VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.11
REGOLAMENTI DWAR IL-VETTURI BIL-MUTUR
27 ta’ Settembru, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 128 ta’ l-1994, kif emendat bl-Avviżi Legali 92, 98,
109 u 149 ta’ l-1995, 1 u 234 ta’ l-1997, 125 u 268 ta’ l-1998, 68, 85 u 174
ta’ l-1999 u 206 of 2000, 91 ta’ l-2001, 58, 191, 236, 322 u 335 ta’ l-2002,
93, 162 u 407 ta’ l-2003 u 104 ta’ l-2004.
TAQSIMA I
Preliminari
Titolu.
Vetturi bil-Mutur.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 85 ta’ l-1999;
A.L. 93 ta’ l-2003.
Kap. 332.
2. F’dawn ir-Regolamenti, sakemm il-kuntest ma jurix
xort’oħra -
"Awtorità dwar it-Trasport Pubbliku" tfisser l-Awtorità dwar it-
Trasport Pubbliku mwaqqfa bl-artikolu 3 ta’ l-Att dwar Awtorità
dwar it-Trasport Pubbliku, u l-kelma "Awtorità" għandu jkollha,
sakemm il-kuntest ma jurix xort’oħra, 1-istess tifsira;
"frat" tgħodd ukoll għan-ngħaġ u għall-mogħoż;
"inġenji ta’ l-invalidi" tfisser kull vettura bil-mutur li tkun
iddisinjata u mibnija apposta, jew addattata tajjeb, għall-użu ta’
persuna li tkun tbati minn xi difett jew mankament fiżiku u li
tintuża biss minn dik il-persuna;
"karrozza bil-mutur għall-mejtin" tfisser kull vettura bil-mutur
użata biex jinġarru l-kadavri;
"karrozza għall-kiri" tfisser vettura bil-mutur li tkun mibnija biex
tieħu mhux aktar minn seba’ passiġġieri, minbarra d-driver, u li
tkun liċenzjata u/jew reġistrata biex tinkera minn garage ta’ servizz
pubbliku u misjuqa minn sid dak il-garage jew minn xi ħadd
imqabbad minnu;
"motor cycle" tfisser kull vettura bil-mutur b’mhux iżjed minn
żewġ roti disinjata għall-użu ta’ min isuqha u mhux maħsuba għall-
ġarr ta’ merkanzija:
Iżda vettura bil-mutur bi tliet roti, li l-piż tagħha ma jkunx
jaqbeż 500 kg., u motor cycle mgħammar b’mhux iżjed minn żewġ
roti u b’side-car miegħu b’rota waħda biss, għandhom jiġu
klassifikati bħala motor cycle;
"motor cycle għall-kiri" tfisser motor cycle li jkun liċenzjat u/
jew reġistrat biex jinkera minn garage ta’ servizz pubbliku għall-
iskop li jiġi misjuq mill-kerrej;
"motor minibus" tfisser vettura bil-mutur li esternament ma
tkunx ta’ kulur aħmar, u li tkun liċenzjata u/jew reġistrata biex
iġġorr minn għaxar sa tmintax-il passiġġier, minbarra d-driver;
"motor minibus għat-trasport pubbliku" tfisser vettura bil-mutur,
esternament ta’ kulur aħmar, u li tkun liċenzjata u/jew reġistrata
2 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
biex iġġorr bi ħlas minn ħdax sa tmintax-il passiġġier, minbarra d-
driver;
"motor omnibus" tfisser kull vettura bil-mutur li tkun liċenzjata
u/jew reġistrata biex iġġorr aktar minn tmintax-il passiġġier,
minbarra d-driver;
"motor route bus" tfisser kull vettura bil-mutur li tkun liċenzjata
u/jew reġistrata biex iġġorr aktar minn tmintax-il passiġġier,
minbarra d-driver, u li tkun reġistrata biex tagħmel xogħol f’iskeda
ma l-uffiċċju ċentrali għal servizzi scheduled;
"motor tractor" tfisser kull vettura bil-mutur li mhix mibnija hija
stess biex iġġorr xi tagħbija, iżda li hi maħsuba għall-irmonk, jew
għall-biedja biss:
Iżda fil-każ ta’ vettura bil-mutur mgħammra bi krejn,
dynamo, impjant tal-welding jew għodod jew apparati oħra speċjali
li jkun tagħmir permanenti jew meħtieġ il-ħin kollu, l-għodod jew
l-apparati jitqiesu li jagħmlu sehem mill-vettura;
"private car" tfisser vettura privata li ma tkunx liċenzjata jew
reġistrata biex taħdem għall-kiri;
"public service garage van" tfisser vettura bil-mutur,
esternament ta’ kulur abjad, u li tkun liċenzjata u/jew reġistrata
biex ikollha post fejn joqogħdu bil-qiegħda għal, u biex iġġorr bi
ħlas mhux aktar minn għaxar passiġġieri, minbarra d-driver;
"scheduled", dwar motor omnibus, tfisser servizz fuq linja tas-
servizz pubbliku u l-kelma "unscheduled" tfisser servizz ta’ kiri
privat;
"sid" tfisser il-persuna li f’isimha tkun liċenzjata u/jew reġistrata
vettura bil-mutur;
"stop light" tfisser sinjal imwaħħal mal-vettura bil-mutur biex
jindika li d-driver ser iwaqqaf jew ser inaqqas mill-veloċità;
"taxicar" tfisser vettura bil-mutur imgħammra b’taximeter u
liċenzjata u/jew reġistrata biex taħdem għall-kiri bħala taxicar;
"trailer" tfisser kull vettura bir-roti mingħajr qawwa mekkanika,
disinjata biex tinġibed minn vettura bil-mutur biex iġorr persuni
jew merkanzija;
"trasport pubbliku" tfisser il-ġarr b’vettura ta’ passiġġieri
f’Malta bi ħlas u tinkludi l-kiri ta’ vettura self-drive;
"triq" tfisser kull triq, sqaq, pjazza, jew post ieħor pubbliku li
minnu jgħaddi t-traffiku;
"vettura tal-merkanzija" tfisser kull vettura bil-mutur li tkun
liċenzjata u/jew reġistrata biss għall-ġarr ta’ merkanzija u li ma
tistax iġorr ebda persuna, ħlief lid-driver u lill-persuna jew persuni
inkarigati mill-merkanzija;
"vettura" tfisser vettura bil-mutur li taħdem b’qawwa mekkanika;
"vettura bil-mutur għall-kiri" tfisser vettura bil-mutur, inkluż
public service garage van, li ma tkunx taxicar, liċenzjata u/jew
reġistrata biex tinkera minn garage ta’ servizz pubbliku u misjuqa
minn sid-il garage jew minn xi ħadd imqabbad minnu;
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 3
"vettura bil-mutur self-drive" tfisser vettura bil-mutur li tkun
liċenzjata u/jew reġistrata biex tinkera minn garage ta’ servizz
pubbliku għall-iskop li tiġi misjuqa minn min jikriha. Iżda tista’
tiġi misjuqa minn sid-il garage, jew minn xi persuna fl-impieg
regolari tieghu li jkollha liċenza speċjali tas-sewqan, biex jittieħdu
passiġġieri b’kiri, b’dan illi kull passiġġier li jikriha jagħti l-
kunsens tiegħu għall-użu ta’ dik il-vettura bil-mutur self-drive
minflok vettura bil-mutur għall-kiri;
"vettura tat-trasport pubbliku" tfisser kull vettura użata jew
maħsuba li tintuża għat-trasport pubbliku;
"vetturi M1" tfisser vetturi użati sabiex iwasslu l-passiġġieri u li
ma jkunx fihom aktar minn tmin postijiet flimkien ma’ dak tas-
sewwieq;
"żiemel" tgħodd ukoll għall-bagħal u għall-bhejjem oħra tat-
tagħbija.
TAQSIMA II
Dħul temporanju ta’ vetturi bil-mutur f’Malta u vjaġġar 
internazzjonali
Kondizzjonijiet 
għal importazzjoni 
temporanja.
3. Dawk il-motor cars jew motor cycles illi sidhom għandu
Pass Triptyque jew Carnet de Passages en Douanes validi,
maħruġin minn xi assoċjazzjoni li tagħmel sehem mill-Alliance de
Tourisme Internationale jew mill-Association Internationale des
Automobile-Clubs Reconnus jistgħu jinġiebu minn barra għal hawn
Malta mingħajr ma jħallsu d-dazju stabbilit ta’ l-importazzjoni, jew
mingħajr ma jagħmlu depożitu flok id-dazju, taħt dawn il-
kundizzjonijiet:
(a) illi dawn il-motor cars jew motor cycles jerġgħu
jsiefru fi żmien sena minn mindu jkunu nġiebu minn
barra jew fiż-żmien stabbilit ta’ validità tal-Pass
Triptyque jew Carnet, skond liema minnhom hu l-iqsar
żmien;
(b) illi jitħallas id-dazju stabbilit kemm-il darba din il-
motor car jew motor cycle ma jerġgħux isiefru fiż-
żmien imsemmi hawn fuq;
(ċ) illi dawk il-motor cars jew motor cycles ikunu bil-
liċenza għall-ġarr ta’ nies biss;
(d) illi dawn il-motor cars jew motor cycles jinġiebu minn
barra minn nies li huma tassew turisti jew minn nies li
jiġu hawn Malta biex joqogħdu għal xi ftit żmien
minħabba n-negozju jew professjoni biss;
(e) illi jitħallas id-dazju stabbilit jekk il-motor car jew
motor cycle jinqered bin-nar jew b’xi aċċident ħlief
jekk il-fdalijiet tiegħu, jekk ikunu jistgħu jintgħarfu,
jerġgħu isiefru;
(f) illi l-Pass Triptyque jew Carnet jingħata lill-veru
importatur tal-motor car jew motor cycle li jkun ukoll
is-sid ta’ 1-istess motor car jew motor cycle;
(g) illi d-dazju stabbilit jitħallas fuq spare parts għal
4 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
motor cars jew motor cycles miġjubin minn barra bis-
saħħa ta’ Pass Triptyque jew Carnet.
Ħtiġiet għal 
vjaġġar 
internazzjonali.
4. Is-sid ta’ vettura bil-mutur liċenzjata hawn Malta, li jixtieq
jieħu din il-vettura barra minn Malta jista’ japplika lill-
Kummissarju tal-Pulizija għall-għoti ta’ ċertifikat internazzjonali
għal vetturi tal-mutur u permess fiskali skond id-disposizzjonijiet
ta’ kull ftehim internazzjonali li jgħodd għal Malta. Kull meta jkun
meħtieġ permess fiskali, dan il-permess fiskali għandu jingħata
flimkien maċ-ċertifikat internazzjonali għal vetturi tal-mutur.
Permess 
internazzjonali 
għas-sewqan.
5. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Ħtiġiet fl-
applikazzjoni.
6. Kull applikazzjoni għal ċertifikat internazzjonali jew
permess irid ikun fiha miktub il-pajjiż jew pajjiżi li għalihom tkun
meħtieġa l-awtorizzazzjoni.
Ħtiġiet fil-pjanċa. 7. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Eżami tal-vettura. 8.  Qabel ma jingħata ċertifikat internazzjonali għal vetturi
tal-mutur taħt ir-regolament 4, il-vettura bil-mutur tkun spezzjonata
minn persuna imsemmija għalhekk mill-Kummissarju tal-Pulizija,
u ċ-ċertifikat ma jingħatax ħlief meta dak li jkun iġib dikjarazzjoni
iffirmata minn din il-persuna, li turi illi l-vettura bil-mutur hija
skond dak kollu li hemm meħtieġ mill-ftehim internazzjonali illi
taħtu dak iċ-ċertifikat għandu jingħata.
Eżami ta’ l-
applikant.
9.  Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Eżenzjoni minn 
test ieħor.
10. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Sewqan minn 
persuni mhux 
residenti.
11.  Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Eċċezzjoni dwar 
użu temporanju ta’ 
vettura.
Emendat:
A.L. 191 ta’ l-
2002.
L.S.65.18
12. Minkejja d-disposizzjonijiet tar-regolamenti 17 u 18,
persuna tkun tista’ tagħmel użu minn vettura bil-mutur għal
perijodu ta’ mhux iżjed minn disgħin ġurnata mill-aħħar data ta’ l-
aħħar importazzjoni ta’ dik il-vettura f’Malta, fuq kull triq,
mingħajr ma jkollha l-pussess tal-liċenza meħtieġa mir-
Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur (Liċenzi tas-Sewqan), bla
ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) illi l-persuna li timporta l-vettura bil-mutur tkun
residenti barra minn Malta u jkollha permess skond ir-
regolament ta’ qabel dan biex issuq dik il-vettura bil-
mutur;
(b) illi hija ma jkollhiex post prinċipali tan-negozju jew
post ta’ abitazzjoni solita f’Malta;
(ċ) illi l-vettura bil-mutur tkun f’Malta temporanjament
biss;
(d) illi jkollha dwar dik il-vettura bil-mutur ċertifikat
skond id-disposizzjonijiet tal-Ftehim ta’ l-1949 dwar
it-Traffiku fuq it-Triq, u illi l-vettura tkun dwar kull
ħaġa skond id-disposizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim;
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 5
Kap. 104.
