SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.05
REGOLAMENTI DWAR IS-SINJALI TAT-
TRAFFIKU U L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
29 ta’ Awissu, 1969
L-AVVIŻ LEGALI 94 ta’ l-1969, kif emendat fl-Avviżi Legali 106 ta’ l-
1970, 99 ta’ l-1974, 25 ta’ l-1978, 53 ta’ l-1979, 129 u 167 ta’ l-1990, 101
ta’ l-1997, 126 ta’ l-1999, 207 ta’ l-2000 u 166 ta’ l-2001.
Titolu.
Sinjali tat-Traffiku u l-Marki tal-Karreġġata.
Sinjali tat-traffiku 
u l-marki tal-
karreġġata.
Emendat:
A.L. 167 ta’ l-
1990.
2. Meta xi sinjal tat-traffiku jew marka tal-karreġġata, li jkun
sinjal jew marka biex jirregolaw t-traffiku ta’ vetturi jew ta’
pedestrians jew oħrajn li jużaw it-triq, jew biex juru r-rotta li
għandha tittieħed minn dawk li jkunu qed jużaw dik it-triq, u li tkun
tal-kulur u tip preskritt u/jew illustrat fl-Iskeda ta’ dawn ir-
Regolamenti, tkun ġiet imqegħda, imwaqqfa, imwaħħla jew
miżbugħa mid-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi jew mill-
Kummissarju tal-Pulizija jew mill-Awtorità  dwar it-Trasport
Pubbliku jew f’isem jew fuq direzzjoni tagħhom f’xi triq jew ħdejn
xi triq jew fil-karreġġata, kull min ikun isuq jew ikollu l-kontroll
ta’ vettura, jew ikun juża t-triq bħala pedestrian jew b’xi mod
ieħor, għandu jikkonforma ruħu ma’ l-indikazzjoni mogħtija fis-
sinjal jew marka skond it-tifsira mogħtija fl-imsemmja Skeda. 
2 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
TAQSIMA I - SINJALI LI JWISSI PERIKLU 
(a) Sinjal li jwissi periklu jitqiegħed normalment fuq in-naħa tax-xellug tat-triq
qabel post li huwa potenzjalment perikoluż u f’distanza xierqa, li jiddependi mill-
konfigurazzjoni tal-post, u fuqu jkunu murija l-potenzalità  ta’ veloċità  tat-triq u x-
xorta ta’ periklu. Meta jitqies li jkun meħtieġ, dik id-distanza tista’ tiġi speċifikata
permezz ta’ pjanċa mdendla tat-tip muri bħala Nru. (4) jew (5) taħt il-paragrafu G
tat-Taqsima II ta’ din l-Iskeda.
(b) Sinjal li jwissi li fit-triq iktar ’il quddiem hemm junction lis-sewwieqa li
jkunu qed joqorbu junction fejn ikun hemm imwaħħlin sinjali IEQAF jew AGĦTI D-
DRITTA.
Ix-xorta ta’ twissija dwar junction u d-distanza għandhom jidhru fuq kull
pjanċa mwaħħla bħala sinjal.
A. Liwjiet perikolużi
Dawn is-sinjali jwissu ta’ liwja jew dawra perikoluża aktar ’il quddiem,
skond il-figura fuq is-sinjal. Is-sewwieqa, meta jiltaqgħu ma’ dawn is-sinjali,
għandhom inaqqsu l-veloċità  tagħhom u jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa.
(1) (2) (3)
LIWJA MAX-XELLUG LIWJA MAL-LEMIN 
(4) (5)
LIWJA S MAL-LEMIN SERJE TA’ LIWJIET
Emendata:
A.L. 106 ta’ l-1970;
A.L. 99 ta’ l-1974;
A.L. 25 ta’ l-1978;
A.L. 53 ta’ l-1979;
A.L. 129 ta’ l-1990;
A.L. 167 ta’ l-1990;
A.L. 101 ta’ l-1997;
A.L. 126 ta’ l-1999;
A.L. 207 ta’ l-2000.
