TRACTORS BIL-MUTUR ġ L.S.65.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.08
REGOLAMENTI DWAR TRACTORS BIL-MUTUR
14 ta’ Mejju, 1979
L-AVVIŻ LEGALI 50 ta’ l-1979, kif emendat bl-Avviżi Legali 61 ta’ l-
1979, 62 ta’ l-1981, 4 ta’ l-1985, 45 ta’ l-1993, 135 ta’ l-1998, u 82 u 406
ta’ l-2003.
Titolu.
Tractors bil-Mutur.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 62 ta’ l-1981;
A.L. 135 ta’ l-
1998;
A.L. 82 ta’ l-2003.
2. F’dawn ir-Regolamenti, kemm-il darba il-kuntest ma
jeħtieġx xort’oħra -
"area jew stazzjon tad-Dwana" tfisser kull area stabbilita bħala
area tad-Dwana jew bħala stazzjon tad-Dwana mill-Kontrullur tad-
Dwana;
"container" tfisser kull tagħmir għat-trasport maħsub biex fih
ikollu merkanzija mportata f’Malta jew esportata minn Malta, u li
ma jkunx jesgħa inqas minn metru kubu, u jinkludi tank li jista’
jinġarr jew kull struttura oħra simili li tesgħa l-istess;
"konsenja fi groupage" tfisser konsenja konsolidata ta’ prodotti
mgħobbija fuq trailer, vettura kummerċjali mill-kbar, jew vetturi
kummerċjali oħra mgħobbija b’container u ddestinata għal aktar
minn importatur wieħed;
"karrella" tfisser kull vettura mingħajr qawwa mekkanika tagħha
stess magħmula biex tinġibed minn vettura bil-mutur u maħsuba
biex iġġorr merkanzija u li tkun tiflaħ iġġorr iżjed minn tliet
tunnellati metriċi, meta dik il-merkanzija tkun qed tinġarr wara li
tkun ġiet importata jew sabiex tiġi esportata;
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tal-Pulizija u tinkludi,
barra milli fir-regolament 6, 7, 10 u 12 ta’ dawn ir-Regolamenti,
kull uffiċjal tal-pulizija awtorizzat minnu biex jaġixxi minfloku;
"tractor bil-mutur" tfisser kull vettura bil-mutur li ma hijiex
mibnija b’mod li hi stess iġġorr xi tagħbija, iżda li hi maħsuba li
tiġbed xi karrella;
S.L. 65.11
Vetturi bil-Mutur;
"vettura kummerċjali" tfisser kull vettura bil-mutur mibnija jew
adattata għall-użu għall-ġbid jew għall-ġarr ta’ merkanzija jew ta’
tagħbija ta’ kull xorta jew deskrizzjoni li tkun twila b’kollox inqas
minn disa’ metri;
"vettura kummerċjali mill-kbar" tfisser kull vettura kummerċjali
mibnija jew adattata għall-użu għall-ġbid jew għall-ġarr ta’
merkanzija jew ta’ tagħbija ta’ kull xorta jew deskrizzjoni li tkun
twila b’kollox mhux inqas minn disa’ metri, u tinkludi kull tractor
bil-mutur maħsub biex jiġbed xi karrella li tkun tiflaħ iġġorr iżjed
minn għaxar tunnellati metriċi, u kull mixer tal-konkrit mobbli li
jkun jiflaħ iġorr iżjed minn għoxrin tunnellata metrika.
2 L.S.65.08 ħ TRACTORS BIL-MUTUR
Tractors bil-mutur 
u karrelli jkunu 
reġistrati u 
liċenzjati.
3. Ebda tractor bil-mutur u ebda karrella, f’kull każ jekk
ikunu proprjetà  ta’ jew imħaddma minn persuna li normalment
tirrisjedi f’Malta, ma għandhom jintużaw fit-triq kemm-il darba ma
jkunux reġistrati mal-Kummissarju u kemm-il darba ma jkollhomx
liċenza maħruġa minnu.
