22 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
(7)  (8)
ŻOMM MAX-XELLUQ  ŻOMM MAL-LEMIN
(e) Dawn is-sinjali jimponu l-obbligu lill-vetturi kollha f’għaqda ta’ żewġ toroq
biex jieħdu waħda mid-direzzjonijiet alternattivi speċifikati bis-sinjal.
 (9)   (10)  (11)
MUR DRITT    MUR DRITT MUR MAX-XELLUG
JEW MAX-XELLUG  JEW MAL-LEMIN   JEW MAL-LEMIN
G. Noti spjegattivi
Dawn l-pjanċi (jew pjanċi simili bi kliem jew figuri differenti) huma
f’għamla rettangolari u jiġu mdendla taħt is-sinjal tat-traffiku li għalih jirriferixxu
b’eċċezzjoni tan-Nri. (1), (2) u (3) li jiġu mdendla mal-ġenb tas-sinjal. Huma jservu
biex jagħtu tagħrif supplimentari, jew kwalifiki, għas-sinjali billi jagħtu
istruzzjonijiet preċiżi meta dawk l-istruzzjonijiet ma jkunux assoluti.
Fuq il-pjanċi tal-ħinijiet li jirriferixxu għall-projbizzjoni fuq vetturi weqfin,
il-ħinijiet ta’ projbizzjoni huma murija bl-iswed fuq fond abjad jekk il-projbizzjoni
teskludi t-tagħbija u l-ħatt u bi sfond isfar jekk it-tagħbija u l-ħatt ikunu pprojbiti
wkoll. L-eċċezzjonijiet għal projbizzjoni huma murija fuq fond blu b’ittri bojod jekk
japplikaw għall-vetturi kollha, u b’ittri sofor jekk japplikaw għat-tagħbija u l-ħatt
biss. Dawn il-pjanċi tal-ħinijiet japplikaw għal ġranet tax-xogħol biss (fil-festi
pubbliċi mhemmx dik il-projbizzjoni) jekk il-pjanċi ma jkollhomx bordura ħamra,
f’liema każ l-applikabbiltà  tagħhom tiġi estiża għall-ġranet kollha tal-ġimgħa.
Pjanċi spjegattivi jistgħu wkoll jispeċifikaw il-kategoriji ta’ vetturi milquta
jew esklużi mill-projbizzjoni.
Kull żewġ pjanċi jew iżjed jistgħu jiġu kombinati fi pjanċa waħda.
(a) L-ewwel żewġ pjanċi juru fejn tibda u fejn tispiċċa l-projbizzjoni meta dik
il-projbizzjoni tapplika għal biċċa triq u li għaliha ma jkunx hemm sinjali terminali
ad hoc; it-tielet pjanċa turi l-projbizzjoni fuq kull naħa tas-sinjal relattiv.
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 23
(1)  (2)  (3)
BIDU  TMIEM  KONTINWITÀ  
TAL-PROJBIZZJONI  TAL-PROJBIZZJONI TAL-PROJBIZZJONI
(b) Dawn il-pjanċi jistgħu juru jew id-distanza li fiha jiltaqa’ sogru jew
istruzzjoni preċiża, jew id-distanza li fiha jestendi sogru jew istruzzjoni preċiża.
(4)  (5) 
PJANĊI TA’ DISTANZA
(ċ) Din il-pjanċa turi l-iżjed perijodu f’kull ħin li fihom il-vetturi jistgħtu
jitħallew f’posizzjoni wieqfa f’lok regolat minn sinjal tat-tip muri bħala Nru. (5) taħt
il-paragrafu D ta’ din it- Taqsima ta’ l-Iskeda, meta dak il-perijodu jkun iżjed mmn
għaxar minuti.