SKEDA
(Regolament 2)
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 3
B. Salib it-toroq ma’ toroq ta’ l-istess importanza
Dawn is-sinjali (u sinjali simili b’figura differenti) jwissu li ġej salib it-
toroq ma triq ta’ l-istess importanza tat-tip muri bil-figura. Malli s-sewwieq jiltaqa’
ma’ sinjal bħal dan, hu għandu jnaqqas il-veloċità  tiegħu u malli jasal f’salib it-
toroq, għandu, jekk iċ-ċirkostanzi l-oħra jkunu xorta, jagħti preċedenza lill-vetturi li
jkunu ġejjin mix-xellug; din ir-regola ma tapplikax fil-każ ta’ roundabouts. F’arei
mibnija, dawn is-sinjali għandhom jiġu wżati biss f’każijiet eċċezzjonali.
(1) (2) (3)
SALIB IT-TOROQ  T-JUNCTION  TRIQ FUQ IX-XELLUG
  (4)  (5)
TRIQ FUQ IL-LEMIN  ROUNDABOUT
Ċ. Salib it-toroq u triq prinċipali
Dawn is-sinjali (u sinjali simili b’figura differenti) jwissu lis-sewwieq fuq
triq sekondarja dwar il-viċinanza ta’ salib it-toroq ma’ triq prinċipali kif muri bil-
figura. Malli s-sewwieq jiltaqa’ ma’ sinjal bħal dan, huwa għandu jnaqqas l-veloċità
u, malli jasal f’salib it-toroq, għandu jagħti preċedenza lit-traffiku kollu tal-vetturi
fuq it-triq prinċipali, inkluż it-traffiku li jkun qed idawwar.
(1) (2)
SALIB IT-TOROQ  T-JUNCTION
4 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
D. Salib it-toroq ma’ triq sekondarja
Dawn is-sinjali (u sinjali simili b’figura differenti) jwissu lis-sewwieq fi triq
prinċipali dwar il-viċinanza ta’ salib it-toroq, tat-tip muri bil-figura, ma’ triq
sekondarja. Għalkemm il-preċedenza hija tat-triq prinċipali, is-sewwieq li jkun
fuqha għandu joqgħod attent għal xi traffiku li jista’ jkun ħiereġ mit-triq sekondarja.
(1) (2) (3)
SALIB IT-TOROQ TRIQ FUQ IX-XELLUG TRIQ FUQ IL-LEMIN
(4) (5)
STAGGERED JUNCTION,  STAGGERED JUNGTION,
L-EWWEL MAX-XELLUG  L-EWWEL MAL-LEMIN
E.  Riskji ta’ periklu fit-triq
Dawn is-sinjali (u sinjali simili b’figura differenti) jwissu li hemm riskju ta’
periklu fit-triq kif muri bil-figura. Malli s-sewwieq jiltaqa’ ma’ sinjali simili, huwa
għandu jnaqqas il-veloċità  u/jew jieħu dawk il-prekawzjonijiet meħtieġa skond iċ-
ċirkostanzi partikolari.