Reġistrazzjoni u 
ħruġ ta’ liċenza.
4. (1) Il-Kummissarju m’għandux la jirreġistra u lanqas
jagħti liċenza għal xi tractor bil-mutur, xi karrella, xi vettura
kummerċjali jew xi vettura kummerċjali mill-kbar, jekk ma jkunx
sodisfatt li dak it-tractor, dik il-karrella, dik il-vettura kummerċjali
jew dik il-vettura kummerċjali mill-kbar, skond il-każ, ma ikunux
skond l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa bil-livelli internazzjonali u
jekk ma jkunux ċertifikati li mekkanikament u strutturalment huma
f’kundizzjoni tajba minn inġinier approvat għal hekk mill-
Kummissarju.
(2) Jekk f’xi żmien il-Kummissarju jsir jaf li t-tractor, il-
karrella, il-vettura kummerċjali jew il-vettura kummerċjali mill-
kbar ma tkunx għadha iżjed taqbel ma’ xi waħda mill-
kundizzjonijiet imsemmija fis-sub-regolament (1) ta’ dan ir-
regolament, il-Kummissarju għandu jirtira l-liċenza relattiva.
Żbark ta’ tractors 
bil-mutur u karrelli 
eċċ.
5. Ebda tractor bil-mutur, karrella, vettura kummerċjali u
vettura kummerċjali mill-kbar ma titħalla tiġi żbarkata f’Malta jekk
ma jkollhiex ċertifikat dwar min hu l-proprjetarju u li jkun fih in-
numru tal-makna (meta hemm bżonn), in-numru tax-chassis, il-piż
gross bit-tagħbija, il-piż ta’ l-axle u dawk il-partikolaritajiet l-oħra
li l-Kummissarju minn żmien għal żmien jista’ jeħtieġ.
Tul massimu 
b’kollox u piż 
massimu gross.
Emendat:
A.L. 61 ta’ l-1979; 
A.L. 4 ta’ l-1985.
6. (1) Ebda tractor bil-mutur u karrella u ebda vettura
kummerċjali mill-kbar ma għandha titħalla tinsaq fuq xi triq
f’Malta jekk it-tul massimu b’kollox tagħha jkun izjed minn
tmintax-il metru, jew jekk il-piż totali gross bit-tagħbija tagħha
jkun iżjed minn tnejn u tletin tunnellata metrika, fil-każ ta’ vetturi
bi tliet axles jew iżjed jew ħamsa u għoxrin tunnellata metrika fil-
każ ta’ vetturi b’inqas minn tliet axles:
Iżda l-Kummissarju jista’, f’każijiet eċċezzjonali u jekk
jingħataw raġunijiet tajba, jagħti permess li jekk vettura jkollha piż
totali gross bit-tagħbija iżjed minn hekk, din tkun tista’ tinsaq fit-
toroq f’Malta b’dawk il-kundizzjonijiet li jidhirlu xieraq li jimponi.
L.S. 35.09
(2) Jekk xi membru tal-Korp tal-Pulizija jkollu raġuni tajba
biex jaħseb li l-piż totali gross bit-tagħbija ta’ xi tractor bil-mutur
u karrella jew ta’ xi vettura kummerċjali mill-kbar ikun iżjed mill-
piż stabbilit skond is-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament, hu
jista’ jwaqqaf u jeżamina dak it-tractor bil-mutur u karrella jew dik
il-vettura kummerċjali mill-kbar u jista’ jordna lis-sewwieq ta’ dik
il-vettura biex il-vettura tintiżen fil-Weigh Bridge tad-Dwana, u
jekk il-piż ta’ dak it-tractor u karrella, jew ta’ dik il-vettura
kummerċjali mill-kbar jirriżulta, meta tintiżen, li tkun iżjed mill-
piż stabbilit skond is-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament, is-
sid u s-sewwieq tagħha jkunu, bla ħsara għal xi responsabbiltà
kriminali jew responsabbiltà  oħra, responsabbli in solidum li
jħallsu lill-Kummissarju tal-Pulizija, għal dak l-użin somma li tkun
daqs id-drittijiet stabbiliti skond ir-Regolamenti dwar id-Drittijiet
tal-Piżaturi tad-Dwana, għall-użin taħt l-imsemmija regolamenti
TRACTORS BIL-MUTUR ġ L.S.65.08 3
tal-vetturi tax-xorta msemmija f’dan ir-regolament.