(e) illi jkollha fil-pussess tagħha ċertifikat ta’
assigurazzjoni skond l-Ordinanza dwar l-
Assigurazzjoni ta’ Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta’
Terzi Persuni:
Iżda, bla ħsara tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi
(a), (b), (ċ) u (e) ta’ dan ir-regolament, jekk il-vettura bil-mutur
tkun reġistrata fit-territorju ta’ Firmatarju tal-Konvenzjoni fuq it-
Taxation of Road Vehicles for Private Use in International Traffic,
1956, jew tkun tħalliet toħroġ fiċ-ċirkolazzjoni f’dak it-territorju u
tkun eżentata f’dak it-territorju mill-obbligu li tiġi reġistrata, il-
perijodu ta’ l-eżenzjoni mill-ħtieġa li tingħata liċenza f’Malta
għandu jkun ta’ sena u mhux ta’ disgħin ġurnata kif hu provdut
qabel.
Persuni stazzjonati 
f’Malta.
Emendat:
A.L. 191 ta’ l-
2002.
13. Għall-finijet tad-disposizzjonijiet tar-regolament 12,
persuna ippustjata jew stazzjonata f’Malta fil-kors ta’ l-impieg
tagħha għal perijodu ta’ iżjed minn disgħin ġurnata għandha titqies
li tkun persuna li jkollha post prinċipali tan-negozju f’Malta.
Eċċezzjoni dwar 
vetturi tat-trasport 
pubbliku.
Emendat:
A.L. 191 ta’ l-
2002.
14. Id-disposizzjonijiet tar-regolament 12 ma għandhomx
igħoddu dwar vetturi bil-mutur użati jew liċenzjati għall-ġarr ta’
persuni jew merkanzija b’kiri jew b’kumpens.
Produzzjoni ta’ 
ċertifikati.
15. Persuna li ġġib vettura bil-mutur f’Malta skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 12 għandha fi żmien jumejn tax-
xogħol tipproduċi, fl-uffiċċju tal-Pulizija tal-passaporti jew fil-
Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, iċ-ċertifikati msemmija fil-
paragrafi (d) u (e) ta’ dak ir-regolament.
Persuni 
skwalifikati mis-
sewqan.
16. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
TAQSIMA III
Liċenzi u reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur
Reġistrazzjoni ta’ 
vetturi bil-mutur.
Emendat:
A.L. 93 ta’ l-2003.
17. (1) Kull vettura bil-mutur f’Malta għandha tkun reġistrata
ma’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta, sew jekk għandha
liċenza biex tintuża fit-triq sew jekk le. Għall-fini ta’ din ir-
reġistrazzjoni, is-sid ta’ kull vettura bil-mutur għandu jagħti bil-
miktub l-għamla, is-sena, il-kapaċità tal-makna, in-numru tal-
makna, in-numru tax-chassis, it-tunnellaġġ, kemm tieħu passiġġieri
bil-qegħda u l-kulur tal-vettura u l-isem u l-indirizz tiegħu:
Iżda meta jinbidel il-kulur ta’ vettura bil-mutur, is-sid
għandu jagħti javża lill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta fi
żmien sebat ijiem.
(2) Fil-każ ta’ vetturi bil-mutur jew ta’ bodies ta’ vetturi bil-
mutur importati ġodda, is-sid jew l-importatur għandu jipproduċi
lill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta -
(a) prova dokumentarja, li għandha tinżamm mill-
Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta, biex turi li l-
vettura jew il-body ikun ġie meħlus mill-Kontrullur
tad-Dwana, u
(b) iċ-ċertifikat tal-fabbrikant jew ċertifikat tar-
rappreżentanti jew ta’ l-aġenti tal-fabbrikant li juri
6 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
kemm tiflaħ iġġorr dik il-vettura jew dak il-body:
Iżda fil-każ ta’ vettura li tkun għadha kemm ġiet
importata ġdida jew il-body ta’ vettura tat-trasport
pubbliku, is-sid jew l-importatur tagħhom ikun biss
meħtieġ li jipproduċi lill-Awtorità dwar it-Trasport
Pubbliku dak it-tagħrif u dawk id-dokumenti li l-istess
Awtorità tista’ tistabbilixxi.
(3) Fil-każ ta’ vetturi M1 li jkunu second hand u muturi li kienu
ordnati fl-1 ta’ April 2003 jew wara, s-sid jew l-importatur għandu, inter
alia, jipprovdi lill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta, qabel ma seħħ l-
importazzjoni, ċertifikat ta’ approvazzjoni tal-vettura tat-tip single
vehicle type approval ibbażat fuq standards maħruġa mill-Awtorità
dwar it-Trasport ta’ Malta liema ċertifikat jinħareġ minn aġenziji
internazzjonali ibbażati barra minn Malta liema aġenziji huma
rikonoxxuti mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta għal dan il-għan.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma japplikawx
għal vettura bil-mutur jew body ta’ vettura bil-mutur li jkunu
proprjetà ta’ xi forza viżitatriċi.
(5) (a) Kull vettura bil-mutur użata importata f’Malta minn
persuna li tkun residenti f’Malta jew li għandha l-post
prinċipali tan-negozju tagħha f’Malta għandha, qabel
ma l-vettura tiġi meħlusa mill-Kontrullur tad-Dwana,
tiġi reġistrata u tkun liċenzjata skond ir-regolament 18.
(b) Il-vetturi bil-mutur imsemmija fil-paragrafu (a) li
jkunu suġġetti għall-ewwel eżami mill-ispetturi ta’ l-
Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta għandhom jiġu
liċenzjati għal perijodu ta’ sitt xhur mid-data tar-
reġistrazzjoni sabiex isirulhom it-tiswijiet meħtieġa
sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dawk l-eżamijiet:
Iżda dan għandu japplika wkoll għall-vetturi l-
oħra kollha li ġew importati ġewwa Malta u mogħtija
pjanċi ta’ identità temporanji mill-Awtorità dwar it-
Trasport ta’ Malta sabiex ikunu jistgħu isiru t-tiswijiet
meħtieġa.
(ċ) Il-vettura bil-mutur li għaliha japplika il-paragrafu (b)
tista’ tintuża fuq it-triq f’kull jum, li ma jkunx btala
pubblika, bejn is-6.30 a.m. u l-5.00 p.m. biss sabiex
issir tiswija fuqha; u s-sid għandu jżomm lill-Awtorità
dwar it-Trasport ta’ Malta infurmata bil-post fejn il-
vettura tkun miżmuma.
(d) Jekk fid-data li fiha jiskadi ż-żmien imsemmi fil-
paragrafu (b), il-vettura bil-mutur ma tgħaddix mill-
eżami jew ma titressaqx għall-eżami, il-liċenza
maħruġa dwar dik il-vettura kif provdut fil-paragrafu
(a) titqies li hi revokata mingħajr ebda dritt għal ħlas
lura tal-ħlasijiet li jkunu saru, u fil-każ tal-vettura bil-
mutur li ma tgħaddix mill-eżami, dik il-vettura
għandha tiġi esportata jew titneħħa f’dak iż-żmien u
taħt dawk il-kondizzjonijet li l-Awtorità dwar it-
Trasport ta’ Malta tiddeċiedi.
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 7
L.S. 65.13
(e) Meta l-vettura bil-mutur ma tkunx esportata jew ma
titneħħiex kif provdut fil-paragrafu (d) jew meta l-
vettura bil-mutur ma tkunx tressqet għal eżami skond
id-disposizzjonijet tal-paragrafu (b), l-Awtorità dwar
it-Trasport ta’ Malta tista’ tieħu pussess tal-vettura u
jġġorrha mill-post fejn tkun qed tinżamm għal post
imsemmi minnha u s-sid ikollu jħallas lill-Awtorità
dwar it-Trasport ta’ Malta dritt għall-ġarr u dritt għall-
ħażna kif stabbilit fir-Regolamenti dwar l-Ikklampjar u
it-Tneħħija ta’ Ingombru fir-Regolament tat-Traffiku.
Liċenzjar ta’ 
vetturi bil-mutur.
Emendat:
A.L. 93 ta’ l-2003.
18. (1) Ebda vettura bil-mutur ma tista’ tkun fuq it-triq
mingħajr liċenza maħruġa mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta.
(2) L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta jista’ jagħti lid-
detentur tal-liċenza ta’ kull vettura bil-mutur ċertifikat ta’ vettura
bil-mutur dwar dik il-vettura.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (4),
meta detentur ta’ liċenza ta’ vettura bil-mutur ikun ingħata
ċertifikat, dan għandu jieħu ħsieb li dak iċ-ċertifikat jinżamm f’kull
ħin fl-imsemmija vettura.
(4) Sid kull vettura bil-mutur li, darba tkun inħarġitilha liċenza,
għandu jara li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-
Regolamenti dwar is-sospensjoni, l-irtirar jew it-tħassir ta’ liċenza,
dik il-vettura jkollha dejjem u f’kull żmien liċenza maħruġa mill-
imsemmija Awtorità:
Iżda jekk sid ta’ vettura bil-mutur, qabel ma tiskadi l-
validità tal-liċenza relattiva, jgħarraf bil-miktub lill-imsemmija
Awtorità li l-vettura ma tkunx ser tintuża fit-triq matul trimestru
wieħed jew iżjed tas-sena li tibda fid-data ta’ l-imsemmija
skadenza u li tkun ser titqiegħed f’garage f’post speċifikat matul l-
imsemmi perijodu li ma tkunx ser tintuża, u kemm-il darba wkoll l-
imsemmi sid jikkonsenja lill-imsemmija Awtorità ċ-ċertifikat tal-
vettura bil-mutur relativ u l-pjanċi tan-numru tal-vettura bil-mutur
relattiva, l-imsemmi sid ma jkunx obbligat iġedded il-liċenza
relattiva dwar l-imsemmi trimestru jew l-imsemmija trimestri:
Iżda wkoll jekk is-sid ta’ vettura bil-mutur li ma jkunx bi
ħsiebu juża dik il-vettura għal trimestru wieħed jew iżjed jonqos li
jħares il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-proviso ta’ qabel dan qabel
ma tiskadi l-liċenza relattiva iżda jagħti l-avviż tiegħu bil-miktub u
jħares 1-imsemmija kundizzjonijiet l-oħra f’data wara, u barra
minn hekk jikkonferma bil-ġurament li hu ma jkunx għamel użu
mill-imsemmija vettura minn meta tkun skadiet il-liċenza tagħha,
dan ikun obbligat iħallas dik il-parti proporzjonali tal-liċenza fis-
sena li tkun tirrappreżenta n-numru ta’ trimestri mid-data li tkun
skadiet sa u inkluż it-trimestru kurrenti iżda ma jkunx suġġett li
jħallas il-multa preskritta jekk dak l-avviż jingħata mhux aktar tard
minn xahar minnufih wara li tkun skadiet il-liċenza relattiva.
(5) Meta vettura bil-mutur tkun fuq it-triq mingħajr ma jkollha
liċenza, il-Kummissarju tal-Pulizija jew l-Awtorità dwar it-
Trasport ta’ Malta, skond il-każ, jistgħu jneħħu dik il-vettura u
jqiegħduha fil-garage tal-Pulizija jew f’xi post magħluq u sigur
ieħor għas-spejjeż ta’ sidha.
8 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Tiġdid jew 
trasferiment ta’ 
liċenza.
Emendat:
A.L. 93 ta’ l-2003.
19. Meta persuna tapplika għat-tiġdid jew għat-trasferiment
ta’, xi liċenza dwar vettura bil-mutur għandha tagħti, jekk mitluba
mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta, dawk id-dettalji dwar il-
vettura jew dwar il-makna tagħha li jkunu jinsabu fil-formula
mogħtija lilha mill-imsemmija Awtorità.
Drittijiet tal-
liċenza.
Emendat:
A.L. 93 ta’ l-2003.
Kap. 128.
Kap. 332.
20.  Id-drittijiet tal-liċenza għad-diversi klassijiet ta’ vetturi
bil-mutur huma dawk stabbiliti bis-saħħa tad-disposizzjonjiet ta’ l-
Att dwar il-Liċenzi tal-Pulizija jew ta’ l-Att dwar Awtorità dwar it-
Trasport ta’ Malta.
Liċenza partikolari 
għal kull vettura.
21. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 26, il-
liċenza maħruġa dwar vettura partikolari bil-mutur ma għandhiex
tiġi wżata għal xi vettura oħra bil-mutur u tkun suġġetta għal kull
regolament ta’ meta tinħareġ il-liċenza. Dawn il-liċenzi għandhom
joħorġu biss fl-isem ta’ persuna waħda.
Liċenza u ċertifikat 
duplikati.
22. Meta liċenza jew ċertifikat ta’ vettura bil-mutur tintilef,
titqatta’ jew titgħarraq, il-Kummissarju tal-Pulizija jew l-Awtorità,
skond il-każ, jistgħu joħorġu liċenza duplikata jew ċertifikat
duplikat ta’ vetturi bil-mutur, skond il-każ:
Iżda l-imsemmi Kummissarju jew Awtorità jista’ qabel ma’
joħroġ dak id-duplikat, jeħtieġ li jingħata dikjarazzjoni bil-
ġurament biex jiġi pruvat dak it-telf, tqattigħ jew tgħarriq.
Sospensjoni u 
kanċellament tal-
liċenzi. 
Emendat:
A.L. 191 ta’ l-
2002.
23. Il-liċenzi mogħtijin skond dawn ir-Regolamenti jistgħu
jitħassru jew jinżammu mill-Kummissarju tal-Pulizija jew mill-
Awtorità, skond il-każ, għal mhux iżjed minn xahar meta dan
jenħtieġ fl-interess ta’ sigurtà pubblika jew ordni pubbliku.
Jekk min ikollu liċenza jinqeda biha fiż-żmien li tkun
miżmuma, il-liċenza tiegħu tista’ tiġi mħassra.
