IMPORTAZZJONI TAL-PATATA TAŻ-ŻRIGĦ ġ L.S.64.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 64.01
REGOLAMENTI DWAR L-IMPORTAZZJONI TAL-
PATATA TAŻ-ŻRIGĦ
28 ta’ Settembru, 1954
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 436 ta’ l-1954, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 650 ta’ l-1955 u 550 ta’ l-1958.
Titolu.
Importazzjoni tal-Patata taż-Żrigħ.
Żmien għall-
importazzjoni ta’ 
patata taż-żrigħ.
Emendat:
N.G. 550 ta’ l-
1958.
2. Il-patata taż-żrigħ għandha tiġi mportata f’dawn il-Gżejjer
biss bejn l-1 ta’ Novembru ta’ kull sena u l-15 ta’ Marzu tas-sena
ta’ wara, iż-żewġ dati nklużi, u matul dak iż-żmien ebda patata
għall-ikel ma għandha tiġi mportata f’dawn il-Gżejjer kemm-il
darba ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni speċjali bil-miktub mid-
Direttur ta’ l-Agrikoltura għall-importazzjoni tagħha. Id-dati
msemmija jgħoddu għal meta l-merkanzija tiġi liberata mill-
Kontrullur tad-Dwana.
Konsenja għandu 
jkollha magħha 
ċertifikat.
3. Kull konsenja ta’ patata taż-żrigħ importata għandu jkollha
magħha ċertifikat skond ma hemm fl-Iskeda ta’ ma’ dawn ir-
Regolamenti, ffirmat minn uffiċjal tad-Dipartiment ta’ l-
Agrikoltura tal-pajjiż ta’ l-oriġini.
Il-patata taż-żrigħ 
għandha timtela fi 
xkejjer.
4. Il-patata taż-żrigħ kollha mportata f’dawn il-Gżejjer
għandha timtela fi xkejjer li jesgħu hundredweight wieħed, iżda
f’ċirkostanzi speċjali d-Direttur ta’ l-Agrikoltura jista’ jippermetti
l-importazzjoni f’dawn il-Gżejjer ta’ patata taż-żrigħ ippakkjata
xort’oħra.
Konformità  mal-
kundizzjonijiet.
5. Kull xkora wżata għall-patata taż-żrigħ importata f’dawn
il-Gżejjer għandha tkun hekk:
(a) trid tkun xkora ġdida ta’ daqs ta’ mhux anqas minn
sebgħa u ħamsin punt wieħed ħamsa ċentimetri b’mija
u wieħed punt sitta ċentimetri u magħmula minn drapp
li jiżen għall-anqas mitejn u tlieta u tmenin punt hamsa
grammi għal kull biċċa ta’ wieħed u tmenin punt tnejn
ċentimetri b’mija u wieħed punt sitta ċentimetri.
(b) trid tkun immarkata ċar b’ittri kapitali kbar mhux
anqas minn ħames ċentimetri "SEED POTATOES", u
tkun ukoll immarkata ċar bl-isem tal-varjetà  tal-patata
li jkun fiha u tal-pajjiż ta’ l-oriġini tagħha.
Xkejjer iridu jkunu 
siġillati u jkollhom 
tikketta.
6. (a) Kull xkora trid tkun siġillata u jkollha mwaħħla
magħha tikketta stampata u siġillata b’din id-
dikjarazzjoni bl-Ingliż:
"The seal on this bag indicates that the seed
potatoes contained in it are the produce of a
certified crop and that prior to shipment they
have been examined for quality and grading by
an officer of the Ministry of Agriculture of the
country of origin."
2 L.S.64.01 ħ IMPORTAZZJONI TAL-PATATA TAŻ-ŻRIGĦ
(b) It-tikketta msemmija hawn fuq għandha tkun
imwaħħla ma’ l-ixkora hekk li turi ċar li ġiet imwaħħla
hemmhekk qabel ma twaħħal is-siġill.
(ċ) Għalkemm id-disposizzjonijiet li hemm fl-ewwel żewġ
paragrafi ta’ dan ir-regolament ikunu ġew osservati,
kull meta jinħtieġ li tingħażel jew tiġi ppakkjata mill-
ġdid il-patata taż-żrigħ importata f’dawn il-Gżejjer,
għandu jintuża dugħ li, sakemm jista’ jkun, għandu
jaqbel mal-ħtiġiet tar-regolamenti 4 u 5 ta’ dawn ir-
Regolamenti u d-dugħ bħal dan għandu jiġi siġillat
minn uffiċjal tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura.
Spezzjon mid-
Dipartiment ta’ l-
Agrikoltura meta 
tasal il-patata taż-
żrigħ.
7. (a) Kull konsenja ta’ patata taż-żrigħ meta tasal f’dawn il-
Gżejjer, għalkemm tkun ippakkjata kif meħtieġ b’dawn
ir-Regolamnenti, u jkun hemm magħha ċ-ċertifikat
imsemmi u tkun siġillata, tkun tista’ tiġi spezzjonata
minn uffiċjal tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura biex
jiżgura li l-patata taż-żrigħ hija b’saħħitha u tajba biex
tinżera’.
