PROĊEDURA TAL-BORD 
GĦALL-KONTROLL TAT-TRAFFIKU ġ L.S.65.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.02
REGOLI DWAR IL-PROĊEDURA TAL-BORD 
GĦALL-KONTROLL TAT-TRAFFIKU
10 ta’ Ġunju, 1960
L-AVVIŻ LEGALI 24 ta’ l-1960, kif emendat bl-Avviżi Legali 86 ta’ l-
1975 u 59 u 103 ta’ l-1991.
Titolu.
tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.
Quorum.
Sostitwit:
A.L. 59 ta’ l-1991.
2. (1) Ebda xogħol ma għandu jsir mill-Bord għall-Kontroll
tat-Traffiku (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Bord") jekk
ma jkunx hemm quorum.
(2) Dan il-quorum għandu jkun ta’ mhux anqas minn terz tan-
numru ta’ membri maħturin fil-Bord.
Chairman.
Bord. 
(2) Fl-assenza taċ-Chairman, għandu jiġi elett membru ieħor
mill-membri preżenti biex jaġixxi bħala Chairman f’dik il-laqgħa.
Laqgħat.
f’dawk iż-żminijiet li ċ-Chairman jordna.
(2) Jekk ma jkunx hemm quorum għoxrin minuta wara l-ħin
iffissat għal-laqgħa, il-ħwejjeġ kollha fuq l-aġenda għandhom
jibqgħu għal-laqgħa ta’ wara, u għandhom jieħdu preċedenza f’dik
il-laqgħa jekk il-Bord ma jiddeċidix xort’oħra.
(3) Membri li jattendu nofs siegħa wara l-ħin iffissat biex tibda
l-laqgħa għandhom, jekk ma jkunux kisbu qabel permess minn
għand iċ-Chairman, jitqiesu li kienu assenti mil-laqgħa u ma
jkunux jistgħu jieħdu sehem fid-diskussjonijiet.
Laqgħat speċjali.
tissejjaħ laqgħa speċjali, kemm-il darba jniżżlu l-iskop li għalih l-
laqgħa hija meħtieġa, u f’dan il-każ għandha ssir laqgħa egħluq sitt
ijiem minn meta tiġi riċevuta l-applikazzjoni.
Ordni ta’ xogħol.
jumejn sħaħ qabel il-laqgħa.
(2) L-items kollha fuq l-aġenda għandhom jieħdu preċedenza
fuq xogħol ieħor.
(3) Fil-każ li tqum xi ħaġa urġenti, iċ-Chairman jew il-membru
li jkun ressaq il-kwistjoni għandu jfisser r-raġunijiet għall-urġenza
u l-Bord għandu, jekk ikun hemm maġġoranza ta’ mhux anqas
minn tnejn minn tlieta tal-membri preżenti favur il-mozzjoni,
jiddiskutiha.
(4) F’każ bħal dan il-mozzjoni tkun tiħtieġ għal approvazzjoni
numru ta’ voti favur tagħha mhux anqas min-nofs tan-numru kollu
tal-membri tal-Bord.
2 L.S.65.02 ħ
PROĊEDURA TAL-BORD 
GĦALL-KONTROLL TAT-TRAFFIKU
(5) Kull membru tal-Bord jista’ jissuġġerixxi items biex jiġu
mdaħħla fl-aġenda.
Minuti. 7. (1) Il-proċeduri tal-Bord għandhom jitniżżlu fi ktieb
miżmum għal hekk.
(2) Il-minuti tal-laqgħat għandhom jiġu ċirkolati jew moqrija
lill-Bord fil-laqgħa li taħbat sew sew wara u, meta jkunu
konfermati, għandhom jiġu ffirmati miċ-Chairman.
(3) Ebda mozzjoni jew diskussjoni ma għandha ssir fuq il-
minuti ħlief dwar l-eżattezza tagħhom, iżda wara l-konferma tal-
minuti l-membri jkunu jistgħu jagħmlu mistoqsijiet dwar il-ħwejjeġ
li għandhom x’jaqsmu ma’ dawk il-minuti:
Iżda dawn il-mistoqsijiet ikunu permessi għall-
informazzjoni biss, u ebda diskussjoni fuq xi deċiżjoni mniżżla fil-
minuti ma tkun permessa.
(4) Il-minuti jkunu aċċessibbli għall-membri f’kull żmien waqt
il-ħinijiet ta’ l-uffiċċju.
Votazzjoni. 8. (1) Il-votazzjoni tkun bil-miftuħ; iżda meta ssir talba liċ-
Chairman minn xi membru tal-Bord biex jittieħed vot sigriet,
għandu jittieħed vot sigriet.
(2) Id-deċiżjonijiet tal-Bord jkunu b’maġġoranza ta’ voti, jekk
ma jkunx maħsub xort’oħra.
(3) Iċ-Chairman, jew fl-assenza tiegħu l-membru li jkun
jaġixxi ta’ Chairman fil-laqgħa, ikollu vot oriġinali u, fil-każ ta’
voti ndaqs, vot ieħor ukoll jew vot deċiżiv.
Kumitati.
Emendat:
A.L. 86 ta’ l-1975.
9. (1) Il-Bord ikollu s-setgħa li jaħtar sotto kumitati u li
jappunta membri fihom li ma jkunux membri tal-Bord.
(2) Dawn il-kumitati għandhom jissottomettu r-rapporti
tagħhom bil-miktub liċ-Chairman u jagħtu r-raġunijiet tar-
rakkomandazzjonijiet tagħhom.
(3) Meta jiġi maħtur bord ġdid, lista tar-rapporti pendenti tal-
kumitati għandha tkun inkluża fl-aġenda ta’ l-ewwel laqgħa tal-
Bord u l-Bord għandu jiddeċidi liema minn dawn ir-rapporti
għandhom jiġu meqjusa.
Ruling taċ-
Chairman.
10. Jekk iċ-Chairman isejjaħ membru għall-ordni, jew
jitkellem għal xi skop li għandu x’jaqsam mal-proċeduri, il-
membru li jkun qiegħed jitkellem għandu jieqaf mid-diskors tiegħu,
u ebda membru ieħor ma għandu jitkellem sakemm iċ-Chairman
jippermetti li terġa’ tibda d-diskussjoni.
Membri li jitilqu 
minn laqgħa.
11. (1) Membru jista’ jitlaq minn laqgħa bil-permess taċ-
Chairman biss.
(2) F’ċirkostanzi eċċezzjonali biss jista’ membru jingħata
permess li jitlaq minn laqgħa qabel ma tgħaddi siegħa wara li tkun
bdiet jew meta tkun ser issir votazzjoni.
Assenza minn 
laqgħat.
12. Jekk membru jkun assenti minn erba’ laqgħat wara xulxin
mingħajr il-permess taċ-Chairman, f’dan il-każ kemm-il darba l-
PROĊEDURA TAL-BORD 
GĦALL-KONTROLL TAT-TRAFFIKU ġ L.S.65.02 3
assenza ma tkunx meqjusa ġustifikata jew ma tkunx minħabba
mard, għandu jiġi meqjus li rriżenja mill-Bord.
Proċeduri 
konfidenzjali.
13. Il-proċeduri tal-Bord huma konfidenzjali u membri tal-
Bord ma għandhomx jikxfuhom lil xi ħadd mill-pubbliku ħlief bil-
permess tal-Bord.