Toroq minn fejn 
jgħaddi tractor, 
eċċ.
7. Ebda vettura kummerċjali mill-kbar, tractor bil-karrella
mwaħħla miegħu jew xi vettura kummerċjali oħra fil-waqt li tkun
mgħobbija b’container ma għandha tinsaq fuq xi triq ħlief fi triq li
jkollha sinjal li juri li dik il-vettura tista’ tgħaddi minn hemm: 
Iżda l-Kummissarju jista’, f’każijiet eċċezzjonali u jekk
jingħataw raġunijiet tajba, jagħti eżenzjoni mid-disposizzjoni ta’
hawn fuq b’dawk il-kundizzjonijiet li jidhirlu xierqa li jimponi, u,
f’kull każ bħal dak, għandu jkun hemm skorta mill-Pulizija għas-
spejjeż tas-sid tal-vettura.
Responsabbiltà 
għal danni li jiġru 
fit-toroq, eċċ.
8. (1) Is-sid ta’ kull tractor bil-mutur, karrella, vettura
kummerċjali jew vettura kummerċjali mill-kbar, ikun responsabbli
għad-danni kollha li dik il-vettura tagħmel waqt li tkun fit-triq.
(2) Ebda vettura bħal dawk ma titħalla fit-triq f’Malta jew li
tiġi żbarkata f’Malta, skond il-każ, kemm-il darba ma tkunx
koperta b’assigurazzjoni kontra kull dannu li jistgħu jġarrbu terzi
persuni.
(3) Ebda polza ta’ assigurazzjoni ma tiġi aċċettata bħala valida
għall-finijiet ta’ dan ir-regolament kemm-il darba l-assiguraturi ma
jkunux legalment rappreżentati f’Malta.
Tractors bil-mutur 
u karrelli, eċċ., in 
transit.
9. Bla ħsara għad-disposizzjoni tar-regolament 5, tractors bil-
mutur, karrelli, vetturi kummerċjali u vetturi kummerċjali mill-
kbar, li jiġu żbarkati f’Malta in transit biss, ma jkollhomx għalfejn
jiġu reġistrati mal-Kummissarju jew liċenzjati minnu, kemm-il
darba ma jkunux stazzjonati f’Malta u jaħdmu minn hemm.
L-anqas numru ta’ 
unitajiet biex isir 
xogħol barra minn 
Malta.
10. Ebda persuna ma titħalla taħdem bħala road haulier għal
barra minn Malta kemm-il darba ma jkollhiex mhux inqas minn
żewġ tractors bil-mutur u żewġ karrelli iżda mhux iżjed minn
għoxrin tractor bil-mutur u għoxrin karrella jew jekk ma tkunx
f’kumpannija, assoċjazzjoni jew soċjetà  koperativa li jkollha, f’kull
każ, mhux inqas minn għaxar tractors bil-mutur u għaxar karrelli:
Iżda l-Kummissarju jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħti
eżenzjoni mid-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament.
Sewwieq ikollu 
liċenza.
L.S. 65.11
11. (1) Ebda persuna ma għandha ssuq f’Malta xi tractor, sew
jekk b’karrella mwaħħla miegħu sew jekk le, jew xi vettura
kummerċjali jew vettura kummerċjali mill-kbar kemm-il darba ma
jkollhiex il-liċenza relattiva maħruġa mill-Kummissarju skond id-
disposizzjonijiet tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur.