(6)
PJANĊA TAL-ĦIN (PERIJODU)
(d) Din il-pjanċa turi l-ħin li matulu tkun tapplika istruzzjoni preċiża. Meta tkun
tirriferixxi għall-projbizzjoni fuq vetturi weqfin, ma tinkludix it-tagħbija u l-ħatt fil-
projbizzjoni, kemm-il-darba dik it-tagħbija u ħatt tkun qed issir b’ħeffa, u ma
jddumx iżjed minn 30 minuta f’xi siegħa.
(7)
PJANĊA TAL-ĦIN
(e) Din il-pjanċa turi l-ħin li matulu l-projbizzjoni fuq vetturi weqfin tkun
tapplika anke relattivament għal tagħbija u ħatt.
(8) 
PJANĊA TAL-ĦIN
INKLUŻI TAGĦBIJA U ĦATT
24 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
(f) Din il-pjanċa turi l-ħinijiet li matulhom
(i) il-projbizzjoni kif hemm fis-sub-paragrafu (d) ta’ dan il-paragrafu, u 
(ii) il-projbizzjoni kif hemm fis-sub-paragrafu (e) ta’ dan il-paragrafu,
japplikaw meta l-ħinijiet li matulhom dawn iż-żewġ projbizzjonijiet ma jkunux
jaqblu.
(9)
PJANĊA TAL-ĦIN KOMBINATA
(g) Din il-pjanċa turi l-ħin li matulu l-projbizzjoni fuq vetturi weqfin tkun
sospiża.
(10)
PJANĊA TAL-ĦIN PERMESS
(h) Din il-pjanċa għandha l-istess tifsir bħal dik ta’ qabilha ħlief li s-sospensjoni
tal-projbizzjoni tapplika biss għall-vetturi li jkunu fil-fatt jgħabbu jew iħottu.
(11)
PJANĊA TAL-ĦIN PERMESS
GĦAT-TAGĦBIJA U GĦALL-ĦATT
(i) Din il-pjanċa, jiġifieri burdura ħamra mad-dawra tat-truf tal-pjanċi murija
bħala Nri. (7) sa (11) taħt dan il-paragrafu, turi li l-istruzzjonijiet mogħtija b’dawk
il-pjanċi jkunu jaħdmu wkoll fil-festi pubbliċi.
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 25
(12)
PJANCI TAL-ĠIMGĦA KOLLHA
(j) Din il-pjanċa turi li, matul il-ħin speċifikat fuqha, ma jkunx permess lill-
vetturi jieqfu fi triq li fiha f’ħinijiet oħra ma jkunx permess biss li vetturi jipparkjaw
jew jistennew.
(13)
TRIQ LIBERA F’ĦINlJIET TA’ TRAFFIKU QAWWI
(k) Din il-pjanċa tfisser il-kategorija ta’ vetturi milquta mid-disposizzjonijiet ta’
sinjal li juri istruzzjoni preċiża meta dawk id-disposizzjonijiet ma jkunux assoluti.
(14)
PJANĊA TAL-KATEGORlJA
(l) Din il-pjanċa turi l-kategorija ta’ vetturi esklużi mid-disposizzjonijiet ta’
sinjal li juri istruzzjoni preċiża.
(15)
PJANĊA TAL-KATEGORIJA PERMESSA
(m) Dawn il-pjanċi li jistgħu jitwaħħlu taħt sinjali ta’ twissija, jindikaw ix-xorta
ta’ riskju ta’ periklu.
26 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
(16)  (17)
li titwaħħal mas-sinjal (2) muri  li titwaħħal mas-sinjal (2) muri
fil-paragrafu F tat-Taqsima I fil-paragrafu F tat-Taqsima I
(18) (19)
li titwaħħal mas-sinjal (2) muri li titwaħħal mas-sinjali (2) u (4) 
fil-paragrafu F tat-Taqsima I murijin fil-paragrafu F tat-Taqsima I
(20) (21)
li titwaħħal mas-sinjal (8) muri fil-
jew  paragrafu E tat-Taqsima I
jew
TAQSIMA III - IS-SINJALI INFORMATTIVI
Is-sinjali informattivi huma normalment f’għamla rettangolari u għandhom
ittri bojod fuq sfond blu. Eċċezzjonalment huma jistgħu jinkludu figuri ħomor li juru
periklu possibbli. Klassi speċjali ta’ sinjali informattivi dwar postijiet individwali
jew bini ta’ interess turistiku partikolari għandha ittri suwed bi sfond isfar. Is-sinjali
murija bħala tipi Nri. (1) u (2) taħt il-paragrafu A ta’ din it- Taqsima ta’ l-Iskeda
huma differenti.