(1) (2) (3)
TRIQ TIDJIQ  TELGĦA PERIKOLUŻA  TRIQ TIŻLOQ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 5
(4) (5)
TRIQ MHUX IMWITTIJA  AJRUPLANI JITTAJRU FIL-
BAXX
(6) (7)
PREAVVIŻ TA’ MOLL  PREAVVIŻ TA’ MINA
(din il-figura tista’ tintwera 
bil-maqlub)
(8) (9)
CABLE TA’ L-ELETTRIKU  PREAVVIŻ TA’ PERIKLU 
GĦADDEJ MINN FUQ (għandha titwaħħal pjanċa 
(għandha titwaħħal pjanċa li li tindika x’inhu l-periklu)
tindika l-iktar għoli li jista’ 
jgħaddi b’sikurezza) 
6 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
(10)
POSSIBILITÀ  TA’ VETTURI TA’ L-AGRIKOLTURA FIT-TRIQ
(11) (12)
DWAL DWAL'
(13)
ŻONA KERHA TA’ L-INĊIDENTI
(14)
SINJALI TA’ TWISSIJA TA’ TUMBATA FIT-TRIQ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 7
F. Riskji ta’ periklu għall-ħajja
Dawn is-sinjali jwissu li fil-viċin ġej riskju ta’ periklu għall-ħajja kif muri bil-
figura. Malli s-sewwieq jiltaqa’ ma’ sinjali bħal dawn, huwa għandu jnaqqas l-
veloċità , jagħmel attenzjoni speċjali għal pedestrians li jkunu qed jaqsmu t-triq, għal
tfal jew għal ħaddiema, skond il-każ, u jkun preparat li jagħti d-dritta, jew li jieqaf
jekk ikun hemm bżonn.
(1) (2) (3)
POST TA’ QSIM GĦAL  TFAL ĠEJJIN JEW  XOGĦLIJIET FIT-TRIQ
PEDESTRIANS (SINJAL  SEJRIN L-ISKOLA 
‘IL QUDDIEM)  JEW IL-PLAYGROUND
(4)  (5)
PREAVVIŻ TA’ PEDESTRIANS PEDESTRIANS XJUĦ, HANDICAPPED
(tista’ titwaħħal il-pjanċa  JEW GĦOMJA
"Ebda bankina għal ....... m")  (tista’ titwaħħal il-pjanċa
"Nies Xjuħ", "Għomja", 
  "Immankati")
(6)
ŻWIEMEL
G. Preavviż ta’ junction (għaqda ta’ toroq) bi pjanċa li tindika "Ieqaf" jew
"Agħti d-dritta"
8 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
bi pjanċa
jew
SINJAL LI WASAL JUNCTION (GĦAQDA 
TA’ TOROQ)
TAQSIMA II - SINJALI REGOLATORJI
Is-sinjali regolatorji jew sinjali li jagħtu istruzzjonijiet preċiżi, huma
maqsuma f’żewġ klassijiet, i.e., Projbitorji, i.e. li juru projbizzjoni, u Obbligatorji,
i.e. li juru obbligu.
Is-sinjali regolatorji jitqegħdu normalment fuq in-naħa tax-xellug tat-triq
jew fuq spazji ċentrali riżervati, jew f’posizzjonijiet oħra xierqa faċċata tat-traffiku,
u jistgħu wkoll jiġu ripetuti fuq in-naħa opposta tat-triq, u aktar ’il quddiem fl-istess
triq, jekk ikun meħtieġ. Jistgħu jitqegħdu jew qabel il-post jew fil-post fejn tibda jew
tispiċċa l-applikabbiltà  tagħhom kif inhu dettaljat iżjed ’il quddiem għall-kategorija
partikolari tagħhom.
Dawn is-sinjali jista’ jkollhom l-applikabbiltà  tagħhom kwalifikata permezz
ta’ iskrizzjonijiet jew figuri fuq pjanċi spjegattivi mdendla magħhom.
A. Projbitorji - Direzzjoni
Is-sinjali li ġejjin jipprojbixxu t-traffiku tal-vetturi fid-direzzjoni murija bis-
sinjali partikolari:
(a) Dawn is-sinjali jipprojbixxu t-traffiku milli jdur max-xellug, jew mal-lemin,
skond il-każ, u jitqegħdu kemm kemm ’il quddiem mid-dawra.
(1) (2)
MA HEMMX DAWRIEN  MA HEMMX DAWRIEN
GĦAX-XELLUG  GĦALL-LEMIN
(b) Dan is-sinjal jipprojbixxi t-traffiku milli jdawwar lura fid-direzzjoni opposta
fl-istess triq, u jitqiegħed fil-post fejn tapplika l-projbizzjoni. Jekk il-projbizzjoni
testendi tul it-triq kollha, dan jista’ jiġi muri permezz ta’ pjanċa mdendla tat-tip muri
bħala Nru. (4) jew (5) taħt il-paragrafu G ta’ din it-Taqsima ta’ l-Iskeda.
