SERVIZZI TAL-OMNIBUSIJIET 
BIL-MUTUR TA’ GĦAWDEX ġ L.S.65.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.10
REGOLAMENTI DWAR IS-SERVIZZI TAL-
OMNIBUSIJIET BIL-MUTUR TA’ GĦAWDEX
8 ta’ Lulju, 1988
L-AVVIŻ LEGALI 59 ta’ l-1988, kif emendat bl-Avviż Legali 169 ta’ l-
1990.
Titolu.
Servizzi tal-Omnibusijiet bil-Mutur ta’ Għawdex.
Tifsir.
ifissru karrozza bil-mutur li tkun tista’ ġġorr iktar minn seba’
passiġġieri, li tintuża għall-ġarr ta’ passiġġieri bi ħlas.
Twaqqif ta’ uffiċċji 
għal omnibusijiet 
bil-mutur.
Emendat:
A.L. 169 ta’ l-
1990.
3. (1) L-Awtorità  dwar it-Trasport Pubbliku għandha
jkollha-
(a) uffiċċju għas-servizzi scheduled għal Għawdex li
għandu jingħatalu l-inkarigu li jqassam u jalloka
ekwament is-servizzi scheduled kollha minn
omnibusijiet bil-mutur f’Għawdex, u
(b) uffiċċju għal servizzi unscheduled għal Għawdex li
għandu jingħatalu l-inkarigu li jqassam u jalloka
ekwament is-servizzi unscheduled kollha minn dawk l-
omnibusijiet bil-mutur li l-imsemmija Awtorità
tawtorizza biex jaħdmu servizzi unscheduled permezz
ta’ dak l-uffiċċju.
(2) L-Awtorità  dwar it-Trasport Pubbliku jkollha s-setgħa li
tidderieġi, tispezzjona, tikkontrolla u timplimenta s-servizzi
provduti mill-uffiċċji msemmija.
(3) L-ispejjeż ta’ l-amministrazzjoni ta’ kuljum ta’ l-
imsemmija uffiċċji u spejjeż relattivi oħra għandhom jitħallsu mid-
detenturi tal-liċenzi ta’ l-omnibusijiet bil-mutur li għalihom
japplika s-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament.
Servizz scheduled.
Emendat:
A.L. 169 ta’ l-
1990.
4. (1) Id-detentur ta’ 1iċenza ta’ omnibus bil-mutur
awtorizzata biex jaħdem xi servizz scheduled f’Għawdex għandu
jaħdem permezz ta’ l-uffiċċju għas-servizzi scheduled.
(2) (a) L-uffiċċju msemmi jkollu d-dmir li jħejji u
jimplimenta r-roster ta’ l-omnibusijiet bil-mutur li
jagħmlu s-servizz fuq id-diversi linji.
(b) L-imsemmi roster għandu f’kull każ ikun approvat
mill-Awtorità  dwar it-Trasport Pubbliku qabel ma
jibda jinħadem.
(ċ) Jekk għal xi raġuni l-imsemmi uffiċċju jonqos li jħejji
u jimplimenta r-roster ta’ l-omnibusijiet bil-mutur li
jagħmlu servizz fuq id-diversi linji, jew jekk ir-roster
ma jiġix approvat mill-Awtorità  dwar it-Trasport
Pubbliku, l-imsemmija Awtorità  jkollha s-setgħa li
tħejji u timplimenta l-imsemmi roster.
2 L.S.65.10 ħ
SERVIZZI TAL-OMNIBUSIJIET 
BIL-MUTUR TA’ GĦAWDEX
(3) Id-detentur ta’ liċenza ta’ kull omnibus bil-mutur li tkun
qed taħdem servizz scheduled għandu jixtri il-biljetti li jkollu
bżonn mill-Awtorità  dwar it-Trasport Pubbliku.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-sub-regolamenti ta’ qabel
ta’ dan ir-regolament, l-Awtorità  dwar it-Trasport Pubbliku jkollha
s-setgħa li tistabbilixxi n-numru ta’ omnibusijiet bil-mutur li
jaħdmu esklussivament fuq servizz scheduled f’Għawdex f’xi
ġurnata partikolari.
Servizz 
unscheduled.
Emendat:
A.L. 169 ta’ l-
1990.
5. (1) Id-detentur ta’ liċenza ta’ xi omnibus bil-mutur
awtorizzata biex taħdem permezz ta’ l-uffiċċju għas-servizzi
unscheduled ma jkunx jista’ jaħdem ħlief permezz ta’ l-imsemmi
uffiċċju.
(2) (a) L-uffiċċju msemmi għandu jħejji u jimplimenta
sistema ekwa ta’ roster ta’ servizz unscheduled għall-
omnibusijiet bil-mutur kollha awtorizzati li jaħdmu
permezz ta’ l-imsemmi uffiċċju, sabiex jiġi assigurat
tqassim ġust tad-domanda għal servizz unscheduled.
(b) L-imsemmi roster għandu f’kull każ ikun approvat
mill-Awtorità  dwar it-Trasport Pubbliku qabel ma
jibda jinħadem.
(ċ) Jekk għal xi raġuni l-imsemmi uffiċċju jonqos li jħejji
u jimplimenta r-roster ta’ servizz unscheduled kif
provdut f’dawn ir-Regolamenti, jew jekk ir-roster ma
jiġix approvat mill-Awtorità  dwar it-Trasport
Pubbliku, l-imsemmija Awtorità  jkollha s-setgħa li
tħejji u timplimenta l-imsemmi roster.
Spejjeż ta’ 
omnibus.
6. L-ispejjeż biex taħdem u l-manutenzjoni ta’ kull omnibus
bil-mutur għandhom jitħallsu mid-detentur tal-liċenza relattiva.
Kiri ta’ 
omnibusijiet bil-
mutur.
7. Ebda persuna ma tista’ tikri jew tqabbad is-servizzi ta’ xi
omnibus bil-mutur awtorizzata li taħdem permezz ta’ l-uffiċċju
għas-servizzi unscheduled ħlief permezz ta’ l-imsemmi uffiċċju.