Is-sinjali informattivi huma prinċipalment imqegħda biex jgħinu lil min juża
t-triq dwar l-għażla tar-rotti, l-ismijiet u l-posizzjonijiet ta’ bliet u rħula jew
lokalitajiet u postijiet oħra ta’ interess, faċilitajiet ta’ parkjar u faċiltajiet oħra, kif
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 27
ukoll dwar it-tagħrif l-ieħor meta kieku jistgħu jinqalgħu diffikultajiet oħra.
A. Egħmil
Dawn is-sinjali jagħtu ċertu tagħrif kif wieħed għandu jġib ruhu kif
speċifikat b’kull sinjal partikolari, u jitqegħdu fl-aktar posizzjoni xierqa biex it-
tagħrif mogħti jsir użu minnu mill-vetturi.
(a) L-ewwel sinjal jagħti t-tagħrif li t-traffiku fuq dik it-triq għandu preċedenza
fuq it-traffiku li jkun qed jaqsam minn triqat oħra. Dan is-sinjal għandu jitqiegħed
fil-bidu tat-triq li tgawdi l-preċedenza u jista’ jiġi ripetut f’salib it-toroq. It-tieni
sinjal iħassar l-ewwel wieħed.
(1) (2)
PREĊEDENZA FUQ TRAFFIKU  TMIEM TAL-PREĊEDENZA
TRAVERSANTI 
(b) Dan is-sinjal jagħti t-tagħrif illi t-traffiku mid-direzzjoni fuq il-faċċata tas-
sinjal għandu l-preċedenza fuq it-traffiku li jkun ġej mid-direzzjoni opposta matul
bċejjeċ dojoq tat-triq fejn linja waħda tat-traffiku tista’ tgħaddi b’sigurezza.
(3)
PREĊEDENZA FUQ TRAFFIKU MID-DIREZZIONI OPPOSTA
(ċ) Dan is-sinjal javża li t-triq ma hijiex triq  li tinfed u jitqiegħed fl-aħħar pont
li fih ikun hemm direzzjoni alternattiva.
(4)
CUL-DE-SAC
28 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
(d) Dan is-sinjal jindika illi l-ewwel triq ta’ salib it-toroq lejn ix-xellug ma
hijiex triq li tinfed. Forma modifikata ta’ dan is-sinjal tista’ tiġi wżata biex tindika
triq li ma tinfidx lejn il-lemin.
(5)
CUL-DE-SAC FUQ IX-XELLUG
(e) Dan is-sinjal juri triq li tista’ tintuża minn tractors bil-mutur bil-karrelli,
minn vetturi kummerċjali mill-kbar, u minn vetturi kummerċjali oħra li jkunu
mgħobbija b’container. Dik it-triq ma tistax tintuża għal hekk matul il-ħinijiet
murija fuq il-pjanċa mwaħħla taħtu.
B. Indikazzjoni
Dawn is-sinjali jagħtu informazzjoni ta’ xorta ġenerali dwar il-postijiet ta’
parkjar, stands tat-taxis u tal-karrozzini, sptarijiet u faċilltajiet oħra u jista’ jkollhom
magħhom pjanċi spjegattivi biex l-informazzjoni tkun aktar ċara.