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 9
(3)
MA TISTAX IDDUR LURA
(ċ) Dan is-sinjal jipprojbixxi li jidħol it-traffiku fi triq jew f’parti minn triq u
jitqiegħed fil-post fejn tibda l-projbizzjoni.
(4)
EBDA DĦUL MINN DIN IN-NAĦA
(d) Dan is-sinjal jipprojbixxi l-mogħdija ta’ vetturi fi triq magħluqa għat-
traffiku kollu ta’ vetturi miż-żewġt itruf, u li fiha jistgħu jidħlu biss vetturi, bil-
prekawzjoni kollha meħtieġa, biex jiksbu aċċess in bona fide għal bini. Dan is-sinjal
jitqiegħed fil-post fejn tibda l-projbizzjoni. Il-ħinijiet li matulhom jista’ jkollhom
aċċess għal bini jistgħu jiġu murija permezz ta’ pjanċa mdendla tat-tip muri bħala
Nru. (10), (11) jew (12) taħt il-paragrafu G ta’ din it-Taqsima ta’ l-Iskeda.
(5)
IL-VETTURI KOLLHA PROJBITI
Tista’ titwaħħal pjanċa bil-kliem "ĦLIEF GĦALL-AĊĊESS" li jindikaw
eżenzjoni mill-projbizzjoni ta’ aċċess lejn bini jew art ma’ ġenb it-triq jew toroq
magħluqa, jew "ĦLIEF GĦAT-TAGĦBIJA" jew "ĦLIEF GĦAL KAROZZI TAL-
LINJA" jew kull kliem ieħor li jkun jindika eżenzjoni mill-projbizzjoni.
10 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
( e ) (6)
VETTURI BIL-MUTUR HUMA PROJBITI
(7)
VETTURI MIĠBUDA MINN BHEJJEM HUMA PROJBITI
B. Projbitorji - Kategoriji Speċjali
Dawn is-sinjali jipprojbixxu d-dħul fi triq jew f’partijiet minnha lil
kategorija speċjali ta’ nies li jużawha kif muri bil-figuri. Huma jitqegħdu fil-post
fejn tibda l-projbizzjoni.
(a)
(1)
EBDA BICYCLE
(b) Dan is-sinjal jipprojbixxi d-dħul fit-triq għat-tipi kollha ta’ vetturi bil-mutur
ħlief għal muturi, scooters jew mopeds.
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 11
(2)
EBDA VETTURI BIL-MUTUR
(ċ)
(3)
EBDA VETTURI TQAL
(d) Dan is-sinjal jipprojbixxi d-dħul fit-triq ta’ annimali li jkunu mirkuba jew
immexxija.
(4)
ŻWIEMEL HUMA PROJBITI
12 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
(e)
(5)
EBDA PEDESTRIAN
(f) (6)
DĦUL F’ŻONI TA’ PEDESTRIANS RISTRETT 
(TIPI ALTERNATTIVI)
Ċ. Projbitorji - Limitazzjoni
Dawn is-sinjali (jew sinjali simili b’figuri differenti) jipprojbixxu d-dħul fit-
triq lill-vetturi tal-wisa’ totali, jew għoli, jew piż gross bħala mgħobbi daqs jew iżjed
minn dawk murija bis-sinjal. Huma jitqegħdu fil-post fejn tibda l-projbizzjoni.
LIMITI TAL-WISA’  LIMITI TA’ L-GĦOLI  LIMITI TAL-PIŻ
D. Projbitorji - Għemil
Dawn is-sinjali (jew sinjali simili b’figuri differenti) jimponu ċerti
projbizzjonijiet ta’ egħmil kif murija bil-figura partikolari, u jitqegħdu fil-post fejn
tibda jew tispiċċa l-projbizzjoni, skond il-każ.
