 BILJETTI GĦAL REAT TAT-TRAFFIKU ġ L.S.65.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.09
REGOLAMENTI DWAR BILJETTI GĦAL REAT 
TAT-TRAFFIKU
29 ta’ Mejju, 1981
L-AVVIŻ LEGALI 52 ta’ l-1981, kif emendat bl-Avviż Legali 184 ta’ l-
1999.
Titolu.
Biljetti għal reat tat-Traffiku.
Formula ta’ avviż.
Emendat:
A.L. 184 ta’ l-
1999.
Kap. 65.
2. L-avviż li għandu jingħata lis-sid jew lis-sewwieq, jew li
għandu jiġi mwaħħal mal-windscreen ta’ vettura bil-mutur użata
f’reat kif hemm imsemmi fl-Ewwel u fit-Tieni Skeda li jinsabu ma’
l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku għandu jkun fih dan li
ġej:
(a) deskrizzjoni ġenerali tar-reat;
(b) il-partikolaritajiet tal-vettura bil-mutur użata fir-reat;
(ċ) il-post, il-ħin u d-data tar-reat;
(d) il-firma ta’ l-uffiċjal tal-Pulizija li jagħti jew li
jwaħħal l-avviż;
(e) tagħrif dwar il-ħlas tal-multa.