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 29
(a) L-ewwel sinjal javża illi l-post huwa post ta’ parkjar awtorizzat. Pjanċi
spjegattivi jistgħu jillimitaw id-dewmien ta’ parkjar jew il-ħinijiet ta’ parkjar
awtorizzat kif ukoll jispeċifikaw il-kategoriji ta’ vetturi permessi jew le. F’dawk il-
lokalitajiet il-vetturi għandhom ikunu ipparkjati f’parking bays, jekk ikun hemm,
jew kif ordnati mill-attendant ta’ parkjar awtorizzat. It-tieni u t-tielet sinjali
jindikaw il-prossimità  ta’ postijiet ta’ parkjar lejn ix-xellug jew lejn il-lemin tas-
sinjal, skond il-każ.
(1)  (2)  (3)
POST TA’ PARKJAR  POST TA’ PARKJAR  POST TA’ PARKJAR 
LEJN IX-XELLUG LEJN IL-LEMIN
(b) Dan is-sinjal javża illi hemm sptar fil-viċinanza. ll-vetturi għandhom jiġu
misjuqa bl-anqas ħsejjes possibbli.
(4)
SPTAR
(ċ) Dawn is-sinjali javżaw illi l-post huwa riservat bħala stand tat-taxis jew
karrozzini, skond il-każ, u li ebda vettura oħra ma tista’ tipparkja hemmhekk. Pjanċi
jistgħu jitwaħħlu ma’ dawn is-sinjali li jispeċifikaw in-numru ta’ taxis jew
korrozzini, skond il-każ, li għalihom issir ir-riserva.
(5) (6)
STAND TA’ TAXI STAND TA’ KARROZZINI
(d) Dan is-sinjal jagħti t-tagħrif li post huwa riżervat għall-ipparkjar ta’ vetturi
li jkollhom il-permess "handicapped" imwaħħal mal-windscreen tagħhom.
30 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
(7)
POST GĦALL-PARKING RIŻERVAT GĦAL DAWK 
BISS LI GĦANDHOM IL-BADGE "HANDICAPPED".
( e ) (8)
VETTURI JISTGĦU JIPPARKJAW PARZJALMENT 
FIT-TARF TAL-BANKINA JEW FUQHA
(9)
FEJN TISPIĊĊA Ż-ŻONA FEJN VETTURI JISTGĦU JIPPARKJAW 
PARZJALMENT 
FIT-TARF TAL-BANKINA JEW FUQHA
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 31
(10)
VETTURI JISTGĦU JIPPARKJAW FIT-TARF TAL-BANKINA 
JEW FUQHA FIL-ĦINIJIET INDIKATI
Ċ. Ismijiet ta’ postijiet u direzzjoni
Dawn is-sinjali jagħtu informazzjoni dwar id-direzzjonijiet, rotti jew
ismijiet ta’ postijiet, kif speċikati bis-sinjali partikolari. Jistgħu jkunu supplementati
bi pjanċi spjegattivi.
(a) Dawn is-sinjali jindikaw f’forma ta’ dijagramma (tip ta’ mappa jew ta’
stack) id-direzzjonijiet disponibbli f’salib it-toroq u d-destinazzjonijiet tagħhom.
Normalment, l-uniku isem ta’ destinazzjoni mogħti lil kull direzzjoni hija dik ta’ l-
ewwel lokalità  importanti, iżda din tista’ tiġi supplementata jew rimpjazzata bl-isem
ta’ lokalità  aktar importanti aktar ’il bogħod. Dawn is-sinjali jitqegħdu f’distanza
xierqa ’l quddiem minn salib it-toroq.
(b) Dawn is-sinjali huma f’għamla ta’ vleġġa u juru r-rotta għal-lokalità
partikolari. Huma jitqegħdu f’dawk il-fergħat jew ħdejn dawk il-fergħat tas-slaleb it-
toroq importanti li jagħtu għalihom.
(1)  (2) (3)
SINJALI TA’ PREAVVIŻ TA’ DIREZZJONI
SINJALI TAR-ROTTA
(ċ) Dawn is-sinjali jindikaw l-isem tal-belt jew tar-raħal jew ta’ lokalità  oħra
mfissra sewwa, u jitqegħdu fil-viċinanza immedjata tagħhom.