(a) L-ewwel sinjal jipprojbixxi lill-vetturi kollha milli jeċċedu l-limiti ta’
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 13
veloċità  murija fis-sinjal. Kemm-il darba s-sinjal ma jkunx imdendel mal-pjanċa ta’
l-isem ta’ area mibnija (f’liema każ il-projbizzjoni tkun tapplika għall-area kollha
mibnija), id-distanza li għaliha tapplika l-projbizzjoni tista’ tiġi murija permezz ta’
pjanċa mdendla tat-tip muri bħala Nru. (4) jew (5) taħt il-paragrafu G ta’ din it-
Taqsima ta’ l-Iskeda. It-tieni sinjal iħassar l-ewwel wieħed.
(1)(2)
LIMITI TA’ VELOĊITÀ   TMIEM TAL-LIMITI TA’ VELOĊITÀ
(b) L-ewwel sinjal jipprojbixxi lill-vetturi kollha milli jaqbżu xi vettura bil-
mutur, anke jekk dak jista’ jsir fuq in-nofs xieraq tat-triq. Id-distanza li għaliha
tapplika l-projbizzjoni tista’ tiġi murija permezz ta’ pjanċa mdendla tat-tip muri
bħala Nru. (4) jew (5) taħt il-paragrafu G ta’ din it-Taqsima ta’ l-Iskeda. It-tieni
sinjal iħassar l-ewwel wieħed.
(3)  (4)
MA TISTAX TAQBEŻ  TMIEM TAL-PROJBIZZJONI
 LI TAQBEŻ
(ċ) Dawn is-sinjali jipprojbixxu, fi gradi differenti, vetturi weqfin bejn kull
żewġ sinjali identiċi jew iżjed. Is-sinjal "Ma tistax tipparkja" jipprojbixxi li tħalli l-
vettura f’posizzjoni wieqfa għal żmien ta’ iżjed minn 10 minuti, jew, jekk pjanċa tat-
tip muri bħala Nru. (6) taħt il-paragrafu G ta’ din it Taqsima ta’ l-Iskeda tkun
imdendla mas-sinjal, għal żmien ta’ iżjed minn dak il-ħin kif muri fuq dik il-pjanċa.
Is-sinjal "Ma Tistax Tistenna" jipprojbixxi li tħalli l-vettura f’pożizzjoni wieqfa għal
żmien ta’ iżjed mill-minimu meħtieġ biex tħalli lil xi ħadd jinżel jew jitla’ fuq il-
vettura, u s-sewwieq milli jitlaq is-siġġu tas-sewqan jew milli jitfi l-makna. Is-sinjal
"Ma Tistax Tieqaf" jipprojbixxi li l-vettura tinġieb f’posizzjoni wieqfa għal koIlox,
ħlief minħabba forza maġġuri.
Is-sinjali jitqegħdu fuq in-naħa tat-triq li għaliha japplikaw, faċċata tad-
direzzjoni tat-traffiku, fil-post fejn tibda l-projbizzjoni, u jistgħu jiġu ripetuti meta
jkun meħtieġ, per eżempju, kull 180m jew wara salib it-toroq prinċipali. Is-sinjali
tat-truf għandu jkollhom pjanċi, tat-tip muri bħala Nru. (1) jew (2) taħt il-paragrafu
G ta’ din it-Taqsima ta’ l-Iskeda, imdendla magħhom li juru fejn tibda u fejn tispiċċa
l-projbizzjoni rispettivament. Is-sinjali li jirripetu l-projbizzjoni bejn it-truf għandu
jkollhom pjanċa, tat-tip muri bħala Nru. (3) taħt il-paragrafu G ta’ din it-Taqsima ta’
14 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
l-Iskeda, imdendla magħhom u l-projbizzjoni tkun isseħħ fuq iż-żewġ naħiet ta’
dawk is-sinjali.