(2) Id-disposizzjoni tas-sub-regolament (1) ta’ dan ir-
regolament ma tapplikax fil-każ ta’ persuna li jkollha liċenza tas-
sewqan maħruġa mill-awtorità  kompetenti ta’ pajjiż li jkun parti
f’konvenzjoni jew f’xi ftehim jew arranġament internazzjonali
ieħor, li Malta tkun parti fih, li jkun ikopri r-rikonoxximent ta’
dawk il-liċenzi ta’ sewqan.
4 L.S.65.08 ħ TRACTORS BIL-MUTUR
Post awtorizzat 
għall-ipparkjar u 
depożt għall-
ħażna.
Sostitwit:
A.L. 62 ta’ l-1981.
12. Ebda persuna ma għandha twaqqaf, sew temporanjament
jew xort’oħra u tħalli waħdu jew tipparkja xi tractor bil-mutur u/
jew karrella jew xi vettura kummerċjali mill-kbar jew xi vettura
kummerċjali oħra, mgħobbija b’container jew tħalli xi container
f’xi triq, bitħa, area jew spazju fil-beraħ sew jekk magħluq sew
xort’oħra li ma jkunx ġo post awtorizzat għall-ipparkjar jew ġo
depożt awtorizzat għall-ħażna ta’ containers:
Iżda l-Kummissarju jista’ f’każijiet eċċezzjonali, u b’dawk
il-kundizzjonijiet ll jidhirlu xierqa li jimponi, jagħti eżenzjoni minn
din id-disposizzjoni f’xi każ partikolari:
Iżda il-Kummissarju jista’ wkoll joħroġ liċenza sabiex
containers vojta jiġu pparkjati jew stivati fuq l-art tal-fabbrika, sew
jekk tkun proprjetà  privata jew xort’oħra, kif speċifikat f’dik il-
liċenza, taħt dawk il-kundizzjonijiet kif jidhirlu xierqa li jimponi.
Tagħbija jew ħatt 
minn karrella, eċċ.
Emendat:
A.L. 82 ta’ l-2003.
13. (1) Ebda persuna ma għandha twaqqaf f’xi post xi
karrella, xi vettura kummerċjali mill-kbar, jew xi vettura
kummerċjali oħra mgħobbija b’container, sabiex tgħabbi u/jew
tħott ħlief f’dak il-post u f’dak il-ħin li jiġi stabbilit mill-
Kummissarju.
Ħatt ta’ groupage 
consignment.
(2) Ebda persuna ma għandha tħott konsenja fi groupage ħlief
f’dak il-post u matul dak il-ħin li jiġu stabbiliti mill-Kummissarju.
Ipparkjar jew 
hażna f’postijiet 
awtorizzati.
Sostitwit:
A.L. 62 ta’ l-1981.
14. Ebda persuna ma għandha tipparkja f’xi post awtorizzat xi
tractor bil-mutur u/jew karrella, xi vettura kummerċjali mill-kbar
jew vettura kummerċjali oħra mgħobbija b’container jew iżżomm
xi containers f’xi depożt awtorizzat għall-ħażna ta’ containers
kemm-il darba ma tkunx awtorizzata b’mod speċjali biex tagħmel
hekk mill-Kummissarju taħt dawk il-kundizzjonijiet li l-
Kummissarju jidhirlu xierqa li jimponi.
Tluq minn post ta’ 
ipparkjar jew 
depożt ta’ ħażna.
Sostitwit:
A.L. 62 ta’ l-1981.
15. Ebda tractor bil-mutur, karrella, vettura kummerċjali mill-
kbar jew vettura kummerċjali oħra mgħobbija b’container, sew
jekk il-karrella jew il-vettura kummerċjali tkun mgħobbija jew
xort’oħra, ma tista’ titlaq mill-post awtorizzat ta’ l-ipparkjar,
lanqas ma jista’ xi container jitlaq mid-depożt tal-ħażna ħlief biex
jgħabbi u jiġi mbarkat, mingħajr il-permess tal-Kummissarju.
Irbit ta’ containers. 16. Kull container mgħobbi fuq karrella jew fuq xi vettura
kummerċjali għandu jkun marbut għas-sodisfazzjon tal-
Kummissarju.