32 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
ISMIJIET TA’ POSTIJIET
D. Postijiet ta’ interess turistiku
Dawn is-sinjali huma identiċi għas-sinjali korrispondenti taħt il-paragrafu Ċ
ta’ din it-Taqsima ta’ l-Iskeda, ħlief li jirriferixxu għal postijiet jew bini individwali,
jew għal postijiet partikolari f’belt jew f’raħal, li huma meqjusa ta’ interess
potenzjali għat-turisti u għall-viżitaturi.
SINJALI TAR-ROTTA
ISMIJIET TA’ POSTIJIET
E. Sinjali oħra ta’ direzzjonijiet
(1) (2)
DIREZZJONI LEJN  DIREZZJONI LEJN 
PARKJAR LIBERU  FAĊILITAJIET SANITARJI
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 33
(3)
DIREZZJONI LEJN VAPUR LI JĠORR 
IL-KAROZZI (għandha titwaħħal pjanċa li tkun turi l-isem tal-port).
TAQSIMA IV - MARKI TAL-KARREĠĠJATA
A. Linji lonġitudinali
(i)
(ii) 
(i)  LINJA BAJDA KONTINWA (Linja fin-nofs)
Il-vetturi għandhom iżommu fuq ix-xellug ta’ din il-linja u ma għandhomx
isuqu fuqha, jew b’rota ’l hawn u b’rota ’l hemm, minn dik il-linja, ħlief fiċ-
ċirkostanzi li ġejjin u meta ma jkunx hemm periklu biex jagħmlu hekk:
(a) sabiex tilħaq bini biswit, kemm-il darba ma jkunx hemm sinjal li
jipprojbixxi li ddur lejn il-lemin;
(b) sabiex tidħol fi triq biswit, kemm-il darba ma jkunx hemm sinjal li
jipprojbixxi li ddur lejn il-lemin.
34 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
(ii) LINJA BAJDA DOPPJA KONTINWA (Linja tan-nofs fuq triqat b’aktar minn
mogħdija waħda)
Id-disposizzjonijiet dwar linji bojod kontinwi japplikaw għall-linji bojod
doppji u kontinwi.
( a )
( b )
(ċ)
(iii) LINJA BAJDA MHUX KONTINWA (Linja ta’ mogħdija)
Il-vetturi għandhom isuqu ġewwa l-mogħdija murija b’dawk il-linji u ma
għandhomx jinsaqu fuqha jew b’rota ’l hawn u rota ’l hemm fuq dawk il-linji jew
jiġġiraw fil-mogħdijiet markati b’dawk il-linji.
(a) Meta l-karreġġjata tkun maqsuma b’linja bajda mhux kontinwa f’żewġ
mogħdijiet kif hemm fid-disinn (a), il-vetturi għandhom iżommu ġewwa l-mogħdija
fuq ix-xellug tagħhom ħlief biex jaqbżu vettura oħra.
(b) Meta l-karreġġjata tkun maqsuma fi tliet mogħdijiet b’marki ta’ mogħdija
kif hemm fid-disinn (b), ebda vettura ma għandha tinsaq fil-mogħdija tan-nofs ħlief -
(i) bl-iskop li taqbeż vettura oħra, jew
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 35
(ii) bl-iskop li ddur fuq in-naħa tal-lemin,
meta dan jista’ jsir b’sikurtà  wara li jittieħed kont tat-traffiku fuq iż-żewġ naħat:
Iżda ebda vettura ma għandha tinsaq fil-mogħdija tan-nofs għal distanza
akbar milli jkun assolutament meħtieġ biex taqbeż vettura oħra jew biex tieħu
posizzjoni qabel jew wara li ddur fuq in-naħa tal-lemin.