Il-ġranet, ħinijiet, u kategoriji ta’ vetturi li relattivament għalihom il-
projbizzjoni dwar vetturi weqfin tkun isseħħ, kif ukoll il-kwalifiki jew eċċezzjonijiet
għall-istess, jistgħu jiġu murija permezz ta’ pjanċi, tat-tipi murija bħala Nru. (6), (7),
(8), (9), (10), (11), (12), (14) jew (15), skond il-paragrafu G ta’ din it-taqsima ta’ l-
Iskeda, imdendla mas-sinjal. Meta ma jkun hemm ebda pjanċa bħal dawn il-
projbizzjoni għandha titqies li tkun assoluta u fil-ħinijiet kollha.
Sinjal "Ma Tistax Tipparkja" jew sinjal "Ma Tistax Tistenna" għandu jkollu
l-forza ta’ sinjal "Ma Tistax Tieqaf" jekk ikollu pjanċa, tat-tip muri bħala Nru. (13)
taħt il-paragrafu G ta’ din it-Taqsima ta’ l-Iskeda, imdendla miegħu matul il-ħinijiet
murija fuq dik il-pjanċa.
(5) (6)  (7)
MA TISTAX TIPPARKJA  MA TISTAX TISTENNA  MA TISTAX TIEQAF
(d) L-ewwel sinjal jipprojbixxi l-użu ta’ sinjali akustiċi minn kull vettura bil-
mutur, ħlief f’emerġenza. Jekk is-sinjal ma jkunx imwaħħal mal-pjanċa ta’ l-isem ta’
area mibnija (f’liema każ il-projbizzjoni tapplika għall-area kollha mibnija) id-
distanza li fiha testendi l-projbizzjoni tista’ tiġi murija permezz ta’ pjanċa, tat-tip
muri bħala Nru. (4) jew (5) taħt il-paragrafu G ta’ din it-Taqsima ta’ l-Iskeda,
imdendla mas-sinjal. It-tieni sinjal iħassar l-ewwel wieħed.
(8)  (9)
MA TlSTAX IDDOQQ IL-HORN  TMIEM TAL-PROJBIZZJONI 
TAD-DAQQ TAL-HORN
(e) Is-sinjal li jindika TOW ZONE (Żona ta’ Rmonk) f’Nru. (10) juri li oġġett
ta’ ingombru ikun ipparkjat jew imħolli f’żona fejn jista’ jiġi rmunkat. L-għassa tal-
Pulizija u n-numru tat-telephone ta’ dik l-għassa, li jkunu jvarjaw, jindikaw skond il-
każ il-proċeduri li jkunu jridu jiġu segwiti għat-teħid lura ta’ dak l-oġġett.
Is-sinjal li jindika CLAMPING ZONE (Żona ta’ Klampjar) f’Nru. (11) juri li
l-vettura bil-mutur tkun ipparkjata jew imħollija f’żona fejn jistgħu jitwaħħlulha
klampi mar-roti. Avviż li jkun jindika l-proċeduri li jkunu jridu jiġu segwiti għat-
tneħħija tal-klamp jitwaħħal mal-windscreen tal-vettura bil-mutur.
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 15
Fiż-żewġ każijiet, iż-żona dejjem tiġi indikata bħala żona fejn MA TISTAX
TIEQAF.