Setgħa ta’ tneħħija.
Miżjud:
A.L. 4 ta’ l-1985.
17. (1) Bla ħsara għal kull responsabbiltà  oħra li jista’ jkollu
min jagħmel ir-reat, il-Kummissarju jkollu s-setgħa li jneħħi kull
vettura kummerċjali, kull vettura kummerċjali mill-kbar, kull
tractor bil-mutur, kull karrella jew kull container li jkun qed
jostakola jew xort’oħra jkun qed joħloq diżordni jew inkonvenjent
f’xi triq, moll, xatt jew post pubbliku ieħor b’kontravvenzjoni tar-
regolament 12, 13, 14 jew 15.
(2) Il-vetturi kummerċjali, il-vetturi kummerċjali mill-kbar, it-
tractors bil-mutur, il-karrelli jew il-containers imneħħija mill-
Kummissarju tal-Pulizija skond is-sub-regolament (1) ta’ dan ir-
regolament għandhom jinħażnu f’dak il-post li jiġi stabbilit mill-
Kummissarju, u għandhom biss jingħataw lura lis-sid jew lil dik il-
persuna l-oħra li turi li għandha l-jedd tirċievi dik il-vettura
TRACTORS BIL-MUTUR ġ L.S.65.08 5
kummerċjali, il-vettura kummerċjali mill-kbar, it-tractor bil-mutur,
il-karrella jew il-container mal-ħlas lill-Kummissarju tad-dritt
dwar it-tneħħija u l-ħażna tiegħu kif muri fl-Iskeda li tinsab ma’
dawn ir-Regolamenti.
(3) Il-Kummissarju ma jkunx responsabbli għal xi danni li
jistgħu raġjonevolment jinħolqu minħabba t-tneħħija u l-ħażna ta’
xi vettura bil-mutur jew ħaġa oħra mneħħija skond dan ir-
regolament.
Eżami kull sena.
kummerċjali, isirilha eżami kull sena mill-Kummissarju kif ukoll
dawk l-eżamijiet l-oħra li l-Kummissarju jista’, minn żmien għal
żmien, jistabbilixxi.
Ksur ta’ dawn ir-
regolamenti.
19. Kull persuna li tikser xi wieħed minn dawn ir-Regolamenti
titqies li għamlet hekk mingħajr ma kellha l-liċenza relattiva
maħruġa mill-Kummissarju.
Dritt li jitħallas 
għall-użu tat-triq.
Emendat:
A.L. 135 ta’ l-
1998.
20. Imħassar bl-A.L. 406 ta’ l-2003.
Post awtorizzat 
għall-ipparkjar u 
depożt għall-ħażna 
ta’ containers.
Miżjud:
A.L. 62 ta’ l-1981.
Sostitwit:
A.L. 45 ta’ l-1993.
Emendat:
A.L. 82 ta’ l-2003.
21. (1) Id-depożt tal-containers ta’ Ħal Far huwa post
awtorizzat ta’ l-ipparkjar u d-depożt għall-ħażna ta’ containers
għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(2) Il-Ħal Far Groupage Complex huwa post awtorizzat għall-
ħatt ta’ konsenji fi groupage.
Miżjuda:
A.L. 4 ta’ l-1985.
SKEDA
(Regolament 17)
Id-drittijiet li għandhom jitħallsu għat-tneħħija u ħażna ta’
vetturi kummerċjali, vetturi kummerċjali mill-kbar, tractors bil-
mutur, karrelli jew containers:
(i) għall-użu ta’ xi tagħmir ta’ rmonk, irfiegħ jew
tagħmir ieħor ................................................. Lm10
(ii) għall-irmonk tal-vettura jew ħaġa oħra li tiġi
mneħħija għall-post ta’ ħażna, għal kull
kilometru jew parti minnu .............................. Lm5
(iii) għall-ħażna tal-vettura jew ħaġa oħra li tiġi
mneħħija, għal kull ġurnata jew parti minnha .. Lm3