Wiri ta’ liċenzi. 24. Kull min ikollu liċenza skond dawn ir-Regolamenti għandu
jżomm fuqu l-liċenza tiegħu meta jkun qiegħed jaħdem skond il-
liċenza u għandu juriha lill-Pulizija meta titlobhielu jew jeħodha
f’post indikat fi żmien jumejn mid-data ta’ din it-talba:
Iżda kull min ikollu liċenza skond dawn ir-Regolamenti
dwar vetturi tat-trasport pubbliku għandu wkoll, meta jkun qiegħed
jagħmel użu mil-liċenza, juri l-istess liċenza meta din tintalablu
jew jeħodha f’post indikat fi żmien jumejn mid-data ta’ din it-talba
mill-uffiċjal ta’ l-Awtorità.
Wiri ta’ ċertifikat 
ta’ vettura bil-
mutur.
Emendat:
A.L. 104 ta’ l-
2004.
25. Ebda vettura bil-mutur ma għandha tinsaq kemm-il darba
id-driver tagħha ma jġorrx miegħu ċ-ċertifikat tal-vettura bil-
mutur, liema ċertifikat għandu jurih meta jiġi mitlub lil kull uffiċjal
tal-Pulizija jew gwardjan lokali jew f’xi post stabbilit fi żmien
jumejn minn meta hekk jintalab:
Iżda d-driver ta’ vettura tat-trasport pubbliku għandu wkoll
juri l-imsemmi ċertifikat ta’ vettura bil-mutur lil uffiċjal ta’ l-
Awtorità dwar it-Trasport Pubbliku meta dan jintalablu jew f’xi
post stabbilit fi żmien jumejn minn meta hekk jintalablu.
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 9
Twillija ta’ vetturi 
bil-mutur u ta’ 
liċenzi.
Emendat:
A.L. 1 ta’ l-1997.
26.  (1) Kull persuna li tiftiehem li tbiegħ, tagħti għall-iskrapp
jew xort’oħra tneħħi l-vettura bil-mutur tagħha għandha, fi żmien
sebat ijiem, tavża bil-miktub lill-Kummissarju tal-Pulizija, inkluż
l-isem u l-indirizz tal-persuna li tixtri, jew tiftiehem li tixtri, l-
imsemmija vettura bil-mutur u għandha wkoll tikkonsenja lill-
imsemmi Kummissarju l-liċenza relattiva. Dak l-avviż għandu
jingħata permezz ta’ formula provduta mill-imsemmi Kummissarju.
Kull persuna -
(a)  li tbiegħ jew xort’oħra tittrasferixxi lill-persuna oħra
xi vettura bil-mutur, għandha tagħti lil dik il-persuna l-
oħra, flimkien mal-vettura, ċ-ċertifikat tal-vettura
relattiv, jew
(b) li tiskrappja xi vettura bil-mutur, għandha minnufih
tagħti lill-Kummissarju tal-Pulizija ċ-ċertifikat ta’
vettura relattiv.
(2) (a) Il-persuna li tixtri vettura bil-mutur, jew lilha tiġi
trasferita vettura, għandha fi żmien sebat ijiem mid-
data ta’ dak il-bejgħ jew trasferiment, titlob bil-miktub
lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jittrasferixxi l-
liċenza ta’ dik il-vettura għal fuq isimha.
(b) Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’, għal raġunijiet ta’
interess pubbliku, iżomm it-trasferiment tal-liċenza ta’
vettura bil-mutur.
(3) Il-bejgħ jew twillija ta’ vettura bil-mutur jinkludu wkoll il-
liċenza tal-vettura bil-mutur iżda dak li kellu l-liċenza qabel
għandu għall-finijiet kollha tal-liġi jibqa’ responsabbli sakemm
iwettaq id-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (1) ta’ dan ir-
regolament u l-avviż li jkun ta, jinsab li hu sewwa u korrett.
(4) Motor omnibus ma jistax jinbiegħ u jiġi trasferit
separatament mil-liċenza tiegħu lill-persuna oħra, lanqas ma tista’
liċenza dwar motor omnibus tiġi trasferita separatament mil-liċenza
li tirriferixxi għaliha:
Iżda l-Awtorità ma tħallix li jsir it-trasferiment ta’ xi motor
omnibus jew tal-liċenza relattiva jekk il-prezz jew il-kumpens li
jitħallas minn min lilu jsir it-trasferiment ma jitqiesx li hu ġust u
xieraq.
(5) L-Awtorità dwar it-Trasport Pubbliku tista’ tippermetti li
omnibus ġdid jiġi mibni b’sostituzzjoni għal omnibus qadim, u,
f’dak il-każ, il-liċenza dwar l-omnibus il-qadim tkun tiswa għall-
omnibus l-ġdid.
(6) Omnibus li ikun ġie sostitwit b’omnibus ġdid jista’ jiġi
mibjugħ jew trasferit lill-persuna oħra, li jkollha liċenza għall-
motor omnibus, in sostituzzjoni ta’ dak l-omnibus, iżda b’dan li l-
Awtorità dwar it-Trasport Pubbliku tkun sodisfatta illi l-omnibus
hekk mibjugħ jew trasferit ikun għadu tajjeb għas-servizz pubbliku.
F’dak il-każ il-liċenza tkun tiswa għall-omnibus li jissostitwixxi l-
vettura l-qadima.
(7) Fil-każijiet l-oħra kollha omnibus qadim jista’ jiġi mneħħi
biss billi jinbidel f’vettura kummerċjali, jekk wara eżami jinsab li
10 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
jaqbel mal-ħtiġiet ta’ dawn ir-Regolamenti, jew għal iskrapp.
(8) Is-setgat u l-funzjonijiet imwettqa mill-Kummissarju tal-
Pulizija taħt is-sub-regolamenti (1), (2) u (3) għandhom, dwar
vetturi tat-trasport pubbliku, unikament jitwettqu mill-Awtorità
dwar it-Trasport Pubbliku li għandha għal dan l-iskop, tkun vestita
bis-setgħat u funzjonijiet kollha vestiti fil-Kummissarju tal-Pulizija
skond l-imsemmija sub-regolamenti ta’ dan ir-regolament dwar
vetturi tat-trasport pubbliku.
Liċenza ta’ vettura 
mħassra.
27. Kull vettura bil-mutur li għandha liċenza għall-ġarr ta’
passiġġieri li ġiet irtirata mis-servizz pubbliku għal żmien
kontinwu ta’ sitt xhur għandha tkun imċaħħda mil-liċenza tagħha.
Il-liċenza tkun miżmuma jekk isir kull tibdil jkun li jkun, f’xi
vettura li taħdem għall-ġarr pubbliku mingħajr l-approvazzjoni ta’
l-Awtorità dwar it-Trasport Pubbliku. F’każijiet speċjali u
f’ċirkostanzi speċjali, l-Awtorità tista’, bl-approvazzjoni tal-
Ministru responsabbli għat-Trasport Pubbliku, ma tosservax din id-
disposizzjoni.
Fejn titqiegħed il-
liċenza fil-vetturi.
28. (1) F’kull vettura bil-mutur il-liċenza għandha titwaħħal fi
gwarniċa fin-naħa tax-xellug tal-windscreen b’mod li tkun tidher
minn quddiem; fil-każ ta’ motor cycle l-liċenza għandha titwaħħal
fuq il-handle-bar.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (1) ma għandhomx
japplikaw għal xi vettura bil-mutur assenjata lill-Ministru u li
jkollha, minflok in-numru ta’ l-identità, l-ittri G.M.
Kliem-il liċenza 
għandu jinqara bil-
ħeffa.
29. Is-sid, id-driver u/jew min ikun inkarigat minn vettura bil-
mutur ikun responsabbli biex din il-liċenza tinżamm il-ħin kollu
b’mod li dak li fiha jkun jista’ jinqara bil-ħeffa.
Il-vettura għandha 
tintuża skond kif 
liċenzjata.
30. Is-sid u/jew min ikun inkarigat minn vettura bil-mutur ma
għandux jippermetti li din il-vettura tintuża għal finijiet oħra barra
minn dawk li għalihom tkun liċenzjata.
Numri ta’ l-
identità.
31. Kull vettura bil-mutur għandha ġġib numru ta’ l-identità li
jingħatalha u jinħarġilha mill-Kummissarju tal-Pulizija jew, fil-każ
ta’ vetturi tat-trasport pubbliku, mill-Awtorità dwar it-Trasport
Pubbliku, iżda jekk il-liċenza ta’ kull vettura bil-mutur ma
tiġġeddidx sad-data stabbilita għat-tiġdid tagħha ta’ kull sena, il-
Kummissarju tal-Pulizija jew l-Awtorità, skond il-każ, jistgħu
jordnaw li jiħassar dak in-numru ta’ l-identità u jagħtuh lil vettura
oħra.
Vettura bil-mutur mingħajr dan in-numru ta’ l-identità
titqies bħala vettura mhux reġistrata:
Iżda l-Kummissarju tal-Pulizija jew, fil-każ ta’ vetturi tat-
trasport pubbliku, l-Awtorità jistgħu, skond ma jkun jidhrilhom,
jagħtu permess għall-użu ta’ vetturi bil-mutur b’marka ta’ identità,
jew b’żieda, jew flok numru ta’ l-identità. Din il-marka ta’ l-
identità ma għandhiex tintuża fuq ebda vettura oħra barra minn dik
li għaliha l-użu tal-marka jkun ġie permess.
Numri ta’ l-identità 
partikolari.
32. Kull numru ta’ l-identità u ittra għandhom jingħataw lil
vettura bil-mutur mill-Kummissarju tal-Pulizija. Il-qisien ta’ kull
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 11
ittra u ċifra tan-numru ta’ l-identità ta’ kull vettura, il-wisgħa totali
ta’ l-ispazju li jittieħed minn kull ittra jew ċifra bħal dik u l-ispazju
bejn kull żewġ ittri jew ċifri bħal dawk għandhom ikunu dawk li
jiġu stabbiliti minn żmien għal żmien mill-Kummissarju tal-
Pulizija fuq il-parir tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jew, fil-każ
ta’ vetturi tat-trasport pubbliku, mill-Awtorità.
Pjanċi li juru n-
numri ta’ l-identità.
33. (1)  Minkejja d-disposizzjonijiet tar-regolamenti 31 u 32
ta’ dawn ir-Regolamenti, il-Kummissarju tal-Pulizija jew l-
Awtorità, skond il-każ, jista’ jagħti lid-detentur tal-liċenza ta’ xi
vettura żewġ pjanċi ġodda li juru numru ta’ identità ġdid għall-
vettura tiegħu mal-ħlas ta’ kemm jiswew dawk il-pjanċi kif jiġi
stabbilit mill-imsemmi Kummissarju jew mill-imsemmija Awtorità.
(2) Meta dawn il-pjanċi l-ġodda jingħataw lil detentur ta’
liċenza, dan għandu jieħu ħsieb li jitwaħħlu minnufih mal-vettura li
għaliha jirreferu, waħda fuq quddiem u waħda fuq wara tal-vettura
u għandu jneħħi l-pjanċi l-qodma:
Iżda l-Kummissarju tal-Pulizija jew l-Awtorità jistgħu
jeħtieġu li l-pjanċi l-qodma jiġu ritornati.
(3) Meta dawn il-pjanċi l-ġodda bħal dawk jingħataw lil
detentur ta’ liċenza, dawn ma għandhomx jinbidlu ma’ pjanċi oħra
kemm-il darba dawk il-pjanċi l-oħra ma jinkisbux bi ħlas mingħand
l-imsemmi Kummissarju jew l-Awtorità.
(4) Kull pjanċi bħal dawk li jinkisbu mingħand il-
Kummissarju jew l-Awtorità jkunu proprjetà tal-Gvern u għandhom
jingħataw lura lill-Kummissarju jew l-Awtorità jekk u meta l-
vettura tkun skrappjata jew meta din tiġi esportata għal dejjem.
Il-pjanċi 
għandhom ikunu 
jidhru sew fuq il-
vettura.
34. In-numru ta’ identifikazzjoni fuq vettura bil-mutur, inklużi
inġenji ta’ l-invalidi, vettura kontrollata minn persuna bil-pass u
vettura bi tliet roti, għandu jitqiegħed fuq żewġ pjanċi bl-irkejjen
dritti. Dawn għandhom jitwaħħlu, waħda faċċata u l-oħra mad-
dahar tal-vettura b’mod illi kull ittra u ċifra fuq il-pjanċa jkunu
dritti u jkunu jistgħu jidhru tajjeb u jingħarfu sewwa. Meta jkun
motor cycle, in-numru ta’ identifikazzjoni għandu jintwera fuq
pjanċa ta’ għamla rettangolari li titwaħħal fuq wara.
Kull meta vettura tkun qed tiġi użata biex tiġbed trailer
wieħed jew iżjed, in-numru ta’ l-identità ta’ dik il-vettura għandu
jiġi wkoll muri fuq pjanċa li għandha taqbel f’kollox ma’ dawn ir-
Regolamenti, imwaħħla, skond il-każ, fuq in-naħa ta’ wara tat-
trailer jew ta’ l-aħħar trailer.
Ma huma permessi ebda ittra, numru jew marka oħra, ħlief
dawk awtorizzati mill-Kummissarju tal-Pulizija jew mill-Awtorità.
Il-Kummissarju tal-Pulizija, bil-parir tal-Bord għall-
Kontroll tat-Traffiku jew, fil-każ ta’ vetturi tat-trasport pubbliku, l-
Awtorità, jistgħu jippermettu, bil-miktub, li ma jiġux osservati l-
ħtiġiet dwar in-numri ta’ identità u pjanċi tan-numru f’każijiet meta
jkunu sodisfatti illi dak in-nuqqas ikun ġustifikat mill-ispazju
ristrett jew pekulijaritajiet li vettura partikolari jista’ jkollha,
f’liema każ il-pjanċi tan-numru u n-numri ta’ identità għandhom
ikunu kif ordnat bil-miktub mill-Kummissarju tal-Pulizija jew mill-
Awtorità, skond il-każ. 