(10) (11)
( f ) (12)
ŻONA TA’ VELOĊITÀ
(13)
LINJI SOFOR DOPPJI TA’ METRU TUL
(ALTERNATIVA GĦAT-TPINĠIJA TA’ LINJI SOFOR KONTINWI U MA 
JAQTGĦUX FIL-KANTUNIERI TAT-TOROQ) SABIEX JINDIKAW IŻ-ŻONA 
TA’ 5 METRI LI FIHA L-IPPARKJAR IKUN PROJBIT
16 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
(14)
ĦLIEF BIEX TAGĦTI SERVIZZ F’DIN IT-TRIQ
(15)
ĦLIEF BIEX TAGĦTI SERVIZZ
(JEW GĦAS-SIDIEN RESIDENTI) F’DIN IT-TRIQ
(16)
FEJN MA TISTAX TISTENNA FIL-PERJODU INDIKAT FIL-PARTI TA’ FUQ 
ĦLIEF B’DAWK IL-KUNDIZZJONIJIET MURIJA FIL-PARTI T’ISFEL
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 17
(17)
FEJN MA TISTAX TISTENNA ĦLIEF GĦAT-TRASPORT 
TAT-TFAL TA’ L-ISKOLA
(18)
MA TISTAX TISTENNA ĦLIEF BIEX TGĦABBI JEW TĦOTT
MIT-TNEJN SAS-SIBT (ESKLUŻI L-ĦDUD U FESTI PUBBLIĊI)
(IL-ĦINIJIET IVARJAW)
GĦALL-VETTURI KUMMERĊJALI BISS
(19)
MA TISTAX TISTENNA BEJN IS-7.00A.M. U NOFSINHAR
18 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
(20)
SINJALI ALTERNATIVI LI MA TISTAX TISTENNA F’ŻONI 
AMBJENTALMENT SENSITTIVI
E. Obbligatorji - Għemil
Dawn is-sinjali (jew sinjali simili b’figura, kliem jew numri differenti)
jimponu ċerti obbligi fuq vetturi jew nies li jużaw it-triq, kif speċifikat bis-sinjal
partikolari. Għandhom jitqegħdu kemm kemm ’il quddiem jew fil-post fejn
japplikaw.
(a) Dawn is-sinjali jimponu l-obbligu fuq kull vettura li tkun fuq triq sekondarja
qabel ma tidħol fi triq prinċipali, li tieqaf mal-linja trasversali singola u li ma taqbisx
il-linja trasversali singola b’dak il-mod jew f’dak il-ħin li tista’ tkun ta’ periklu lil xi
vettura oħra li tkun fuq it-triq prinċipali jew li tista’ tagħti lok li dik il-vettura l-oħra
jkollha tibdel il-veloċità  jew ir-rotta tagħha biex tevita li ssir kolliżjoni.
(1) (2)
IEQAF  IEQAF
(b) Is-sinjal li jintuża meta għandha tingħata d-dritta jimponi l-obbligu fuq il-
vetturi biex ma jibqgħux ħerġin fuq it-triq prinċipali lil hinn mil-linja trasversali,
magħrufa bħala l-linja li tindika li għandek tagħti d-dritta kif jidher fid-djagramma
(ib) tal-paragrafu B(b) tat-Taqsima IV ta’ din l-Iskeda, b’dak il-mod jew f’dak il-ħin
li jistgħu jkunu ta’ periklu lil xi vettura oħra li tkun fuq it-triq prinċipali jew li
jistgħu jagħtu lok li dik il-vettura l-oħra jkollha tibdel il-veloċità  jew ir-rotta tagħha
biex tevita li ssir kolliżjoni.
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 19
(3)
AGĦTI D-DRITTA
(ċ) Dan is-sinjal jintwera minn school crossing patrol bl-iskop li titwaqqaf kull
vettura sabiex it-tfal ikunu jistgħu jaqsmu xi triq. Is-sinjal jimponi obbligu fuq
vetturi sabiex ma jaqbżux lil hinn minnu, sakemm dan jitneħħa mill-istess school
crossing patrol.
(4)
SINJAL MURI MINN SCHOOL CROSSING PATROL 
BIEX IWAQQAF VETTURI
(d) Dan is-sinjal, li jitqiegħed fuq bċejjeċ dojoq tat-triq, jimponi l-obbligu fuq
il-vetturi kollha biex jagħtu d-dritta lit-traffiku li jkun riesaq mid-direzzjoni opposta
kif murija bi vleġġa sewda.