(b) Jekk xi parti minn xi konsenja ta’ patata taż-żrigħ
importata f’dawn il-Gżejjer tinsab mhux b’saħħitha
jew inkella mhux tajba biex tinżera’, id-Direttur ta’ l-
Agrikoltura fid-diskrezzjoni tiegħu jista’ jordna li l-
patata taż-żrigħ f’dik il-konsenja tiġi magħżula għas-
spejjeż ta’ l-importatur taħt is-sorveljanza ta’ uffiċjal
tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura billi l-patata tiġi
diżinfettata jew le kif id-Direttur ta’ l-Agrikoltura fid-
diskrezzjoni tiegħu jista’ jordna.
(ċ) Id-Direttur ta’ l-Agrikoltura fid-diskrezzjoni tiegħu
jista’ jordna li kwalunkwe konsenja ta’ patata taż-żrigħ
importata f’dawn il-Gżejjer jew xi parti minnha, li
tinsab mhux b’saħħitha jew inkella mhux tajba biex
tinżera’, tinqered jew inkella jsir minnha dak li jidhirlu
xieraq, f’kull każ għas-spejjeż ta’ l-importatur.
(d) Id-disposizzjonijiet li jinsabu fil-paragrafi (b) u (ċ) ta’
dan ir-regolament jew xi wieħed minnhom ma jkunx
jgħodd jekk l-importatur jagħżel li jsiefer mill-ġdid il-
patata in kwistjoni f’egħluq iż-żmien iffissat f’kull każ
mid-Direttur ta’ l-Agrikoltura.
Ċertifikat 
fitopatoloġiku jew 
kummerċjali.
L.S. 35.01
8. Id-Direttur ta’ l-Agrikoltura jista’ fuq talba ta’ min ikun u
wara li jħallas id-dritt stabbilit skond ir-Regolamenti dwar id-
Drittijiet, joħroġ ċertifikat fitopatoloġiku jew kummerċjali dwar xi
koll ta’ patata taż-żrigħ importata f’dawn il-Gżejjer jew xi parti
minn dan il-koll.
Applikabbiltà . 9. Dawn ir-Regolamenti huma b’żieda u mhux bi tneħħija ta’
xi disposizzjonijiet tal-liġi jew ordni oħra li huma jew jistgħu jkunu
fis-seħħ minn żmien għal żmien, u b’mod partikolari ebda ħaġa
f’dawn ir-Regolamenti m’għandha tfixkel xi regolamenti ta’
karattru fitopatoloġiku fis-seħħ jew li jistgħu jsiru minn żmien għal
żmien bis-saħħa ta’ xi liġi.
Importazzjoni mill-
Gvern.
10. Ebda ħaġa f’dawn ir-Regolamenti ma għandha titqies li
IMPORTAZZJONI TAL-PATATA TAŻ-ŻRIGĦ ġ L.S.64.01 3
teffettwa l-importazzjoni f’dawn il-Gżejjer ta’ patata taż-żrigħ biex
tintuża mill-Gvern.
4 L.S.64.01 ħ IMPORTAZZJONI TAL-PATATA TAŻ-ŻRIGĦ
SKEDA
(Regolament 3)
Ċertifikat tas-saħħa, kwalità  u oriġini tal-patata
Niċċertifika illi l-patata taż-żrigħ li hemm mal-konsenja deskritta
hawn taħt:
l. kienet koltivata fid-distrett ta’ ...........................................
pajjiż............................................;
2. ġejja minn uċuh li ġew spezzjonati waqt iż-żmien tal-
koltivazzjoni minn spetturi tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura
................................. u misjuba li hi skond it-tip u li hija safja
mhux inqas minn 97 fil-mija;
3. kienet eżaminata minn spettur tad-Dipartiment ta’ l-
Agrikoltura ................................ u nstabet b’saħħitha għal kollox u
ħielsa minn:
Synchytrium endobioticom Perc. (ġidri iswed) (wart
disease of potatoes)
Spongospora subterranea Walr. (ġidri rmiedi)
(powdery scab of potatoes)
Expitrex cucumeris (ħanfusa rqiqa) (potato flea beetle)
Doryphora decemlineata (ħanfusa ta’ Colorado)
(Colorado beetle)
u minn kull marda oħra serja tal-pjanti u minn insetti tal-
ħsara;
4. ġiet ippakkjata fi xkejjer ġodda ssiġillati.
Partikolaritajiet tal-konsenja
Isem l-esportatur ........................................................................
Indirizz ta’ l-esportatur ...............................................................
Isem il-konsenjatarju ..................................................................
Indirizz tal-konsenjatarju ............................................................
Varjetà  .......................................................................................
Numru ta’ kollijiet ......................................................................
Marki .........................................................................................
Port mnejn tgħabbiet ..................................................................
Isem il-bastiment ........................................................................
Kwantità  ........................................ Daqs ...................................
Data ta’ l-ispezzjoni ...................................................................
MARKA TAS-SIĠILL .............................. Firma
.......................
Spettur Anzjan
Dipartiment ta’ l-Agrikoltura ...........................
IMPORTAZZJONI TAL-PATATA TAŻ-ŻRIGĦ ġ L.S.64.01 5