12 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Il-pjanċi 
għandhom 
jinżammu ndaf. 
35.  In-numru ta’ l-identità ma għandux jitgħatta bil-bumpers
jew b’xi bċejjeċ ta’ armar ieħor, u għandu jkun ħieles mit-tajn u
jinżamm b’mod li jkun jista’ malajr jingħaraf u jinqara.
Liċenza għall-użu 
ta’ pjanċi Trial 
Run.
36. Il-Kummissarju tal-Pulizija jew, fil-każ ta’ vetturi tat-
trasport pubbliku, l-Awtorità, jistgħu joħorġu Trial Run għal
ġurnata waħda wara applikazjoni bil-miktub taħt dawn il-
kundizzjonijiet:
Il-pjanċi Trial Run għandu jkollhom numri bojod
fuq fond aħmar.
Għandhom jintużaw żewġ pjanċi Trial Run,
waħda fil-faċċata u oħra fuq id-dahar tal-vettura:
Iżda, meta żewġ vetturi jew iżjed ikunu qegħdin
jinsaqu f’convoy, għandha tkun murija pjanċa waħda
bħal dik fil-faċċata ta’ l-ewwel vettura u oħra fuq id-
dahar ta’ l-aħħar vettura.
Ma għandhom jintużaw ebda pjanċi Trial Run
ħlief dawk maħruġin u imbullati mill-Pulizija jew
mill-Awtorità, skond il-każ.
Fil-vettura li fuqha jintużaw pjanċi Trial Run
għandu jkun hemm rappreżentant tal-persuna li lilha
jkunu ħarġu dawn il-pjanċi u, meta żewġ vetturi jew
iżjed ikunu qed jinsaqu f’convoy, dak ir-rappreżentant
għandu jkun fil-vettura ta’ l-aħħar.
Il-pjanċi Trial Run għandhom jintużaw biss - 
(i) fuq vetturi li jkunu għadhom kemm ġew
importati għall-bejgħ;
(ii) fuq vetturi li jkunu f’idejn negozjant jew
importatur ta’ vetturi bil-mutur, għalbiex
jinbiegħu; jew fuq vetturi bil-mutur mixtrijin
minn negozjant jew importatur biex jerġgħu
jinbiegħu, li l-liċenzi tagħhom ikunu għalqu;
(iii) fuq vetturi li jkunu qegħdin jinsaqu minn
garage, fabbrika jew post ieħor fejn il-vettura
tkun miżmuma, għad-docks għall-imbark ta’ dik
il-vettura li tkun ser tiġi esportata.
Il-pjanċi Trial Run ma għandhomx jintużaw ħlief
għat-traġitt bi prova.
Il-pjanċi Trial Run ma għandhomx jintużaw fil-
Ħdud jew vaganzi pubbliċi jekk mhux awtorizzati
b’mod speċjali mill-Kummissarju tal-Pulizija.
Depożitu ta’ Lml għal kull sett ta’ pjanċi għandu
jsir meta jkun inġabar.
F’każ ta’ telf jew ħsara ta’ xi waħda mill-
imsemmija pjanċi, id-detentur tal-liċenza jitlef ħamsin
ċenteżmu għal kull pjanċa mitlufa jew mogħtija lura
bil-ħsara, b’mod li ma tkunx tajba biex tintuża.
Il-Kummissarju tal-Pulizija jew l-Awtorità,
skond il-każ, jistgħu jawtorizzaw li tinħareġ liċenza
fis-sena għall-użu ta’ pjanċi Trial Run lin-negozjanti
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 13
jew l-importaturi jew l-esportaturi ta’ vetturi bil-
mutur.
Liċenza għat-
tagħlim tas-sewqan 
ta’ vettura.
37. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Liċenza għal skola 
ta’ sewqan.
38. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Talba għal skola 
ta’ sewqan.
39. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Diskrezzjoni tal-
Kummissarju tal-
Pulizija.
40. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Jintużaw biss 
vetturi awtorizzati.
41. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Detentur ta’ 
liċenza għandu 
jżomm ġurnal.
42.  Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Instructor għandu 
jkollu l-liċenza 
meħtieġa.
43. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Instructor biss 
joqgħod flimkien 
ma’ min ikun qed 
jitgħallem.
44. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Kanċellament jew 
sospensjoni tal-
liċenza ta’ skola.
45. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Kanċellament jew 
sospensjoni tal-
liċenza biex 
wieħed jagħmilha 
ta’ instructor.
46. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Ħtieġa ta’ liċenza 
għat-tagħlim tas-
sewqan.
47. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Vetturi tat-trasport 
pubbliku.
48.  Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Ċertifikat ta’ 
kapaċità.
49.  Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Liċenzi għas-
sewqan ta’ vettura.
Emendat:
A.L. 149 ta’ l-
1995;
A.L. 268 ta’ l-
1998;
A.L. 68 ta’ l-1999;
A.L. 174 ta’ l-
1999.
50. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Talba fuq il-
formula apposta.
51.  Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Il-liċenza turi l-
klassi, ritratt.
52. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Tiġdid ta’ liċenzi..
Kanċellament jew 
sospensjoni ta’ 
liċenzi tas-sewqan.
54. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
14 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Kunsinna lura 
minnufih ta’ 
liċenza kanċellata, 
eċċ.
Emendat:
A.L. 149 ta’ l-
1995.
55. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Kunsinna ta’ tag 
ta’ identità.
Kap. 10.
56. Kull min ikollu l-liċenza tiegħu sospiża skond l-artikolu 91
tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, għandu wkoll jikkunsinna t-tag
ta’ identità tiegħu lill-Awtorità.
Kundanna mill-
Qorti.
57. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Sewqan kontra l-
liġi.
58. Revokat bl-A.L. 191 ta’ l-2002.
Responsabbiltà 
għal-liċenza.
59. Id-detentur ta’ liċenza ta’ vettura bil-mutur hu responsabbli
illi d-driver u/jew il-kunduttur impjegati minnu għandhom il-
liċenzi meħtieġa. Id-driver ta’ vettura hu responsabbli illi l-vettura
bil-mutur li minnha jkun inkarigat ikollha l-liċenza meħtieġa għas-
servizz li għandha taqdi.
Liċenza għal 
vetturi bil-mutur 
għall-ġarr ta’ 
kadavri.
60. Ebda vettura bil-mutur ma għandha tintuża għall-ġarr ta’
kadavri mingħajr liċenza speċjali għal hekk li ma tingħatax jekk il-
vettura bil-mutur ma tkunx mibnija f’dik l-għamla u ma jkollhiex
dik l-għamara, tagħmir u lampi kif jordna t-Tabib Prinċipali tal-
Gvern.
Liċenza għal 
vetturi bil-mutur 
biex jidħlu l-Belt 
Valletta.
61. (1) Ebda vettura bil-mutur ma għandha tidħol il-Belt
Valletta mingħajr liċenza għal hekk maħruġa mill-Kummissarju
tal-Pulizija:
Iżda fil-każ ta’ vetturi tat-trasport pubbliku dik il-liċenza
għandha tinħareġ mill-Awtorità.
(2) Minkejja d-disposizzjoni tas-sub-regolament (1), ebda
vettura bil-mutur u karrella mwaħħla miegħu u ebda vettura
kummerċjali, f’kull każ li jkunu itwal minn 8 metri, ma għandhom
jidħlu fil-Belt Valletta.
Liċenza biex 
jinżamm garage.
62. (1) Ħadd ma jista’ jżomm f’garage iżjed minn erba’
vetturi bil-mutur f’xi post mingħajr liċenza ta’ garage privat, jew
vettura bil-mutur liċenzjata għal kiri mingħajr liċenza ta’ garage
ta’ servizz pubbliku.
(2) In-numru ta’ vetturi bil-mutur li jinżammu f’xi garage
għandu jkun stabbilit skond in-numru ta’ vetturi li jużaw il-ħarġa
jew id-daħla komuni għat-triq: 
Iżda, sabiex jiġi stabbilit in-numru ta’ dawk il-vetturi, żewġ
motor cycles għandhom jitqiesu daqs vettura bil-mutur waħda. 
(3) Id-detentur ta’ liċenza ta’ garage privat għandu jkollu
reġistru bin-numru ta’ reġistrazzjoni, u l-isem u l-indirizz tas-sid
jew sidien tal-vetturi li jinżammu f’dak il-garage.
(4) Liċenza ta’ garage ta’ servizz pubbliku tawtorizza lid-
detentur tagħha li jżomm f’dak il-garage vetturi bil-mutur
liċenzjati għall-kiri, li n-numru tar-reġistrazzjoni tagħhom jidher
fuq il-liċenza ta’ garage ta’ servizz pubbliku stess: 
Iżda, bla ħsara għal dak li hemm fis-sub-regolament (3),
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 15
liċenza ta’ garage ta’ servizz pubbliku għandha titqies li tinkludi
liċenza ta’ garage privat.
(5) Liċenza ta’ garage ta’ servizz pubbliku tawtorizza lid-
detentur tal-liċenza li jikri minn dak il-garage vetturi bil-mutur
biss reġistrati u liċenzjati f’ismu għall-kiri li jistgħu jinżammu
f’dak il-garage skond id-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (4).
(6) Ebda persuna ma jista’ jkollha reġistrat u liċenzjat f’isimha
xi vettura bil-mutur għall-kiri jekk ma jkollhiex liċenza f’isimha
biex iżżomm garage ta’ servizz pubbiku.
(7) Ebda persuna li jkollha liċenza ta’ garage ta’ servizz
pubbliku, u ebda membru tal-familja tagħha li jkun jirrisjedi
magħha, fl-istess dar, ma għandu jkollha reġistrat f’isimha iktar
minn żewġ karrozzi privati.
(8) Id-detentur ta’ liċenza ta’ garage ta’ servizz pubbliku
għandu jkollu reġistru bit-tagħrif li ġej:
(a) id-data u l-ħin ta’ meta toħroġ u meta daħlet kull
vettura mikrija minn hemm;
(b) l-isem, in-numru tal-liċenza u n-numru tat-tag ta’
identità tad-driver; u
(ċ) l-isem, l-indirizz u n-numru tal-liċenza ta’ kull persuna
li tikri vettura bil-mutur biex tinsaq minn min jikriha.
(9) Ħadd ma jista’ jikri vettura bil-mutur liċenzjata għall-kiri
ħlief minn garage ta’ servizz pubbliku.
(10) Liċenzi ta’ garage privat jew garage ta’ servizz pubbliku
għandhom jinħarġu mill-Kummissarju tal-Pulizija u mill-Awtorità
rispettivament, iżda liċenza ta’ garage ta’ servizz pubbliku ma
tibqax valida meta d-detentur tagħha ma jkollu ebda liċenza f’ismu
dwar vetturi liċenzjati għall-kiri u awtorizzati li jinżammu f’dak il-
garage.
(11) L-Awtorità għandha tagħti lid-detentur ta’ liċenza ta’
garage ta’ servizz pubbliku li jitlobha, liċenza speċjali li
tawtorizzah jutilizza fondi addizzjonali, li jkunu xierqa biex fihom
jinżammu vetturi bil-mutur, bl-uniku skop li jdaħħal fihom bħala
garage vetturi bil-mutur liċenzjati għall-kiri li jkunu reġistrati
f’isem id-detentur:
Iżda għandha titniżżel bħala kundizzjoni fil-liċenza speċjali
msemmija li ebda servizz ta’ kiri ma għandu jingħata minn, u ebda
uffiċċju ma għandu jinfetaħ fil-fondi addizzjonali hekk liċenzjati.
(12) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, "vetturi bil-mutur
liċenzjati għall-kiri" tfisser motor cars għall-kiri, karrozzi self-
drive u motor cycles għall-kiri, iżda ma tinkludix taxicars jew
motor omnibuses.
Garage għax-
xogħlijiet u 
tiswijiet.
63. Mħassar bl-Avviż Legali 322 ta’ l-2002.
Liċenza dwar 
garages.
Kap. 10.
64. Il-liċenzi kollha biex jinżamm post fejn soltu jinżammu
vetturi bil-liċenza għall-kiri jew garage għax-xogħlijiet u t-
tiswijiet ikunu suġġetti għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 130 tal-
16 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.
Car park 
attendants.
Sostitwit:
A.L. 93 ta’ l-2003.
65. (1) L-ebda persuna ma’ tista tagħmilha ta’ car park
attendant mingħajr liċenza maħruġa mill-Awtorità dwar it-Trasport
ta’ Malta. 
(2) Applikazzjoni għall-liċenzja taħt dan ir-regolament
għandha issir fil-forma preskritta. L-formola mimlija, flimkien ma’
żewġ ritratti reċenti ta’ l-applikant ta’ daqs kif użat għall-passaport,
għandha tkun iddepożitata jew mibgħuta lill-uffiċċji ta’ l-Awtorità
dwar it-Trasport ta’ Malta.
(3) Liċenzi ġodda ikunu maħruġa mill-Awtorità dwar it-
Trasport ta’ Malta skond l-ordni ta’ prijorità li fiha tkun rċeviethom
l-imsemmija Awtorità.
(4) Liċenza maħruġa taħt dan ir-regolament għandha tkun -
(a) personali u mhux trasferibbli;
(b) applikabbli biss għall-ħinijiet u post ta’ parkeġġ skedat
li l-car park attendant huwa illiċenzjat sabiex
jissorvelja;
(ċ) valida sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha tkun
maħruġa, iżda tista minn hemm ’l quddiem tkun
mġedda minn sena għal sena; u
(d) soġġetta għall-ħlas ta’ Lm5 pagabbli mal-ħruġ tal-
liċenza u kull sena mid-data ta’ ħruġ tal-liċenza.