(5)
AGĦTl D-DRITTA LIT-TRAFFIKU 
MID-DIREZZJONI OPPOSTA
(e) L-ewwel sinjal jimponi l-obbligu fuq il-vetturi kollha biex jivvjaġġaw
b’veloċità  ta’ mhux anqas minn dik murija fuq is-sinjal (mingħajr ma jeċċedu xi
limiti ta’ veloċità  massima li tkun isseħħ). It-tieni sinjal iħassar l-ewwel sinjal.
20 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
(6)  (7)
VELOĊITÀ ’ MINIMA  JISPIĊĊA L-OBBLIGU TA’
VELOĊlTÀ  MINIMA
(f) Dan is-sinjal jimponi l-obbligu fuq il-vetturi kollha biex inaqqsu l-veloċità  u
jagħtu d-dritta lill-pedestrians li jkunu qed jaqsmu. Il-vetturi ma għandhomx
jgħaddu quddiem il-pedestrians li jkunu qegħdin jużaw dan il-passaġġ u lanqas ma
għandhom jieqfu fuq dan il-passaġġ meta jkunu għaddejjin wara traffiku miexi bil-
mod. Il-pedestrians għandhom jagħtu indikazzjoni ċara ta’ l-intenzjoni tagħhom li
ser jaqsmu t-triq, u għandhom jaqsmu malajr kemm jista’ jkun.
(8)
FEJN JAQSMU T-TRIQ IL-PEDESTRIANS 
(SINJAL TA’ POSlZZJONI)
(g) Dawn is-sinjali jindikaw il-postijiet fejn jieqfu l-karozzi tal-linja, li jistgħu
jieqfu biss f’dawk il-postijiet awtorizzati, u bir-rota tagħhom ta’ quddiem f’linja ma’
dak is-sinjal. Ebda vettura oħra ma tista’ tieqaf f’distanza ta’ 12 il-metru minn kull
naħa ta’ sinjal bħal dak, jew għall-istess distanza fuq in-naħa l-oħra tat-triq quddiem
xi sinjal bħal dan jekk il-karreġġata tkun anqas minn 9 metri wisa’.
(9) (10)
BUS STOP  NOL TAT-TARIFFA
F. Obbligatorji - Direzzjoni
Dawn is-sinjali jimponu l-obbligu lill-vetturi kollha dwar id-direzzjonijiet li
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 21
għandhom jittieħdu kif muri b’kull sinjal partikolari.
(a) Dawn is-sinjali jimponu l-obbligu lill-vetturi kollha biex idawwru fuq ix-
xellug jew fuq il-lemin, skond il-każ, malli jaslu f’salib it-toroq. Is-sinjali għandhom
jitqegħdu qabel salib it-toroq:
(1) (2)
DAWWAR MAX-XELLUG   DAWWAR MAL-LEMIN
(b) Dawn is-sinjali jimponu l-obbligu lill-vetturi kollha f’salib it-toroq biex
jieħdu d-direzzjoni speċifikata bis-sinjal partikolari, u għandhom jitqegħdu f’salib
it-toroq.
(3)  (4)  (5)
lMXI DRITT ’IL  MUR MAX-XELLUG  MUR MAL-LEMIN
QUDDIEM 
(ċ) Dan is-sinjal jimponi l-obbligu lill-vetturi kollha biex isegwu d-direzzjoni li
tibqa’ ddur ma’ l-island. Jitqiegħed kemm kemm ’il quddiem tad-daħla għar-
roundabout.
(6)
ROUNDABOUT
(d) Dawn is-sinjali jimponu l-obbligu lill-vetturi kollha dwar in-naħa li fuqha
għandhom iżommu meta jkunu resqin lejn traffic island, lejn refuge bollard jew
barriera fiżika oħra. Huma jitqegħdu f’tarf il-bidu ta’ l-island, eċċ.