(ċ) Meta l-karreġġjata tkun maqsuma f’erba’ mogħdijiet kif hemm fid-disinn
(ċ)-
(i) il-vetturi għandhom jinsaqu fil-mogħdija speċifikata b’dawk il-linji u
ma għandhiex tinsaq fuq dawk il-linji jew b’rota ’l hawn u rota ’l hemm
jew toqgħod tgħaddi minn mogħdija għall-oħra immarkati b’dawk il-
linji;
(ii) il-vetturi għandhom jinżammu fil-mogħdija immarkata b’dawk il-linji li
jkunu l-aktar qrib tal-bankina u għandhom biss jużaw il-mogħdija ta’
barra biex jaqbżu vettura oħra jew biex jieħdu posizzjoni qabel jew
wara li jduru lejn il-lemin, iżda ebda vettura ma għandha tmur minn
mogħdija għal oħra jekk dan ma jkunx jista’ jsir b’sikurtà  wara li
jittieħed kont ta’ kull vettura oħra li tkun miexja fil-mogħdija l-oħra;
(iii) f’kundizzjonijiet ta’ traffiku imxi-ieqaf, il-vetturi fil-mogħdija ta’ ħdejn
il-bankina jistgħu jimxu b’veloċità  akbar minn dawk fil-mogħdija ta’
barra.
(iv)
(iv) LINJA BAJDA KONTINWA B’WAĦDA MHUX KONTINWA 
(Linja tan-nofs f’liwjiet jew f’salib it-toroq)
Il-vetturi jastgħu biss jinsaqu ’l hemm minn dawk il-linji min-naħa tal-linja
mhux kontinwa għan-naħa l-oħra tal-karreġġjata; iżda ebda vettura fuq in-naħa tal-
linja kontinwa ma għandha tinsaq ’l hemm minn dik il-linja, u ebda vettura ma
għandha tinsaq fuq jew b’rota ’l hawn u rota ’l hemm minn dawk il-linji.
(v)
(v) LINJA TAL-KONFINI TAL-KARREĠĠJATA (Safra)
36 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
Il-vetturi ma għandhomx jinsaqu  fuq, jew b’rota ’l hawn u rota ’l hemm
minn dawk il-linji.
B. Linji trasversali
(i)
(i) LINJA TA’ WAQFIEN (Bajda)
(a) Din il-linja timponi l-obbligu fuq kull vettura li tkun fuq triq sekondarja
qabel ma tidħol fi triq prinċipali, li tieqaf mal-linja trasversali singola qabel ma r-
roti ta’ quddiem jilħqu dik il-linja trasversali, u li ma taqbisx dik il-linja b’dak il-
mod jew f’dak il-waqt li tista’ tkun ta’ periklu lil xi vettura oħra li tkun fuq it-triq
prinċipali jew li tista’ tagħti lok li dik il-vettura l-oħra jkollha tibdel il-veloċità  jew
ir-rotta tagħha biex tevita li ssir kolliżjoni.
(ia)
LINJA TRASVERSALI TA’ WAQFIEN
(b) Il-linja li tintuża meta għandha tingħata d-dritta timponi l-obbligu fuq il-
vetturi biex ma jibqgħux ħerġin fuq it-triq prinċipali lil hinn minnha, b’dak il-mod
jew f’dak il-ħin li jistgħu jkunu ta’ periklu lil xi vettura oħra li tkun fit-triq prinċipali
jew li jistgħu jagħtu lok li dik il-vettura l-oħra jkollha tibdel il-veloċità  jew ir-rotta
tagħha biex tevita li ssir kolliżjoni.
(ib)
LINJA TRASVERSALI TA’ META GĦANDHA TINGĦATA D-DRITTA
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 37
(ċ) Din il-linja trasversali titqiegħed f’salib it-toroq hekk kif wieħed joqrob lejn
roundabout u timponi l-obbligu fuq il-vetturi biex ma jaqbżux lil hinn mil-linja għal
fuq il-karreġġjata ta’ madwar ir-roundabout b’dak il-mod jew f’dak il-ħin li jistgħu
jkunu ta’ periklu lil xi vettura oħra li tkun fil-karreġġjata madwar ir-roundabout jew
li jistgħu jagħtu lok li dik il-vettura l-oħra jkollha tibdel il-veloċità  jew ir-rotta
tagħha biex tevita li ssir kolliżjoni.