L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta għandha ukoll
tipprovdi lill-car park attendants b’tag ta’ identifikazzjoni li
tindika l-isem, in-numru tal-karta ta’ identità u n-numru tal-liċenza,
l-parkeġġ tal-karozzi li huwa illiċenzjat sabiex jissorvelja u l-
ħinijiet li matulhom jista’ jaġixxi bħala car park attendant f’dak il-
parkeġġ tal-karozzi.
(5)  L-ebda persuna liċenzjata ma’ tista taġixxi bħala car park
attendant jekk ma’ tkunx ħalset l-miżata tal-liċenzja pagabbli kull
sena jew għall-perjodu kif speċifikat.
(6) L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta m’għandhiex toħroġ
lill-ebda persuna liċenza taħt dan ir-regolament kemm-il darba ma
tkunx sodisfatta li l-persuna hija ta’ kondotta tajba u li tkun kapaċi
li taqdi d-dmirijiet tagħha.
(7) Car park attendant għandu, waqt ix-xogħol, jilbes t-tag ta’
identifikazzjoni maħruġa lilu mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’
Malta f’post fejn tidher u għandu josserva r-regoli dwar l-ilbies
maħruġa mill-istess Awtorità.
(8) Car park attendant ikun awtorizzat li jaħdem biss fil-
parkeġġi tal-karozzi murija fil-liċenza tiegħu. Għandu jkun f’dak
il-parkeġġ jew parkeġġi tal-karozzi matul il-ħin muri fil-liċenza
tiegħu. Il-persuna li għandha l-liċenza hija responsabbli għat-tindif
tal-post tal-parkeġġ meta hija tkun xogħol.
(9) L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta għandha twaqqaf
sinjal li jidher fid-dħul tal-parkeġġ tal-karozzi skedat fejn tindika
li:  
(a) l-post huwa parkeġġ tal-karozzi skedat; u
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 17
(b) l-ħinijiet li matulhom ikun hemm l-car park attendant. 
(10) Car park attendant għandu jkollu permess li jżomm kull
gratifikazzjoni li jista’ jirċievi mingħand sewwieqa li jużaw l-
parkeġġ tal-karozzi.
(11) Car park attendant għandu juża l-kura u d-diliġenza kollha
sabiex jiżgura d-dħul, l-parkeġġ u l-ħruġ ordinat tal-vetturi f’kull
parkeġġ tal-karozzi li għalih responsabbli u li ma jippermettix serq
jew ħsara lil dawk l-vetturi. Huwa għandu jniżżel bil-miktub n-
numru ta’ reġistrazzjoni ta’ kull vettura involuta f’kolliżjoni jew
inċident ieħor f’dak il-parkeġġ tal-karozzi u jirraporta l-
partikolaritajiet lill-Pulizija.
(12) Kull persuna li tagħmel użu ta’ parkeġġ tal-karozzi għandha
tħares is-sinjali jew istruzzjonijiet leġittimi tal-car park attendant
dwar id-dħul, l-parkeġġ u l-ħruġ tal-karozza f’dak il-parkeġġ tal-
karozzi. Ebda persuna ma għandha tipparkja vettura eqreb minn
750mm min-naħa ta’ vettura oħra u l-car park attendants
għandhom jiżguraw illi din d-disposizzjoni tiġi osservata mis-
sewwieqa.
(13) L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta tista’ tqiegħed ma’
kull liċenza maħruġa jew imġedda skond dan ir-regolament
kondizzjonijiet oħra li jidhrulha xierqa biex tiġi żgurata l-
osservanza sewwa tad-dmirijiet ta’ car park attendant.
(14) Bla ħsara għal kull responsabilità oħra ta’ car park
attendant skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn r-Regolamenti jew ta’
xi liġi oħra, l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta tista’, f’kull
wieħed mill-każijiet li ġejjin, tissospendi għal dak iż-żmien li
jidhrilha xieraq jew tħassar l-liċenza ta’ car park attendant jew
tirrifjuta t-tiġdid tagħha:
(a) jekk tkun sodisfatta li l-persuna li għandha l-liċenza
m’għadhiex kapaċi taqdi dmirijieta;
(b) jekk l-persuna li għandha l-liċenza tinstab ħatja ta’
reat;
(ċ) jekk jiġi pruvat għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità dwar
it-Trasport ta’ Malta illi l-persuna li għandha l-liċenza
ġabet ruħha ħażin jew b’mod li mhux xieraq waqt li
kienet qed taqdi dmirijietha jew li kisret xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan r-regolament jew xi waħda
mill-kondizzjonijiet li jkun hemm għal-liċenza;
(d) jekk l-persuna li għandha l-liċenza naqset li tissodisfa
kull responsabbiltà ċivili li jkun daħal għaliha favur xi
ħadd li jkun uża l-parkeġġ tal-karozzi taħt r-
responsabbilità tiegħu. 
(15) Meta l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta tkun qed taqdi l-
funzjonijiet tagħha skond dan ir-regolament, hija ma tirrendix lill-
Gvern suġġett għal xi responsabbiltà dwar xi telf ta’, jew ħsara lil
xi vettura jew oġġetti li jinsabu fiha jew tgħamir tagħha jew dannu
ikkaġunat b’xi mod ieħor, f’post ta’ parkeġġ.
(16) (a)Fejn tag ta’ identifikazzjoni maħruġa taħt dawn r-
regolamenti ġiet mitlufa jew misruqa, jew l-car park
18 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
attendant m’għadux b’xi mod ieħor f’pussess ta’ din it-
tag, l-car park attendant għandu jinnotifika lill-
Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta fi żmien ħamest
ijiem mid-data meta jsir jaf b’dan l-fatt. 
(b)L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta għandha, fi
żmien għaxart ijiem mill-irċevuta ta’ din n-
notifikazzjoni, toħroġ tag doppja biex tieħu post l-
oriġinal. L-miżata għal din it-tag doppja għandha tkun
ta’ Lm5.
(17) (a)L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta għandha
iżżomm Reġistru tal-car park attendants kollha li
huma liċenzjati.
(b) Ir-Reġistru għandu juri l-isem, indirizz residenzjali u
numru tal-karta tal-identità ta’ kull car park attendant
liċenzjat u n-numru tal-liċenza tiegħu, l-post fejn
qiegħed l-post ta’ parkeġġ li huwa liċenzjat sabiex
jopera fih u l-ħin li fih huwa awtorizzat sabiex jopera
f’dak il-post ta’ parkeġġ.
(ċ) Ir-Reġistru għandu jkun disponibbli għall-ispezzjoni
mill-pubbliku.
Liċenza ta’ 
kunduttur ta’ motor 
omnibus.
66. (1) Ebda persuna ma tista’ taħdem ta’ spettur tal-biljetti
jew ta’ kunduttur ta’ motor omnibus jekk ma jkollhiex liċenza, u
tag ta’ identità lilha mogħtija, mill-Awtorità.
(2) L-Awtorità ma għandhiex toħroġ jew iġġedded liċenza jekk
l-applikant ma jkunx ta’ karattru tajjeb, kapaċi li jagħmel ix-xogħol
tiegħu u -
(a) fil-każ ta’ spettur tal-biljetti, jekk ma jkunx laħaq l-età
ta’ tmintax-il sena;
(b) fil-każ ta’ kunduttur ta’ motor omnibus, jekk ma jkunx
laħaq l-età ta’ sittax-il sena.
(3) L-Awtorità tista’, minn żmien għal żmien, torbot ma’ kull
liċenza dawk il-kundizzjonijiet li jidhrilha xierqa.
(4) Kull liċenza maħruġa jew imġedda mill-Awtorità skond dan
ir-regolament tista’ tiġi sospiża jew irtirata minnha jekk l-Awtorità
jkollha raġuni biex taħseb li d-detentur ta’ dik il-liċenza ma jkunx
għadu ta’ karattru tajjeb jew ma jkunx għadu kapaċi li jagħmel ix-
xogħol tiegħu jew ikun kiser xi kundizzjoni marbuta ma’ dik il-
liċenza.
(5) Kull min jaħdem bħala spettur tal-biljetti jew bħala
kunduttur għandu, filwaqt li jkun qiegħed jaħdem, jilbes it-tag ta’
identità lilu mogħtija mill-Awtorità fejn din tkun tidher fuq in-naħa
tax-xellug ta’ sidru.
(6) Meta xi persuna li jkollha liċenza biex taħdem bħala spettur
tal-biljetti jew bħala kunduttur ta’ motor omnibus ma tkomplix
taħdem għal xi raġuni, tkun li tkun, anki mard (li ma jkunx mard ta’
żmien qasir), din għandha minnufih tagħti lura t-tag ta’ identità lill-
Awtorità u titqies li rrinunzjat għal-liċenza relattiva.
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 19
TAQSIMA IV
Sewqan ta’ Vetturi bil-Mutur
Dmir tad-driver li 
jwaqqaf f’każ ta’ 
inċident.
Sostitwit:
A.L. 234 ta’ l-
1997.
Emendat:
A.l. 104 TA’ L-
2004.
67. (1) F’kull każ, fejn minħabba vettura bil-mutur fi triq,
jiġri xi inċident li jkun jinvolvi offiża fuq persuna oħra jew tiġi
kaġunata ħsara lil xi vettura, annimal jew proprjetà oħra, id-driver
tal-vettura bil-mutur għandu jieqaf u, jekk ikun meħtieġ li jagħmel
dan minn uffiċjal tal-Pulizija, gwardjan lokali jew minn persuna, li
jkollha raġuni biżżejjed li titlob li jsir hekk, jagħti l-isem u l-
indirizz tiegħu, l-isem u l-indirizz tas-sid tal-vettura bil-mutur, id-
dettalji ta’ l-assiguratur tal-vettura kif ukoll il-marka jew numru
tar-reġistrazzjoni tal-vettura.
(2) Salvi d-disposizzjonijiet tas-subregolamenti l-oħra hawn
iżjed ’l isfel ta’ dan ir-regolament, meta xi każ li dwaru japplika is-
subregolament (1) ikun jikkonsisti f’aċċident li jkun jaqbel mad-
deskrizzjoni mogħtija fit-Tieni Skeda, imma li ma tkun tinvolvi
ebda offiża fuq il-persuna jew ħsara lil proprjetà pubblika, il-
persuni involuti fl-aċċident għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li
titneħħa minnufih kull ħaġa li tista’ tkun qegħda tfixkel il-mogħdija
ħielsa tat-traffiku u minnufih wara dan jiskambjaw dik l-
informazzjoni meħtieġa b’dawn ir-regolamenti dwar kif ikun ġara
l-aċċident fuq dawk il-formoli għaldaqstant provvisti mill-
assiguraturi tad-driver jew tas-sid, liema formola għandha tingħata
lill-assiguraturi rispettivi sa mhux aktar tard minn jumejn tax-
xogħol wara d-data ta’ l-aċċident.
(3) Salvi d-disposizzjonijiet tas-subregolamenti l-oħra hawn
iżjed ’l isfel ta’ dan ir-regolament, meta xi każ li dwaru japplika s-
subregolament (1) ikun jikkonsisti f’aċċident li ma jkunx jaqbel
mad-deskrizzjoni mogħtija fit-Tieni Skeda, imma li ma jkun
jinvolvi ebda offiża fuq il-persuna jew ħsara lil proprjetà pubblika,
u l-persuni involuti jkunu jaqblu fuq kif ikun sar l-aċċident allura,
il-persuni involuti fl-aċċident għandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni meħtieġa b’dawn ir-regolamenti u jagħtu l-
informazzjoni rilevanti dwar kif ikun ġara l-aċċident fuq dawk il-
formoli għaldaqstant provvisti mill-assiguraturi tad-driver jew tas-
sid, liema formola għandha tingħata lill-assiguraturi rispettivi sa
mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara d-data ta’ l-aċċident,
u għandhom malli dan jieħdu passi biex jiżguraw li titneħħa
minnufih kull ħaġa li tista’ tkun qegħda tfixkel il-mogħdija ħielsa
tat-traffiku.
(4) Salvi d-disposizzjonijiet tas-subregolamenti l-oħra hawn
iżjed ’l isfel ta’ dan ir-regolament, meta xi każ li dwaru japplika s-
subregolament (1) ikun jikkonsisti f’aċċident li ma jkunx jaqbel
mad-deskrizzjoni mogħtija fit-Tieni Skeda, imma li ma jkun
jinvolvi ebda offiża fuq il-persuna jew ħsara lil proprjetà pubblika,
u l-persuni involuti ma jkunux jaqblu fuq kif ikun sar l-aċċident
allura, il-persuni involuti fl-aċċident għandhom minnufih javżaw
lill-gwardjan lokali u għandhom jagħtuh dak it-tagħrif li jista’ jkun
meħtieġ b’dawn ir-regolamenti.
(5) Salvi d-disposizzjonijiet tas-subregolamenti l-oħra hawn
iżjed ’l isfel ta’ dan ir-regolament, meta xi każ li dwaru japplika s-
subregolament (1) ikun jikkonsisti f’aċċident li jkun jinvolvi offiża
20 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
fuq il-persuna jew ħsara lil proprjetà pubblika, il-persuni involuti
fl-aċċident għandhom minnufih javżaw lill-gwardjan lokali u, jew
lill-Pulizija, u għandhom jagħtuhom dik l-informazzjoni li tista’
tkun meħtieġa b’dawn ir-regolamenti.
