PASSAPORTI ġ L.S.61.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 61.02
REGOLAMENTI DWAR IL-PASSAPORTI
28 ta’ Settembru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 131 ta’ l-1993, kif emendat bl-Avviż Legali 59 ta’ l-
2001.
Titolu.
Passaporti.
Lil min jista’ 
jingħata passaport.
Emendat:
A.L. 59 ta’ l-2001.
2. (1) Jista’ jinħareġ passaport Malti lil -
(a) ċittadini ta’ Malta; jew
(b) ċittadini oħra tal-Commonwealth, wara applikazzjoni
lill-uffiċjal tal-passaporti.
(2) (a) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament il-kliem "ċittadin
tal-"Commonwealth" għandhom jiftiehmu skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 28 tal-Kostituzzjoni ta’
Malta.
Kap. 61.
(b) Għall-finjiet ta’ dan ir-regolament u ta’ regolamenti
sussegwenti oħra, il-frażi ''uffiċjal tal-passaport''
tfisser id-Direttur (Reġistrazzjoni Ċivili) jew kull
uffiċjal tad-Dipartiment ta’ Reġistrazzjoni Ċivili, li
jinħatar mid-Direttur (Reġistrazzjoni Ċivili) biex
jaġixxi f’ismhu għall-għan ta’ dawn ir-regolamenti u
ta’ l-Ordinanza dwar il-Passaporti.
Formuli ta’ 
applikazzjoni.
Emendat:
A.L. 59 ta’ l-2001.
3. (1) Kull persuna ta’ sittax-il sena jew iżjed li tapplika għal
passaport għandha timla bil-kitba tagħha applikazzjoni fuq formula
magħrufa bħala Formula A, li tista’ tinkiseb mingħand l-uffiċjal
tal-passaporti. 
(2) Fil-każ ta’ tifel jew tifla taħt is-sittax-il sena, jkun meħtieġ
passaport separat. Formula magħrufa bħala Formula A, li tista’
tinkiseb mingħand l-uffiċjal tal-passaporti, għandha timtela mill-
missier u l-omm, jew mit-tutur jew mill-kuratur tat-tifel jew tifla,
bil-kitba tiegħu jew tagħha stess.
(3) Tfal taħt l-età  ta’ tmintax-il sena ma jiġux mogħtija
faċilitajiet ta’ passaport mingħajr il-kunsens bil-miktub ta’
missierhom u ta’ ommhom jew, jekk dawn ikunu t-tnejn mejta, tat-
tutur/tutriċi jew kuratur/kuratriċi tagħhom. Jekk, meta l-missier jew
l-omm ikun għadu/ għadha ħaj/ħajja xi persuna oħra tgħid li tkun
tutur/tutriċi jew kuratur/ kuratriċi tat-tfal, hija għandha tagħti lill-
uffiċjal tal-passaporti kopja ta’ l-ordni tal-qorti li tkun tat lilu/lilha
l-kustodja tat-tfal.
(4) Jekk persuna li tkun tixtieq timla formula ta’ applikazzjoni
ma tistax tikteb, il-persuna li timla d-dikjarazzjoni bħala
rakkomandant ta’ l-applikant tista’ timla l-formula ta’
applikazzjoni bil-kitba tagħha f’isem min japplika.
Dikjarazzjoni 
b’sostenn ta’ l-
applikazzjoni.
4. (1) Id-dikjarazzjoni tar-rakkomandant b’sostenn ta’ l-
applikazzjoni li hemm fl-imsemmija formuli għandha tiġi mimlija u
2 L.S.61.02 ħ PASSAPORTI
ffirmata minn ċittadin Malti li jkun ministru tar-reliġjon, jew tabib
jew persuna li teżerċita l-professjoni legali, jew arkitett, jew
impjegat ċivili fid-diskrezzjoni ta’ l-uffiċjal tal-passaporti, jew
manager ta’ bank jew xi persuna oħra li, fil-fehma ta’ l-uffiċjal tal-
passaporti, tkun ta’ grad simili; ir-rakkomandant għandu jkun jaf
personalment lil min japplika għal mill-anqas sentejn minnufih
qabel ma jiffirma d-dikjarazzjoni. Iżda jekk persuna li tapplika għal
passaport tirrisjedi barra minn Malta jew tkun fil-mument ta’ l-
applikazzjoni barra minn Malta, d-dikjarazzjoni b’sostenn għal dik
l-applikazzjoni tista’ tiġi mimlija u ffirmata minn kull ċittadin tal-
Commonwealth li jkun kwalifikat għal dan l-iskop kif provdut
f’dan ir-regolament.