(iċ)
AGĦTI D-DRITTA LIT-TRAFFIKU LI JINSAB FUQ IL-KARREĠĠJATA 
MADWAR IR-ROUNDABOUT
(d) Il-vetturi għandhom jinsaqu bil-mod meta jersqu lejn dawk il-marki u ma
għandhomx jinsaqu quddiem xi pedestrian li jkun qed jagħmel użu minn dak il-post
fejn in-nies jistgħu jaqsmu t-triq.
(ii)
(d) POST FEJN IN-NIES JISTGĦU JAQSMU T-TRIQ
(iii)
BELISHA BEACONS CROSSING
(e) Il-vetturi ma jistgħux jipparkjaw jew jistennew fiż-żona markata biż-żigżag 
fuq in-naħa viċin ta’ fejn jistgħu jaqsmu n-nies.
38 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
(iv)
(iv) SINJAL TA’ WAQFIEN GĦALL-QSIM FI TRIQ
(f) is-sinjali ħomor jixgħelu u jitfu jfissru l-projbizzjoni li t-traffiku ta’ vetturi
ma’ għandux ikompli miexi ’l hemm mil-linja ta’ waqfien fuq karreġġata; u s-sinjal
ambra jfisser il-probizzjoni li t-traffiku ta’ vetturi ma għandux ikompli miexi ’l
hemm mil-linja ta’ waqfien ta’ karreġġata, ħlief għal vettura li tkun tant viċina tal-
linja ta’ waqfien li ma tkunx tista’ tiġi mwaqqfa b’sigurezza mingħajr ma tkompli
sejra ’l hinn mil-linja ta’ waqfien.
Ċ. Marki oħra
(a)(i)
(b)
(c)
(i) BUS BAYS (Linji Bojod jew Strixxa Safra jew Strixxa Mqabbża)
Il-motor omnibuses għandhom jinsaqu ġewwa l-area murija bil-linji u l-
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 39
bankina kull meta jkunu resqin lejn il-bus stop jew il-fare stage sabiex jinżlu jew
jitilgħu l-passiġġieri, jew meta jkunu weqfin ħdejhom, u, meta jkunu mixjin minn
ħdejhom, ma għandhomx jinsaqu fuqha, b’rota ’l hawn u rota ’l hemm tal-linja
lonġitudinali, jew fuqha.
Il-vetturi, li ma jkunux motor omnibus, ma għandhomx jieqfu ġewwa l-area
bejn il-linja lonġitudinali u l-bankina.
L-istess regoli għandhom jgħoddu fil-każ ta’ strixxa safra jew strixxa
mqabbża markata fuq il-karreġġjata ħdejn bus stop jew fare stage kif hemm fid-
disinji (b) u (ċ).
(ii)
(ii) LINJI TA’ AVVERTIMENT DWAR OSTAKOLU JEW
LINJI TA’ DELL DWAR OSTAKOLU
Il-vetturi ma għandhomx jinsaqu fuq jew ’l hemm minn dawk il-linji fuq l-
area magħluqa b’dawk il-linji ħlief f’emerġenza  jew meta ordnati biex jagħmlu hekk
mill-Pulizija.
(iii)
(iii) VLEĠEĠ TA’ DIREZZJONI
Il-vetturi mixjin matul il-mogħdija li jkun fiha dawn il-vleġeġ ma
għandhomx, meta jaslu f’salib it-toroq jew f’għaqda ta’ toroq, jimxu f’xi direzzjoni
oħra ħlief dik murija bil-vleġeġ.
40 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
(iv)
(iv) PARKING BAYS (Linji kontinwi jew mhux kontinwi bojod jew sofor)
Il-vetturi għandhom jiġu pparkjati, kemm jista’ jkun, ġewwa l-ispazju għall-
ipparkjar b’dan li jidħlu fin-nofs tal-bays.