(6) Il-formula msemmija fis-subregolament (2) m’għandhiex
tkun ammissibbli bħala prova fi proċedimenti kriminali ħlief -
(a) fi proċedimenti kriminali dwar xi dikjarazzjoni jew
informazzjoni falza f’dik l-imsemmija formula; jew
(b) fuq talba ta’ l-akkużat li jkun id-driver jew is-sid li
jkun ta l-informazzjoni rilevanti f’dik il-formula
msemmija.
Kontroll ta’ vetturi 
bil-mutur. 
68. Min ikun isuq vettura għandu joqgħod bil-qiegħda b’mod li
jkollu kontroll sħiħ tal-vettura, u vista sħiħa tat-triq u l-vetturi.
Huwa ma għandux iħalli l-vettura weħidha bla ma jieħu
prekawzjoni xierqa biex ma tiġix imċaqalqa sakemm idum nieqes
jew iħalli l-vettura wieqfa fi triq jew li tkun immaniġġata b’mod li
tkun ta’ xkiel bla bżonn jew ta’ xi inkonvenjent għall-pubbliku.
Min ikun inkarigat minn motor omnibus, taxicar, motor car
għall-kiri jew vettura tal-merkanzija ma għandu fl-ebda ħin imexxi
l-vettura tiegħu bil-makna mitfija matul ebda biċċa tat-triq la
f’direzzjoni ’1 quddiem u lanqas lura, għal distanza itwal minn sitt
metri.
Tagħbija żejda ta’ 
vetturi.
69. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ kull regolament
ieħor li jillimita n-numru ta’ passiġġieri jew l-akbar tagħbija li
tista’ tinġarr f’xi vettura, ħadd ma għandu jsuq ebda vettura li tkun
mgħobbija ż-żejjed b’passiġġieri jew merkanzija hekk li toħloq
periklu jew lill-passiġġieri li jinġarru fiha jew lil terzi persuni.
(2) Ħadd ma għandu jsuq motor car tal-kiri, taxicar jew
karrozza self-drive li fuqha jkun hemm iktar passiġġieri minn
numru indikat fil-liċenza. 
(3) Ebda persuna ma tista’ ssuq vettura fil-waqt li tkun qed tuża
headphones jew xi mezz ieħor simili li jfixkilha jew li x’aktarx
ifixkilha li tisma’ sewwa.
Ġarr ta’ oġġetti li 
jistgħu jikkaġunaw 
ħsara.
70. Ħadd ma għandu jsuq xi vettura li jkollha mwaħħla magħha
xi ħaġa li, minħabba l-piż jew pożizzjoni tagħha, tista tikkaġuna
ħsara lil xi proprjetà ta’ persuna oħra, jew lit-triq jew post ieħor ta’
passaġġ pubbliku; jew li tista’ tfixkel il-manuvrar jew l-effiċjenza
mekkanika tal-vettura.
Kantunieri. 71. Kull min ikun isuq vettura għandu, qabel ma jilwi
kantuniera jew qabel ma jersaq lejn salib it-toroq, imexxi bil-mod u
jagħmel sinjal biex juri għal liema naħa bi ħsiebu jiġbed.
Dħul jew tluq minn 
garage.
72. Meta driver ta’ vettura jkun dieħel jew tielaq minn garage
għandu jieħu dawk il-prekawzjonijiet kollha li huma meħtieġa biex
jiskansa inċidenti u kolliżjonijiet ma’ vetturi oħra fit-triq.
Sid għandu jagħti 
tagħrif biex jinstab 
id-driver.
73. Is-sid ta’ vettura huwa fid-dmir, meta jiġi mistoqsi minn
membru tal-Korp tal-Pulizija, li jagħti kull informazzjoni li biha l-
Pulizija tista’ tasal biex issib il-persuna li kienet qiegħda ssuq il-
vettura meta hemm rapport li jkun sar xi delitt jew kontravenzjoni.
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 21
Tħollijia ta’ vettura 
bil-mutur fit-triq.
74. Ebda vettura ma tista’ titħalla f’xi triq kontra xi
regolamenti dwar ipparkjar jew f’dik il-qagħda jew f’dik iċ-
ċirkostanza b’mod li aktarx tista’ tkun ta’ periklu jew ta’ xkiel lil
nies oħra li jużaw it-triq.
Sewqan fuq in-
naħa tax-xellug.
75. Kull min ikun qed isuq vettura għandu jżomm fuq in-naħa
tax-xellug tat-triq u, meta jkun qed jaqbeż xi vettura oħra, żiemel
jew frat, għandu jżomm il-vettura tiegħu fuq in-naħa tal-lemin ta’
dik il-vettura, żiemel jew frat ħlief f’passaġġi tat-traffiku
espressament markati għal hekk fuq it-triq, u fil-limiti ta’ dawk is-
sinjali, jew għal raġuni oħra xierqa.
Meta jkun ser jibdel id-direzzjoni jew il-kors jew inaqqas
is-sewqan jew jieqaf, jew ikun ser jaqbeż xi vettura oħra, żiemel
jew frat, kull driver għandu jeżerċita l-kura u attenzjoni xierqa, u
għandu juri l-intenzjoni tiegħu b’sinjal b’idejh jew b’indikatur tat-
traffiku jew b’dawl ta’ indikatur.
Triq prinċipali.
minnha jkollu d-dritta għas-sewqan u t-traffiku fit-toroq kollha li
jagħtu għaliha għandhom jagħmlu l-wisa’ lil dak tat-triq prinċipali,
iżda d-driver ta’ kull vettura sew fi triq prinċipali sew f’waħda
sekondarja għandu joqgħod attent il-ħin kollu u għandu jieħu l-
prekawzjonijiet kollha meħtieġa f’kull kantuniera.
Tfixkil. 
għax ikun irid jew bi traskuraġni, iżomm, ifixkel, jew jaqta’ l-
passaġġ jew ma jħallix spazju għall-passaġġ ta’ persuna, vettura,
żiemel jew frat f’kull triq li tkun, u għandu jżomm il-vettura bil-
mutur max-xellug tat-triq sabiex iħalli din il-mogħdija.
Ebda persuna ma għandha tipparkja jew tħalli bla għassa xi
vettura bil-mutur f’dak il-mod li ma tħallix xi vettura ta’ persuna
oħra milli jkollha dħul jew ħruġ liberu għal xi post użat u markat
b’mod ċar bħala garage.
Żona ta’ l-ipparkar 
riservata.
78.  Meta xi area jew spazju f’xi triq jew pjazza jkun immarkat,
jew mogħti bħala, ipparkjar riżervat, u l-Kummissarju tal-Pulizija
joħroġ permess bil-miktub favur is-sidien tal-vetturi li jistgħu
jagħmlu użu minn dik l-area jew dak l-ispazju, ebda vettura bil-
mutur ma tista’ tiġi parkjata hemmhekk kemm-il darba l-permess
relattiv ma jkunx imwaħħal fuq in-naħa tax-xellug tal-windscreen
tal-vettura relattiva.
Projbizzjoni ta’ 
parkjar.
79. Ebda persuna ma għandha, jekk mhux ordnata xort’oħra
mill-Pulizija, tipparkja jew tħalli waħedha xi vettura bil-mutur -
(a) matul 5 metri minn xi kantuniera jew liwja;
(b) matul 12-il metru minn kull naħa ta’ xi bus stop jew
fare stage;
(ċ)madwar roundabout tat-traffiku;
(d) fuq, jew matul 4 metri minn, post ta’ passaġġ għall-
pedestrians, minn naħa li minnha jkun ġej it-traffiku;
jew
(e)  fuq il-bankina, ħlief jekk jiġi awtorizzat mill-Pulizija.
22 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Ipparkjar ta’ 
motorcycles.
80. Il-motor cycles ma għandhomx jiġu pparkjati paralellament
mal-bankina jew ħajt tat-triq iżda għandhom jiġu parkjati f’angolu
ta’ mhux anqas minn 45 grad għal dik il-bankina jew ħajt.
Riversjar. 81. Kull min isuq vettura ma għandux ireġġa’ lura iżjed ’il
bogħod jew f’iżjed milli jkun bilfors meħtieġ u għandu jieħu dawk
il-prekawzjonijiet li huma meħtieġa biex jiskansa ħabta jew
inċident ma’ nies jew vetturi oħra fit-triq.
Dritta fis-sewqan.
Emendat:
A.L. 206 ta’ l-
2000.
82. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 84,
meta żewġ vetturi jkunu resqin lejn xulxin f’salib ta’ toroq ta’ l-
istess importanza, id-driver tal-vettura bil-mutur li għandu mal-
lemin tiegħu l-vettura bil-mutur l-oħra, għandu jħalli din il-vettura
l-oħra jgħaddi. Id-driver ta’ vettura li jkun ġej minn triq sekondarja
għal triq prinċipali għandu jħalli jgħaddi t-traffiku tat-triq
prinċipali.
(2) Vetturi li joqorbu lejn roundabout tat-traffiku għandhom
iħallu jgħaddu lil dawk il-vetturi li jkunu diġà qegħdin iduru ma’
dak ir-roundabout.
(3) Meta żewġ vetturi jiltaqgħu fi triq dejqa, li l-wisa’ tagħha
ma tħallix il-passaġġ liberu lit-tnejn, id-driver l-aktar viċin għall-
parti l-iktar wiesgħa tat-triq, fejn iż-żewġ vetturi jistgħu jgħaddu t-
tnejn liberament, għandu jreġġa’ lura l-vettura tiegħu għal dik il-
parti tat-triq u jħalli lill-vettura l-oħra li tkompli fit-triq tagħha.
(4) Meta żewġ vetturi jaslu f’toroq differenti li jiffurmaw
junction forma ta’ T, dik li tkun fit-triq junction għandha tagħti
preċedenza li dik fit-triq id-dritta.
Vetturi speċjali.
Sostitwit:
A.L. 335 ta’ l-
2002.
83. (1) Fire engines, ambulanzi, vetturi tas-salvataġġ u tas-
sokkors u vetturi oħra bil-mutur li għandhom preċedenza minħabba
n-natura tax-xogħol, jistgħu jużaw mezzi ta’ twissija akustiċi u, jew
viżwali permezz ta’ sireni, qniepen, ħorn b’żewġ ilħna u dawl blu
jteptep waqt li jkunu sejrin għal sejħa ta’ urġenza jew f’emerġenza.
Fil-każ ta’ personal mediku, li jkun qed jirrispondi għal sejħa ta’
emerġenza, id-dawl iteptep ikun aħdar.
(2) Ebda vettura barra minn dawk imsemmija fis-sub-
regolament (1) ma tista’ tuża ebda wieħed mill-mezzi akustiċi jew
viżwali msemmija fl-imsemmi subregolament mingħajr il-permess
ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta.
Drivers għandhom 
jagħtu d-dritta lill-
vetturi ta’ 
preċedenza.
84. Id-drivers ta’ vetturi għandhom, kif jisimgħu jew jaraw xi
wieħed mill-mezzi ta’ twissija akustiċi jew viżwali msemmija fir-
regolament 83, jersqu bil-ħeffa lejn in-naħa tax-xellug tat-triq, u
jieqfu, hekk li jħallu ħielsa kemm ikun possibbli mill-karreġġata
sabiex tgħaddi jew jgħaddu l-vettura jew vetturi speċjali msemmija,
u jistgħu ikomplu fi triqthom biss wara li dik il-vettura, jew dawk
il-vetturi, ikunu għaddewhom.
Sinjal qabel ma 
wieħed iwaqqaf.
85. Kull min isuq vettura, qabel iwaqqaf għandu jmexxiha
mal-bankina u mal-linja tagħha u jagħmel sinjal li huwa bi ħsiebu
jieqaf jew billi juża s-sinjal tad-dawl jew, jekk dak is-sinjal tad-
dawl ma jkunx f’dak il-mument qed jaħdem, billi joħroġ driegħu
f’posizzjoni orizzontali, il-pala ta’ idejh tħares ’l isfel, u jċaqlaqha
bil-mod ’il fuq u ’l isfel u b’mod li idu tkun tista’ tidher sewwa
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 23
minn min qiegħed isuq wara l-vettura tiegħu bil-mutur.
Waqfien meta 
mitlub. 
86. Meta jiġi mitlub jew meta jsirlu sinjal minn xi ħadd li jkun
imexxi żiemel jew isuq frat, kull min isuq vettura għandu jwaqqaf
il-vettura u jżommha wieqfa kemm, skond ma jkun hemm bżonn,
biex jgħaddu dawn il-bhejjem.
Irmonk.
darba ċ-ċima jew katina ta’ l-irmonk ma tkunx irranġata b’mod illi
d-distanza li jkun hemm bejn it-trufijiet tal-vetturi ma tkunx iżjed
minn 4.5 metri, u għandhom jittieħdu l-mezzi sabiex iċ-ċima jew
katina ta’ l-irmonk tkun tista’ tingħaraf malajr minn nies oħra li
jużaw it-triq, billi ma’ din iċ-ċima jew katina titwaħħal ċarruta
bajda.
