POSTIJIET TA’ L-IPPARKJAR ġ L.S.65.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.03
REGOLAMENTI DWAR POSTIJIET TA’
L-IPPARKJAR
12 ta’ Mejju, 1961
L-AVVIŻ LEGALI 25 ta’ l-1961.
Titolu.
Postijiet ta’ l-Ipparkjar.
Tifsir.
xort’oħra -
"aġent" tfisser il-persuna impjegata minn kuntrattur biex imexxi
post ta’ l-ipparkjar imniżżel fl-Iskeda;
"car park attendant" tfisser kull persuna impjegata minn
kuntrattur sabiex tirregola l-ipparkjar ta’ karozzi f’post ta’ l-
ipparkjar imniżżel fl-Iskeda;
"kuntrattur" tfisser il-persuna li lilha jkun ingħata mill-Gvern
post ta’ l-ipparkjar imniżżel fl-Iskeda;
"post ta’ l-ipparkjar imniżżel fl-Iskeda" tfisser post ta’ l-
ipparkjar muri fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti.
Car park 
attendants.
3. (1) F’kull post ta’ l-ipparkjar imniżżel fl-Iskeda għandu
jkun hemm mill-anqas attendant wieħed bl-uniformi għax-xogħol
matul dawk il-ħinijiet tal-ġurnata u tal-lejl li l-Kummissarju tal-
Pulizija jordna bil-parir tal-Bord dwar il-Kontroll tat-Traffiku.
(2) Kull attendant jew attendants addizzjonali għandhom
ikunu wkoll bl-uniformi waqt ix-xogħol.
Uniformijiet.
minn kull impjegat ieħor għandhom ikunu dawk li huma approvati
mill-Kummissarju tal-Pulizija bil-parir tal-Bord dwar il-Kontroll
tat- Traffiku.
Drittijiet li 
għandhom 
jitħallsu.
5. (1) Għandu jitħallas dritt għal kull żmien ta’ l-ipparkjar ta’
mhux iżjed minn tnax-il siegħa, jew dritt alternattiv għall-ipparkjar
li jippermetti sewwieq li jipparkja vettura partikolari kull numru ta’
drabi matul ġurnata waħda.
(2) Id-drittijiet li għandhom jitħallsu skond is-sub-regolament
(1) ta’ dan ir-regolament ma għandhomx ikunu iżjed minn dawk
stabbiliti minn żmien għal żmien mill-Kummissarju tal-Pulizija bil-
parir tal-Bord dwar il-Kontroll tat-Traffiku; dawn id-drittijiet
għandhom ikunu pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern, u murija f’post
prominenti fuq notice board fil-post ta’ l-ipparkjar imniżżel fl-
Iskeda:
Iżda dawn id-drittijiet jistgħu jiġu stabbiliti jew b’mod
ġenerali jew għal postijiet partikolari ta’ l-ipparkjar imniżżlin fl-
Iskeda.
(3) Ma għandux ikun hemm riservazzjoni ta’ spazju ta’ l-
ipparkjar għal ebda raġuni tkun li tkun.
2 L.S.65.03 ħ POSTIJIET TA’ L-IPPARKJAR
Ħlas ta’ dritt. 6. Ebda persuna li tkun qegħda ssuq vettura għal ġewwa post
ta’ l-ipparkjar imniżżel fl-Iskeda ma għandha tirrifjuta li tħallas id-
dritt xieraq imsemmi fir-regolament 5 minnufih wara li l-vettura
tkun ipparkjata.
Tariffa ta’ drittijiet. 7. It-tariffa ta’ drittijiet għandha tintwera b’mod li tidher ċar
fid-dħul ta’ kull post ta’ l-ipparkjar imniżżel fl-Iskeda.
Biljetti. 8. Għandu jingħata biljett lill-persuna li tipparkja vettura
f’post ta’ l-ipparkjar imniżżel fl-Iskeda li juri d-dritt imħallas u n-
numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura relattiva.
Ingombru ta’ 
passaġġ.
9. Ħadd ma jista’ jipparkja vettura f’xi wieħed mill-passaġġi
ġewwa post ta’ l-ipparkjar imniżżel fl-Iskeda jew jingombra b’xi
mod ieħor dawn il-passaġġi.
Responsabbiltà  tal-
kuntrattur jew l-
aġent tiegħu.
10. (1) Il-kuntrattur u l-aġent tiegħu, jekk ikollu, ikunu
responsabbli biex jiżguraw li d-disposizzjonijiet tar-regolament 9
ikunu strettament imħarsa.
(2) Il-kuntrattur ikun responsabbli għal kull att jew omissjoni
mill-attendants waqt li jkunu jaqdu d-dmirijiet tagħhom.
Sewwieqa 
għandhom jobdu 
ordnijiet tal-
Pulizija jew 
direttivi mogħtija 
mill-kuntrattur jew 
impjegat tiegħu.
11. Kull min ikun qiegħed isuq għal ġewwa jew għal barra
minn post ta’ l-ipparkjar imniżżel fl-Iskeda jew ikun qiegħed
jipparkja vettura fih għandu jobdi kull ordnijiet tal-Pulizija jew kull
direttivi mogħtijin lilu mill-kuntrattur jew l-aġent tiegħu jew mill-
car park attendants impjegati hemmhekk.
Applikabbiltà  tar- 
regolament 65 tar-
Regolamenti dwar 
il-Vetturi bil-
Mutur.
L.S. 65.11
12. Id-disposizzjonijiet tar-regolament 65 tar-Regolamenti
dwar il-Vetturi bil-Mutur għandhom, safejn ma jkunux
inkompatibbli ma’ dawn ir-Regolamenti, igħoddu għal car park
attendants fuq xogħol f’post ta’ l-ipparkjar imniżżeI fl-Iskeda.
SKEDA
1. Il-post ta’ l-ipparkjar ta’ vetturi qrib il-Commonwealth Air
Force Memorial, il-Furjana.
