TABELLA TAL-ĦINIJIET TAS-SERVIZZ TAL-PASSIĠĠIERI 
BL-ALISKAF BEJN MALTA U GĦAWDEX ġ L.S.65.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.04
REGOLAMENTI DWAR IT-TABELLA TAL-
ĦINIJIET TAS-SERVIZZ TAL-PASSIĠĠIERI BL-
ALISKAF BEJN MALTA U GĦAWDEX 
3 ta’ Mejju, 1966
L-AVVIŻ LEGALI 26 ta’ l-1966, kif emendat bl-Avviżi Legali 69 ta’ l-
1966 u 68 ta’ l-1967.
Titolu.
Tabella tal-Ħinijiet tas-Servizz tal-Passiġġieri bl-Aliskaf bejn
Malta u Għawdex.
Tabella tal-
Ħinijiet.
2. (1) It-tabella tal-ħinijiet li għandha tiġi osservata mis-
servizz tal-passiġġieri bl-aliskaf bejn Malta u Għawdex tkun dik
speċifikata fl-Iskeda ta’ dawn ir-Regolamenti.
(2) L-aliskaf ma għandux jitlaq qabel il-ħin speċifikat jekk ma
jkunx hekk ordnat mill-Pulizija.
Sostitwita:
A.L. 69 ta’ l-1966;
A.L. 68 ta’ l-1967.
SKEDA
(Regolament 2)
Tluq mill-Belt 
Valletta
Tluq minn 
Għawdex
TABELLA TAL-ĦINIJIET 
TAX-XITWA
(15 ta’ Settembru sat-30 ta’ April)
9.15a.m. 10.30a.m.
12.45p.m. 3.50p.m.
TABELLA TAL-ĦINIJIET 
TAS-SAJF
(L-1 ta’ Mejju sal-14 ta’ Settembru)
9.00a.m. 10.00a.m.
1.45p.m. 5.05p.m.(a)
(a) Matul il-perijodu mill-1 sal-14 ta’ Settembru, iż-żewġ ġranet 
inklużi, it-tluq minn Għawdex ikun fil-5.15 p.m.