Ħadd ma jista’ jsuq vettura li tkun qed tirmonka xi vettura
oħra li jkollha steering gear kemm-il darba d-driver li jkollu 1-
kontroll tal-vettura rmonkata ma jkollux liċenza skond il-Kategoriji
B, B1, Ċ, D u E tar-regolament 50, jew skond il-Kategorija A jekk
il-vettura rmonkata tkun motorcycle, u ħadd ma jista’ jsuq vettura
rmonkata kemm-il darba ma jkunx hekk liċenzjat:
Iżda għall-finijiet ta’ dan ir-regolament kull vettura
rmonkata li jkollha steering gear, kemm-il darba l-vettura ma tkunx
qed tiġi rmonkata minn gruwa jew minn xi vettura oħra li jkollha
tagħmir li jerfa’ oġġetti tqal u ma jkollhiex jew iż-żewġ roti ta’
quddiem jew iż-żewġ roti ta’ wara mtellgħin mill-art, għandha
titqies li tkun vettura meħtieġa li tkun taħt il-kontroll ta’ driver
b’liċenza kif jingħad fil-paragrafu ta’ qabel dan ta’ dan ir-
regolament ukoll jekk din il-vettura jkollha xi parti jew partijiet
vitali tal-makna neqsin, jew xort’oħra ma tkunx tista’ timxi bil-
forza tagħha stess, minħabba dan id-difett jew ħsara.
Il-vettura rmonkata għandu jkollha dwal sew quddiem u
sew wara matul il-ħin meta d-dwal għandhom jinxtegħlu.
Linji bojod u studs. 
madwar kantuniera jew liwja, ebda vettura ma għandha taqbeż oħra
li tkun miexja fl-istess direzzjoni.
Ebda vettura ma għandha tieqaf f’tul ta’ 6 metri minn kull
kantuniera sabiex tniżżel jew trikkeb jew tistenna l-passiġġieri,
lanqas ma jista’ driver iħalli l-vettura fil-post fejn hemm il-linji
bojod jew studs.
Fejn hemm linji bojod miżbugħin viċin bus stop jew stage
tan-nol, l-omnibuses għandhom jieqfu fl-ispazju ta’ bejn il-linji
bojod u t-tarf tal-bankina meta jersqu lejn il-bus stop jew stage tan-
nol biex iniżżlu jew itellgħu l-passiġġieri jew meta jkunu weqfin
hemmhekk, u, meta jitilqu minn hemm, ma jaqbżux il-linja bajda
parallela ma’ tarf il-bankina.
Meta żewġ omnibuses jew iżjed minn tnejn jaslu fejn bus
stop jew stage tan-nol fl-istess ħin jew omnibus jasal meta fejn il-
bus stop jew stage tan-nol ikun hemm diġà omnibus jew iżjed minn
omnibus wieħed, il-bus jew buses li jkunu wara l-ewwel bus
għandhom jieqfu immedjatament wara l-bus ta’ quddiemhom b’tali
mod li jibqgħu f’linja waħda miegħu u ma għandhomx jitilqu minn
dak il-bus stop jew stage tan-nol qabel ma jitlaq il-bus li jkun
24 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
immedjatament quddiemhom. F’kull każ, kull bus li jitlaq mill-bus
stop jew stage tan-nol għandu jgħaddi mill-ispazju ta’ bejn tarf il-
bankina minn naħa waħda u l-linja l-bajda parallela ma’ tarf il-
bankina min-naħa l-oħra. L-ebda vettura barra minn omnibus ma’
tista’ tieqaf fl-ispazju bejn il-linji l-bojod u t-tarf tal-bankina.
Postijiet mnejn 
jaqsmu nies bil-
pass.
89. (1) Meta t-triq tkun markata b’linji bojod paralleli jew bi
studs matul il-wisa’ tagħha, jew b’sinjali oħra biex juru spazju
għall-passaġġ għall-użu ta’ nies bil-pass, il-vetturi kollha li jkunu
qed jersqu lejn dak il-passaġġ għandhom imexxu bil-mod u, jekk
ikun hemm bżonn għandhom jieqfu, biex iħallu lin-nies bil-pass
jaqsmu, u ma għandhom f’ebda każ jaqsmu l-passaġġ ta’ xi nies
bil-pass li jkunu qed jużawh.
(2)  Ebda persuna bil-pass ma għandha titnikker bla bżonn waqt
li tkun qed taqsam it-triq mill-passaġġ.
(3) Meta xi passaġġ għan-nies bil-pass ikun kontrollat minn
sinjali tad-dwal tat-traffiku, kemm awtomatiċi kemm manwali, n-
nies bil-pass ma għandhomx jagħmlu użu minn dak il-passaġġ jekk
ma jkunux awtorizzati minn dawk is-sinjali tad-dwal.
(4) Is-sinjali tad-dwal imsemmija fl-aħħar sub-regolament ta’
qabel dan għandhom jikkonsistu fil-kelma mdawla WAIT, fil-
kelma mdawla CROSS u fil-kelma mdawla b’intervalli CROSS u
għandhom ifissru kif ġej:
(a) il-kelma mdawla WAIT għandha tfisser li ebda
persuna bil-pass ma tista’ tagħmel użu mill-passaġġ;
(b) il-kelma mdawla CROSS għandha tfisser illi nies bil-
pass jistgħu jagħmlu użu mill-passaġġ; u
(ċ) il-kelma mdawla b’intervalli CROSS għandha tfisser
illi l-ħin permss għall-użu mill-passaġġ ser jispiċċa, u
li ebda persuna bil-pass, li ma tkunx ġa qed taqsam it-
triq, ma tista’ tagħmel użu mill-passaġġ.
Karreġġjati għat-
traffiku.
Emendat:
A.L. 85 ta’ l-1999.
90. (1) Fejn il-karreġġjata tkun maqsuma f’żewġ karreġġjati
jew iktar, it-traffiku li jkun miexi bil-mod u l-vetturi tqal
għandhom jużaw il-karreġġjata ta’ ġewwa nett ħlief meta jkunu
qegħdin jaqbżu xi vettura oħra jew fejn ikun hemm sinjali li
jindikaw l-użu ta’ karreġġjati oħra, u t-traffiku l-ieħor għandu juża
l-karreġġjata jew il-karreġġjati ta’ barra.
(2) Fejn il-karreġġjata tkun maqsuma fi tlieta jew iktar, il-
karreġġjata ta’ ġewwa nett tista’ tiġi ndikata bħala karreġġjata
riservata u f’dak il-każ tista’ tintuża biss minn vettura tat-trasport
pubbliku jew minn vettura speċjali kif hemm imsemmi fir-
regolament 83(1).
(3) Ebda persuna, filwaqt li tkun qegħdha ssuq vettura li ma
tkunx vettura tat-trasport pubbliku jew vettura speċjali, ma
għandha ssuq f’karreġġjata riservata ħlief f’każ ta’ emerġenza.
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 25
TAQSIMA V
Tagħmir ta’ Vetturi 
Alterazzjoni jew 
tibdil.
91. (1) Ebda persuna ma tista’, mingħajr l-approvazzjoni
miktuba bil-quddiem tal-Kummissarju tal-Pulizija jew, fil-każ ta’
vetturi tat-trasport pubbliku, ta’ l-Awtorità -
(a) tagħmel, jew tordna jew iġġiegħel li jsir, xi tibdil fil-
body, chassis jew makna ta’ xi vettura; jew
(b) tibdel, jew tordna jew iġġiegħel li tinbidel, il-makna
ta’ xi vettura; jew
(ċ) tikkonverti, jew tordna jew iġġiegħel li tiġi konvertita,
xi vettura mill-klassi li fiha tkun reġistrata jew
liċenzjata għal xi klassi oħra; jew
(d)twaħħal bull bar jew oġġett ieħor li jeħel fuq vettura li
jista’ jkun ta’ periklu għat-traffiku jew għall-persuni:
Iżda qabel ma vettura tiġi reġistrata, il-
Kummissarju tal-Pulizija jista’ fil-każ ta’ vetturi li
jkunu għadhom kemm ġew impurtati, jordna li
jitneħħa kull oġġett bħal dawk.
(2)  Ebda persuna ma tista’ tuża xi vettura meta taf li hi kontra
d-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (1).
Brejkijiet.
brejkijiet indipendenti għal kollox u li jaħdmu tajjeb (wieħed
minnhom biex jaħdem għall-erba’ roti f’daqqa) jew b’sistema
wieħed ta’ brejkijiet (li għandu jaħdem għall-erba’ roti f’daqqa),
f’kull każ magħmulin u mibnijin b’mod illi jekk tonqos li taħdem
biċċa minn kull sistema ta’ brejkijiet ma ttellifx il-brejkijiet fuq
żewġ roti, jew jekk vettura jkollha inqas minn erba’ roti, fuq rota
waħda, ma ttellifx il-brejkijiet li jaħdmu sewwa biex iwaqqfu l-
vettura f’tul raġonevoli:
Iżda fil-każ ta’ sistema singlu ta’ brejkijiet iż-żewġ mezzi
biex jitħaddmu l-brejkijiet ma jitqisux li huma indipendenti biss
minħabba l-fatt li huma mgħaqqdin sew direttament kemm
indirettament ma’ 1-istess cross shaft.
Fil-każ ta’ vettura li għandha iżjed minn tliet roti u
mgħammra b’żewġ sistemi indipendenti ta’ brejkijiet, jekk kull
sistema jaħdem biss fuq żewġ roti, għandu jkun hekk magħmul u
mibni illi l-brejkijiet tagħhom jaħdmu fuq żewġ roti fuq l-istess fus.
Meta, fil-każ ta’ sistema singlu ta’ brejkijiet, il-mezzi biex
jitħaddmu l-brejkijiet ikunu mgħaqqdin direttament jew
indirettament ma’ l-istess cross shaft, il-brejkijiet li jitħaddmu
minn wieħed minn dawn il-mezzi għandhom jaħdmu fuq ir-roti
kollha tal-vettura direttament u mhux permezz tat-transmission
gear. 
Fil-każijiet kollha l-brejkijiet li jitħaddmu b’wieħed mill-
mezzi tal-brejkijiet għandu jintuża b’ħidma mekkanika diretta bla
ma jintuża ebda mezz ieħor idrawliku, elettriku jew pnewmatiku.
Biex jitħaddmu l-bejkijiet għandu jkun hemm mezz wieħed li
għandu jkun bil-pedala u għandu jkun iżomm waħdu.
26 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Fil-klassijiet kollha l-brejkijiet li jitħaddmu b’wieħed mill-
mezzi tal-brejkijiet għandhom jaħdmu dritt fuq ir-roti u mhux mit-
transmission gear.
Meta l-komunikazzjonijiet tal-brejkijiet huma mgħaqqdin
bi skorfini jew pinnijiet, l-iskorfini jew pinnijiet għandhom ikunu
minsuġin u invitati tajjeb. Fil-komunikazzjonijiet kollha
magħmulin ma’ l-iskorfini u l-pinnijiet f’xi qagħda li ma tkunx
orizzontali r-ras ta’ l-iskorfina jew tal-pinn għandha tkun fin-naħa
ta’ fuq.
L-inġenji għall-invalidi għandhom jkunu mgħammra
b’sistema tajba ta’ brejkijiet. Il-brejkijiet ta’ din is-sistema
għandhom jaħdmu għallinqas fuq żewġ roti tal-vettura magħmulin
u mibnijin b’mod illi meta jitħaddmu l-brejkijiet il-vettura tieqaf
f’tul xieraq.
Kull trailer ta’ iżjed minn 100kg. mhux mgħobbi għandu
jkun mgħammar bi brejk li jaħdem fuq għall-anqas żewġ roti fil-każ
ta’ trailer b’mhux aktar minn erba’ roti u fuq erba’ roti fil-każ ta’
trailers li jkollhom aktar minn erba’ roti.
Vetturi difettużi. 93. Ħadd ma għandu jsuq, jew iħalli li tinsaq ebda vettura, li
jkollha l-brejkijiet, il-molol jew xi biċċa oħra mekkanika essenzjali
difettuża.
Kull vettura tista’ f’kull żmien tiġi eżaminata mill-Pulizija
u tinżamm mill-użu jekk tinsab li mhix tajba, perikoluża għall-
pubbliku, b’mod li aktarx tista tagħmel ħsara lill-proprjetà
pubblika, jew xort’oħra jekk ma tkunx skond dawn ir-Regolamenti:
Iżda fil-każ ta’ vetturi tat-trasport pubbliku, is-setgħat li
għandu l-Kummissarju tal-Pulizija skond dan ir-regolament jistgħu
jitwettqu wkoll mill-Awtorità.
Għodda għat-tifi 
tan-nar.
94. Il-vetturi kollha, barra mill-cars privati u l-motor cycles,
għandhom iġorru fuqhom għodod li jitfu n-nar, li jkunu tajba u
mgħoddijin mill-Kummissarju tal-Pulizija jew, fil-każ ta’ vetturi
tat-trasport pubbliku, mill-Awtorità, u mqegħdin f’post tal-qabda li
jista’ jsir użu minnhom malli jenħtieġu.
Tagħmir.
Emendat:
A.L. 98 ta’ l-1995.
95. (1) Il-vetturi kollha għandu jkollhom stop lights, merja li
juru wara u indikaturi tad-direzzjoni. L-indikaturi tad-direzzjoni
għandhom jitwaħħlu b’mod li jidhru tajjeb minn quddiem u minn
wara. Il-vetturi bil-mutur, li ma jkunux motor cycles, għandu
jkollhom windscreen wipers. Dan it-tagħmir għandu jinżamm
f’kundizzjoni tajba.
(2) (a) Kull vettura li tiddaħħal f’Malta fl-1 ta’ Awissu, 1995,
jew wara dik id-data għandu jkollha seat belts fuq in-
naħa ta’ quddiem tal-vettura b’dak il-mod li l-
Kummissarju tal-Pulizija japprova.