(2) Jekk ma jkunx hemm persuna kwalifikata biex timla d-
dikjarazzjoni kif maħsub fis-sub-regolament (1), l-uffiċjal tal-
passaporti jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jeżenta milli ssir
dikjarazzjoni.
Applikazzjonijiet 
jiġu preżentati lill-
uffiċjal tal-
passaporti.
5. (1) Meta formula ta’ applikazzjoni tkun ġiet mimlija f’kull
partikolarità , għandha tiġi preżentata lill-uffiċjal tal-passaporti
flimkien mar-ritratti u dokumenti oħra meħtieġa mill-uffiċjal tal-
passaporti kif jingħad fil-formula ta’ applikazzjoni relattiva. Ir-
ritratti u d-dokumenti li jkunu ma’ formula ta’ applikazzjoni jsiru
proprjetà  tal-Gvern malli jiġu preżentati lill-uffiċjal tal-passaporti.
(2) Meta kunjom ikun kunjom kompost minn aktar minn
kunjom wieħed u dawn b’kollox ikunu ta’ tul akbar milli
teknikament jista’ jitniżżel fil-passaport, l-uffiċjal tal-passaporti
jista’ jillimita il-kunjomijiet li jitniżżlu fil-passaport, b’dan li
għandu dejjem jinkludi il-kunjom jew il-kunjomijiet predominanti:
Iżda fil-każ ta’ mara miżżewġa li tieħu kunjom ir-raġel u
żżid kunjomha miegħu, il-kunjom tar-raġel jitqies il-kunjom
predominanti.
Passaporti dwar 
aktar minn persuna 
waħda flimkien.
Emendat:
A.L. 59 ta’ l-2001
6. Il-partikolaritajiet ta’ minuri taħt l-età  ta’ sittax-il sena
jistgħu jiġu mdaħħla fi jew miżjuda ma’ passaport miżmum mill-
missier, l-omm, tutur/tutriċi jew kuratur/kuratriċi tal-minuri jew
tfal wara l-1 ta’ April, 2001, biss fuq dawk il-passaport li jkunu
għadhom validi fi jew wara dik id-data, u ebda passaport b’aktar
minn persuna waħda ma jista’ jinħareġ fi jew wara dik id-data.
Passaporti jibqgħu 
proprjetà  tal-Gvern 
u jistgħu jiġu 
nvalidati, eċċ.
7. Il-passaporti maħruġa permezz ta’ l-uffiċjal tal-passaporti
għandhom jibqgħu proprjetà  tal-Gvern u jistgħu f’kull żmien wara
l-ħruġ jiġu invalidati, irtirati jew imħassra.
Applikabbilità  ta’ 
passaporti.
8. (1) Passaporti jistgħu jinkisbu biss għall-ivvjaġġar fil-
pajjiżi msemmija fih, iżda ma jeżentawx lid-detentur tagħhom milli
josserva xi liġi jew regolament ta’ immigrazzjoni li jkunu fis-seħħ
f’xi territorju jew mill-ħtieġa li jikseb viża jew permess meta jkun
hekk meħtieġ mill-liġijiet ta’ xi territorju.
(2) F’kull żmien wara l-ħruġ ta’ passaport, l-uffiċjal tal-
passaporti jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, u fuq talba magħmula lilu
mid-detentur tal-passaport fuq formula magħrufa bħala Formula D,
li tista’ tinkiseb mingħand l-uffiċjal tal-passaporti, japprova kull
passaport validu għall-ivvjaġġar għal pajjiżi oħra b’żieda ta’ dawk
li jkunu diġà  msemmija fih.
PASSAPORTI ġ L.S.61.02 3
(3) Il-pussess ta’ passaport maħruġ f’Malta ma jagħtix dritt lid-
detentur tiegħu li jerġa’ jidħol Malta.
Perijodu ta’ 
validità , titwil u 
tiġdid ta’ 
passaporti.