Fil-każ ta’ bays ta’ daqsijiet diversi, il-vetturi għandhom jiġu ipparkjati,
kemm jista’ jkun, ġewwa l-bay xieraq skond id-daqs tagħhom.
(v)
(v) KAXXA KWADRA
Din il-marka tal-karreġġata tinsab f’postijiet fejn it-traffiku jaqsam wieħed
lill-ieħor.
Vettura ma għandha, taħt ebda ċirkostanza, titwaqqaf fuq marki bħal dawn
u, jekk ikun meħtieġ li l-vettura titwaqqaf quddiemhom, ebda parti tal-vettura ma
għandha tibqa’ jew testendi, fuq dawn il-marki.
(vi) 
RIŻERVAT
(vi) Din il-marka tal-karreġġjata tinsab f’postijiet fejn l-ipparkjar ta’ vetturi jkun
riżervat għal skopijiet speċjali, eż., quddiem Ministeri, dipartimenti tal-gvern jew
lukandi.
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 41
(vii)
MA TISTAX TISTENNA MA TISTAX TIEQAF
(vii) Il-linji sofor (viia) u (viib) għandhom jitpinġew fit-tarf tal-karreġġjata
rispettivament minflok is-sinjali (6) u (7) fis-subparagrafu (ċ) tal-paragrafu D tat-
Taqsima II ta’ din l-Iskeda u għandu jkollhom it-tifsir tas-sinjali msemmijin (6) u (7)
rispettivament.
(viii)
(viii) Il-linja safra li jkollha l-kliem SKOLA - ŻOMM LIBERU jew il-kliem
SPTAR, jew STAZZJON TA’ L-AMBULANZI jew STAZZJON TAT-TIFI TAN-
NAR, jew l-isem ta’ xi bini bħal dan u l-kliem ŻOMM LIBERU għandha tindika lit-
traffiku tal-vetturi dik il-parti tal-karreġġata li tiġi fuq barra ta’ skola jew bini ieħor
simili msemmi li għandha tinżamm libera minn vetturi weqfin.
(ix)
(ix) jindika li tkun qegħda toqrob għaqda ta’ toroq li fiha jew ma’ ġenbha
jitqiegħdu sinjal IEQAF u linja trasversali ta’ waqfien.
42 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
(x)
(x) jindika li tkun qegħda toqrob għaqda ta’ toroq li fiha jew ma’ ġenbha
jitqiegħed sinjal li għandha tingħata d-dritta.
(xi)
(xi) jindika li hemm possibilità  kbira ta’ periklu aktar ’il quddiem u li għalhekk
jeħtieġ li wieħed isuq b’attenzjoni.
(xii)
(xii) jindika dik il-parti tal-karreġġjata li għandha tinżamm libera minn vetturi
weqfin.
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA ġ L.S.65.05 43
(xiii)
(xiii) jindika li t-traffiku għandu jibqa’ miexi biss fid-direzzjoni tal-vleġġa.
(xiv)
(xiv) jindika li t-traffiku jrid ta’ bilfors idur lejn il-lemin.
(xv)
(xv) jindika li t-traffiku jrid ta’ bilfors idur lejn ix-xellug.
44 L.S.65.05 ħ
SINJALI TAT-TRAFFIKU U 
L-MARKI TAL-KARREĠĠATA
(xvi)
(xvi) mod ieħor li jindika li ebda vettura ma tista’ tidħol f’dik il-parti ta’ triq jew
karreġġjata.
TAQSIMA V - INTERPRETAZZJONI
Għall-finijiet ta’ din l-Iskeda -
"triq sekondarja" tfisser triq jew għaqda ta’ toroq fuq liema triq jitqiegħdu
sinjali li jindikaw li wieħed għandu jew jieqaf, jew jagħti d-dritta;
"triq prinċipali" tfisser it-triq f’għaqda ta’ toroq li ġo fiha joħroġ it-traffiku
tal-vetturi ġejjin minn triq sekondarja.
