OMNIBUSES ġ L.S.65.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.01
REGOLAMENTI DWAR L-OMNIBUSES
26 ta’ Novembru, 1948
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 743 ta’ l-1948, kif emendata bl-
Avviżi Legali 98 ta’ l-1959 u 166 ta’ l-1990.
Titolu.
Omnibuses.
Liċenzi.
Emendat:
A.L. 166 ta’ l-
1990.
2. Il-liċenzi kollha ta’ omnibus għandhom jitqiesu li jkunu
ħarġu bil-kondizzjoni illi min jkollu l-liċenza għandu jsuq il-
vettura tiegħu skond l-ordni ta’ l-Awtorità  dwar it-Trasport
Pubbliku jew ta’ xi ħadd ieħor li jaġixxi f’isimha.
Lista preparata.
Sostitwit:
A.L. 166 ta’ l-
1990.
3. Il-vetturi tal-linja għandhom jinsaqu fuq il-linja preskritta
skond il-lista preparata minn żmien għal żmien mill-uffiċċju
ċentrali għas-servizzi scheduled li tkun suġġetta għall-
approvazzjoni ta’ l-Awtorità  dwar it-Trasport Pubbliku. Il-lista
għandha ssir b’mod li tagħti lil kull omnibus għas-sodisfazzjon ta’
l-Awtorità  dwar it-Trasport Pubbliku opportunità  indaqs mill-iktar
li jista’ jkun.
Waqfien jew 
tneħħija ta’ 
liċenza.
Sostitwit:
A.L. 166 ta’ l-
1990.
4. L-Awtorità  dwar it-Trasport Pubbliku tista’ twaqqaf jew
tneħħi liċenza ta’ omnibus jekk min ikollu l-liċenza jirrifjuta, bla
raġuni xierqa, li joqgħod għall-istruzzjonijiet ta’ l-Awtorità  jew
għall-istruzzjonijiet ta’ xi ħaddieħor li jaġixxi f’isimha.
Tgħaqid ta’ linji.
Sostitwit:
A.L. 166 ta’ l-
1990.
5. L-Awtorità  dwar it-Trasport Pubbliku tista’ tgħaqqad kull
numru ta’ linji preskritti biex tqegħdom taħt manager tal-linja
wieħed; u l-Awtorità  tista’ tagħti dawk l-ordnijiet li jistgħu fil-
fehma tagħha jenħtieġu sabiex tgħaqqad linja waħda ma’ oħra.
L-Awtorità  tista’ 
tordna omnibuses 
privati.
Sostitwit:
A.L. 166 ta’ l-
1990.
6. L-Awtorità  dwar it-Trasport Pubbliku tista’ tordna
omnibuses privati biex jaħdmu fuq linja jew biex jaqdu servizz
ieħor li jista’, fil-fehma ta’ l-Awtorità , ikun meħtieġ.
Ħatra.
Emendat:
A.L. 166 ta’ l-
1990.
7. Il-manager u d-despatcher ta’ kull linja għandhom jinħatru
mill-Awtorità  dwar it-Trasport Pubbliku.
Indħil fl-ordnijiet.
mill-awtorità  kompetenti, jindaħal fl-ordnijiet mogħtija mill-
Kummissarju tal-Pulizija, jew ixewwex lil xi persuna impjegata
f’omnibus jew lil xi persuna oħra impjegata fit-traffiku, biex ma
jobdix kull wieħed minn dawn l-ordnijiet, ikun ħati li kiser dawn ir-
Regolamenti ħlief jekk ikun ħati ta’ ħtija akbar skond id-
disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra.