9. (1) Passaporti maħruġa mill-uffiċjal tal-passaporti
għandhom, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 7 ta’
dawn ir-Regolamenti -
(i) ikunu validi għal perjodu ta’ għaxar snin mid-
data tal-ħruġ għal dawk il-persuni li għalqu s-
sittax-il sena;
(ii) ikunu validi għal perjodu ta’ ħames snin mid-
data tal-ħruġ għal dawk il-minuri li għalqu l-
għaxar snin iżda li għadhom ma għalqux is-
sittax-il sena;
(iii) ikunu validi għal perijodu ta’ sentejn mid-data
tal-ħruġ għal dawk il-minuri li għadhom ma
għalqux l-għaxar snin:
Iżda l-uffiċjal tal-passaporti jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu,
jispeċifika f’xi passaporti bħal dawn perijodu iqsar ta’ validità .
(2) Meta passaport ikun inħareġ għal perijodu iqsar minn kif
speċifikat fis-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament, jista’ jiġi
mtawwal għall-bqija tal-perijodu kif speċifikat.
(3) Meta jispiċċaw il-perijodi ta’ validità  kif speċifikati fis-
sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament, jew meta ma jkunx hemm
aktar spazju fil-passaport għal approvazzjonijiet jew viżi għal
pajjiżi li fihom id-detentur fi ħsiebu jivvjaġġa, għandha ssir
applikazzjoni għal passaport ġdid.
(4) Meta ssir applikazzjoni għal passaport ġdid u l-passaport il-
qadim jingħata lill-uffiċjal tal-passaporti, huwa jista’, fid-
diskrezzjoni tiegħu, u jekk dik il-formula ta’ applikazzjoni tkun
xort’oħra mimlija soddisfaċentement, jirrinunzja għal ħtiġiet ta’
produzzjoni ta’ provi dokumentarji u li ssir id-dikjarazzjoni tar-
rakkomandant.
Ħruġ u estensjoni 
ta’ passaporti.
10. (1) Il-passaporti jinħarġu jew jiġu estiżi mill-uffiċjal tal-
passaporti.
(2) Il-passaporti jinħarġu, jiġu estiżi u jingħataw lil ċittadini ta’
Malta f’xi pajjiż barra minn Malta mir-rappreżentanti diplomatiċi
jew konsulari tal-Gvern ta’ Malta f’dak il-pajjiż jew, f’pajjiż fejn
m’hemmx dawn ir-rappreżentanti, minn persuni li jkunu jservu fis-
servizz diplomatiku, konsulari jew xi servizz ieħor barrani ta’
pajjiż li, b’arranġament mal-Gvern ta’ Malta, jkun aċċetta li
jirrappreżenta l-interessi tal-Gvern Malti f’dak il-pajjiż jew minn xi
persuna oħra, f’kull każ awtorizzata għal dan il-għan mill-Ministru
u skond id-direzzjoni, ġenerali jew speċifika, mogħtija għal dak l-
iskop mill-Ministru.
Produzzjoni ta’ 
passaporti fid-dħul 
jew tluq minn 
Malta.
11. Kull persuna li tidħol jew titlaq minn Malta bħala
passiġġier għandha tippreżenta l-passaport tagħha għar-
reġistrazzjoni fl-uffiċċju tal-Pulizija fid-Dwana, Lascaris Wharf, il-
Belt Valletta fil-każ ta’ dħul jew tluq bil-baħar, u fl-uffiċċju tal-
Pulizija fil-Malta International Airport fil-każ ta’ dħul jew tluq bl-
4 L.S.61.02 ħ PASSAPORTI
ajru, jew f’kull post ieħor li l-uffiċjal ta’ l-immigrazzjoni jista’, fid-
diskrezzjoni tiegħu, japprova.
Ħruġ u emendar ta’ 
formuli.
12. (1) Kopji tal-formuli msemmija f’dawn ir-Regolamenti
għandhom jinħarġu bla ħlas mill-uffiċjal tal-passaporti lil persuni li
jkunu jeħtieġuhom b’bona fide.
(2) L-uffiċjal tal-passaporti jista’ minn żmien għal żmien
jagħmel dawk l-emendi u żidiet fl-imsemmija formuli kif huwa jqis
mixtieq jew meħtieġ.
Mili ta’ formuli ta’ 
applikazzjoni.
13. Applikazzjonijiet meħtieġa b’dawn ir-Regolamenti
għandhom isiru fuq formuli stampati mogħtija mill-uffiċjal tal-
passaporti għaldaqshekk, u għandhom, qabel ma jingħataw lill-
uffiċjal tal-passaporti, jiġu mimlija f’kull partikolarità , u skond
kull nota, marka jew direttiva f’xi parti tagħhom, jew f’xi nota
marġinali li jkun hemm fihom.
