
Kodiċi ta’ l-Applikant(3)
Kunjom* Minn Sa
Isem* Obligazzjonijiet
Ir-Raġel(1) Trasferimenti
Il-Missier*(1)) Fidi ta’ Ċnus
L-Omm*
Post tat-Twelid*
Numru tal-Grupp (2)
Rimarki(3)
Isem l-Applikant*
Kodiċi ta’ l-
Applikant(4)
10 L.S.56.03 ħ
KOMPUTERIZZAZZJONI, SPEZZJONI 
U RIĊERKI FIR-REĠISTRU PUBBLIKU
Applikant m’għandux għalfejn ikun inkluż iżda għandha tiddaħħal biżżejjed
informazzjoni sabiex jiġi identifikat l-applikant.
Ċ. Riċerka ta’ Testmenti
Riċerki dwar Individwi
* Turi li għandha tingħata informazzjoni
(1)Isem ir-Raġel għandu jingħata meta r-riċerka tkun tirreferi għal mara miżżewġa,
f’liema każ, għandu wkoll jingħata kunjom xbubitha. Hekk ukoll, isem il-Missier
għandu, f’dan il-każ, jinkludi l-kunjom.
(2)Ara d-drittijiet murija fit-Taqsima Ċ fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar ir-
Reġistru Pubbliku, Kap. 56. Japplikaw drittijiet oħra meta d-data "Minn" meta tiġi
qabel l-1972.
(3)Data tal-mewt.
(4)Ir-riżultat jintbagħat bil-posta f’dan l-indirizz.
(5)Dan japplika biss meta l-applikazzjoni ssir minn klijent regolari li jkun se jiġborha
hu nnifsu.
D. Verifika ta’ Riċerki maħruġin qabel il-ġurnata stabbilita
Riċerki għal verifika
* Turi li għandha tingħata informazzjoni.
(1)Meta l-applikazzjoni ma tiġix ippreżentata minn klijent regolari, il-Kodiċi ta’ l-
Applikant m’għandux għalfejn ikun inkluż.
(2)Dan japplika meta l-applikant ikun jixtieq jiġbor flimkien għadd ta’ riċerki.
(3)Meta jkun qed jikkompila l-elenku, l-applikant għandu juża dawn il-Kodiċijiet li
ġejjin, jew meta l-verifika tkun limitata għall-kontroll u ċ-ċertifikazzjoni ta’ noti ta’
riferenza dwar noti ta’ preferenza partikolari li ma jkunux jagħmlu parti minn
applikazzjoni għal riċerka uffiċjali. Iktar minn hekk, meta applikant jitlob li riċerka
Kunjom* Minn Sa
Isem* *(2) * (3)
Ir-Raġel(1)
Missier*(1))
Omm*
Post tat-twelid*
Isem u indirizz ta’ l-
applikant*(4)
Isem ta’ l-applikant(5)
Kodiċi ta’ l-applikant(5)
Isem l-Applikant*
Kodiċ ta’ l-applikant(1)
Numru tal-Grupp(2)
Elenku inkluż*(3)
KOMPUTERIZZAZZJONI, SPEZZJONI 
U RIĊERKI FIR-REĠISTRU PUBBLIKU ġ L.S.56.03 11
għandha tkun limitata ''dwar proprjetà '', jew maternità  differenti eskluża, għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet tar-regolament 6(4).
Kodiċijiet li jintużaw fil-kompilazjoni ta’ l-elenku -
I       - Iskrizzjoni
H      - Privileġġi u ipoteki
GH   - Noti ta’ ipoteki, Għawdex
GI    - Noti ta’ Iskrizzjoni, Għawdex
CE   - Fidi ta’ ċens
GPP - Garanzija ta’ Paċifiku Pussess
GCE - Fidi ta’ ċens, Għawdex
D/M - Maternità  differenti
D/P  - Proprjetà  differenti
HR   - Ipoteki mġedda
HL   - Ipoteki Legali 
R     - Riferenzi
S     - Bejgħ fil-Qorti (is-sena korrenti u s-sentejn ta’ qabel)
P     - Awtorità  ta’ l-Ippjanar
$     - Money Laundering
A    - Ordni dwar il-bejgħ Inter Vivos tad-dar matrimonjali 
M   - Inibizzjoni
E    - Esklużjoni mill-Amministrazzjoni tal-Komunjoni ta’ l-Akkwisti
N    - Separazzjoni personali
D    - Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi, Kap. 101
C    - Artikolu 401 (1) (ġ) ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji, Kap. 386
Q    - Bdil tal-kunjom skond ma hemm fl-artikolu 4(5) tal-Kodiċi Ċivili, Kap. 16.
L-applikant għandu jippreżenta, flimkien ma’ l-applikazzjoni, elenku tan-numri
progressivi, inkluża kull riferenza, li għandhom jiġu verifikati.