(b) Għall-għanijiet ta’ dan is-sub-regolament -
"naħa ta’ quddiem tal-vettura" tfisser l-ispazju bejn
is-sedil tad-driver u s-sedil ta’ maġenbu li jkun iħares
’il quddiem u l-windscreen tal-vettura;
"seat belt" tfisser ċinturin ankrat minn tliet
posizzjonijiet jew ċinturin li jorbot il-ħoġor ta’ persuna
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 27
mas-sedil li jkun ta’ dik l-għamla li l-Kummissarju tal-
Pulizija japprova; u
"vettura" hija limitata għal private car jew kull
vettura oħra li tkun intiża biex tintuża bħala vettura
self-drive, taxicar, vettura għall-kiri, inġenji ta’ l-
invalidi jew motor omnibus, kif imfisser fir-regolament
2 ta’ dawn ir-Regolamenti, meta dik il-vettura tkun
kostruwita għall-użu fit-triq, ikollha mill-inqas erba’
roti u velocità massima ndikata ta’ iktar minn 25
kilometru fis-siegħa.
Ħornijiet. 
Emendat:
A.L. 104 ta’ l-
2004.
96. (1) Kull persuna li tkun qed issuq vettura għandha, meta
jkun meħtieġ, tagħti avviż biex turi li ġejja billi ddoqq il-ħorn jew
mezz ieħor.
(2) Ebda persuna ma għandha tagħmel, iġġiegħel jew tħalli li
jsiru ħsejjes bla bżonn bil-ħorn tal-vettura jew b’xi mezz ieħor ta’
twissija.
(3) Kull uffiċjal tal-Pulizija jew gwardjan lokali jista’
jipprojbixxi l-użu ta’ kull ħorn jew mezz ieħor ta’ twissija li jkun
storbjuż jew b’mod ieħor oġġezzjonabbli. Ebda ħorn pnewmatiku
(ħlief ħorn ordinarju tal-bużżieqa li jingħafas bl-idejn) u ebda ħorn
li jaħdem bil-mutur ma għandu jintuża fuq xi vettura.
(4) Kull uffiċjal tal-Pulizija li ma jkunx taħt il-grad ta’ sotto-
spettur jew gwardjan lokali jista’ jordna li jitneħħa minn kull
vettura kull ħorn jew mezz ta’ twissija li l-użu tiegħu jkun projbit
skond id-disposizzjonijiet tas-subregolament (3) ta’ dan ir-
regolament.
(5) Ebda ħorn jew mezz ieħor ta’ twissija ma għandu jindaqq
f’inħawi abitati bejn il-l l:00 p.m. u s-6.00 a.m.
(6) Id-disposizzjonijiet tas-sub-regolamenti (2), (3), (4) u (5)
ma japplikawx għal ebda vettura msemmija fir-regolament 83(1) li
tkun fi triqtha b’sejħa urġenti jew f’xi emerġenza oħra.
Dwal obbligatorji.
triq jew isuq jew jieħu f’idejh vettura biex jużaha bejn inżul u tlugħ
ix-xemx sew jekk tkun miexja kemm jekk wieqfa kemm-il darba
ma jkollux żewġ fanali fuq quddiem wieħed f’kull ġenb tal-vettura
u fanal wara mad-dahar tal-vettura:
Iżda, fil-każ ta’ karrella mgħobbija, id-dwal ta’ dik il-
karrella għandhom ikunu tnejn fuq in-naħa t’isfel ta’ wara tal-
karrella (wieħed kull naħa tagħha) u tnejn fuq in-naħa ta’ fuq ta’
wara tat-tagħbija (wieħed kull naħa tagħha).
Il-fanali ta’ quddiem għandhom jarmu dawl abjad jew isfar
’il quddiem jew kull dawl ieħor li jkun approvat mill-Kummissarju
tal-Pulizija, jew l-Awtorità fil-każ ta’ vetturi tat-trasport pubbliku,
u l-fanal ta’ wara għandu jagħti dawl aħmar għal tul sewwa ta’
biċċa triq f’direzzjoni kontrarja.
Qawwa f’watts.
weqfin ma għandux ikun iżjed qawwi mid-dawl ta’ lampa ta’ 7
watts.
28 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Il-pjanċa ta’ wara 
għandha tkun 
imdawwla.
99. Id-dawl ta’ wara għandu, minbarra mil-ħtiġiet tar-
regolament 97, ikun magħmul b’mod li minnu jgħaddi, jew b’xi
mezz ieħor jixħet, dawl abjad biex kull ċifra ta’ fuq il-pjanċa tkun
tingħaraf sewwa u ma għandux ikun għola minn metru mill-art. Fil-
każ ta’ omnibuses u vetturi tal-merkanzija, id-dawl ta’ wara ma
għandux ikun għola minn 1.8 metri mill-art.
Fanali fuq 
quddiem.
100. Il-vetturi kollha waqt li mexjin għandu jkollhom żewġ
fanali fuq quddiem li jixħtu dawl abjad jew isfar jew kull dawl
ieħor li jiġi approvat mill-Kummissarju tal-Pulizija u, fil-każ ta’
vetturi tat-trasport pubbliku, mill-Awtorità, fuq kull naħa tal-
vettura.
Il-fanali ta’ quddiem għandhom ikunu magħmulin,
imwaħħlin u miżmumin b’mod illi meta jinxtegħlu d-dija tad-dawl
li toħroġ minnhom (a) tintefa’ l-ħin kollu ’l isfel, jew (b) jew tkun
tista’ b’xi mod ieħor mekkaniku titbaxxa jew tintefa’ ’l isfel, jew
(ċ) ikunu b’mod illi d-dawl jista’ b’xi mod mekkaniku jiġi mitfi
waqt li d-dawl li jagħti għal ġenb jagħti ’1 barra tal-fanali ta’
quddiem jiġi mnaqqas jew imdawwar lejn ix-xellug. Iżda fil-każ ta’
(ċ) id-dawl, għal meta l-vettura tkun ipparkjata fuq in-naħa ta’
barra l-vettura, għandu jkun jew il-ħin kollu mixgħul jew inkella
jinxtegħel meta jintefa’ d-dawl tal-fanali ta’ quddiem li jagħti ’l
barra. Id-dwal tal-fanali ta’ quddiem għandhom fil-każijiet kollha
jitbaxxew jew jitnaqqsu b’mod li d-dawl ma jkunx jista’ jgħammex
kull persuna li tkun għaddejja jew driver ta’ vettura oħra li tkun
riesqa min naħa ta’ quddiem.
Id-dija tad-dawl li tinxeħet miż-żewġ fanali ta’ quddiem ma
għandhiex tasal inqas minn 11-il metru quddiem il-karrozza u
għandha titbaxxa kull meta persuna jew vettura oħra tkun riesqa
minn naħa ta’ quddiem.
Meta vettura bil-mutur tkun qed tinsaq f’inħawi abitati
imdawwlin tajjeb, jew fi triq dritta u mdawwla tajjeb, il-fanali tal-
ġenb biss għandhom jiġu mixgħula, iżda, meta l-imsemmija vettura
tasal viċin ta’ liwja fi triq f’inħawi mhux abitati, is-sewwieq ta’ dik
il-vettura għandu jixgħel id-dimmed headlamps jew iteptep dawk
id-dwal.
Kif jitwaħħlu l-
fanali ta’ fuq 
quddiem.
101. Iż-żewġ fanali ta’ quddiem għandu jkollhom ħġieġ
ippannat jew xi materjal ieħor li ma jleqqx u għandhom ikunu hekk
imwaħħlin illi ċ-ċentru tal-fanali ikun f’għoli ta’ mhux iżjed minn
metru mill-art u, ħlief fil-każ ta’ fanal użat biss fiċ-ċpar, mhux
anqas minn 660 mm. mill-art.
Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jippermetti, skond id-
diskrezzjoni tiegħu, għoli massimu mill-art ta’ 1.4 metri fil-każ ta’
fanali imwaħħlin fuq trucks, tractors u vetturi tqal oħra bħalhom.
Fil-każ ta’ omnibuses, dak il-permess jista’ jingħata mill-Awtorità.
Iż-żewġ fanali ta’ quddiem għandhom ikunu mwaħħlin
b’dak il-mod illi ebda parti mill-vettura jew tagħmir tagħha (barra
mill-mera tas-sewqan jew kull indikatur tad-direzzjoni meta jkun
qed jaħdem) ma toħroġ lateralment għall-istess naħa bħal fanal għal
aktar minn 305 mm. iżjed miċ-ċentru tal-fanal, kemm-il darba
żewġt idwal oħra bojod li jaqblu għal kollox mad-disposizzjonijiet
ta’ dawn ir-Regolamenti ma jkunux hekk imwaħħla fuq quddiem
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 29
tal-vettura.
Fanal wieħed fuq 
quddiem ta’ 
motorcycle.
102. Fil-każ ta’ motor cycles, minbarra d-dawl aħmar fuq wara
meħtieġ mill-vetturi l-oħra kollha, għandu jinġarr fanal wieħed li
jkollu materjal li ma jleqqx u li jista’ jbaxxi jew inaqqas id-dawl
b’xi mekkaniżmu awtomatiku. Meta l-motor cycle jinsaq b’side car
għandu jinġarr fanal ieħor fuq in-naħa ta’ barra tas-side car. Dan ir-
regolament għandu jgħodd ukoll għall-inġenji ta’ l-invalidi jew
vetturi oħra li jaħdmu b’makna li jkollha tliet roti biss.
Dwal ordnati biss.
ir-Regolamenti. 
Eżenzjoni għal xi 
vetturi bil-mutur 
weqfin.
104. Il-Kummissarju tal-Pulizija, jekk ikun sodisfatt illi biċċa
minn xi triq f’wesgħa ta’ art imqiegħda apposta għall-ipparkjar ta’
vetturi jew bħala venda għal inġenji bil-bhima, hi mdawla
biżżejjed, jista’ jawtorizza l-użu ta’ dawk il-postijiet għall-
ipparkjar jew vendi minn vetturi bla dawl, u ma jkunx hemm
għalfejn għal vetturi li jkunu weqfin f’xi post ta’ l-ipparkjar li
għalih ikun ingħata dak il-permess li jinżammu d-dwal mixgħulin.
Ħsejjes.
b’mod li tagħmel ħsejjes żejda.
Silencer.
is-silencer imwaħħal ma’ l-exhaust pipe tal-vettura b’mod illi t-
tubu jgħaddi mis-silencer, jew isuq vettura li jkollha xi valvola (cut
out) jew xi mekkaniżmu jew mezz ieħor li jista’ jaqta’ dan is-
silencer imwaħħal ma’ din il-vettura.
Ma jsirx tniġġis 
mill-pajp ta’ l-
exhaust.
107. Ħadd ma għandu jsuq ebda vettura, jew iġiegħel jew
jippermetti jew iħalli li tinsaq ebda vettura li tkun fil-pussess jew
kontroll tiegħu, meta, għal xi raġuni tkun li tkun, l-exhaust pipe ta’
dik il-vettura, jew il-konnessjonijiet tiegħu, jarmu duħħan, naqal,
xrar, irmied, ġamar jew sustanzi żejtnin.
Speedometers. 
għandu jitwaħħal f’post li jkun jidher malajr mid-driver u għandu
jinżamm dejjem jaħdem tajjeb.
Steering.
gear għandu jkun mibni jew armat b’mod li fl-ikkwartjar tar-roti
ma jkunx jista’ jeħel u li r-roti bl-ebda mod ma jagħmlu ħsara lil xi
biċċa tal-vettura.
L-apparat tad-direzzjoni għandu jitnaddaf iżda ma għandux
jinżebagħ jew jitgħatta l-plate.
Il-boċċa u l-qabdiet tal-komunikazzjonijiet tad-direzzjoni,
meta dawn jiġu użati, ma għandhomx ikunu mdendlin. Il-għotjien
biex ma jidħolx trab imwaħħlin ma’ xi qabda jew komunikazzjoni
tal-mekkaniżmu tad-direzzjoni għandu jkun li jista’ jinqala’ malajr
biex jiġi spezzjonat.
Meta l-komunikazzjonijiet tad-direzzjoni jkunu mqabbdin
bi skorfini jew b’pinnijiet, l-iskorfini jew pinnijiet għandhom ikunu
marbutin u mirfudin tajjeb.
Il-komunikazzjonijiet kollha bi skorfini jew pinnijiet
għandhom ikunu hekk li meta jkunu f’xi qagħda li ma tkunx
orizzontali, ir-ras ta’ 1-iskorfina jew tal-pinn għandha tkun fin-
30 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
naħa ta’ fuq.
Tyres. 110. (1) Ebda persuna ma tista’ tuża xi tyre mastizz jekk ma
jkunx ta’ l-għamla resilient jew supercushion.
(2)  Ebda persuna ma tista’ tuża xi tyre li jkun daqshekk mikul
illi jista’ jagħmel ħsara lit-triq, jagħmel ħsejjes żejda jew jikkaġuna
vibrazzjonijiet jew periklu lil ħaddieħor li jkun fit-triq.
(3) Ebda vettura b’caterpillar tracks ma għandha tinsaq fuq xi
triq iżda għandha tkun mgħobbija fuq vettura oħra sabiex tinġarr.
(4)  Ebda persuna ma tista’ tuża tyre imġannat.
It-tul u l-wisa’ 
kollu tal-vetturi.
Emendat:
A.L. 236 ta’ l-
2002.
111. (Revokat bl-Avviż Legali 162 ta’ l-2003).
Għaqda ta’ vetturi. 112. Ebda għaqda ta’ vetturi jew ta’ vetturi bil-mutur u trailers
mgħaqqdin flimkien ma tista’ tkun ta’ aktar minn tliet unitajiet u
ebda għaqda inkluża kull tagħbija fuqha ma għandu jkollha tul sħiħ
ta’ iżjed minn 18-il metru.
Permes bil-miktub. 113. Il-Kummissarju tal-Pulizija jew l-Awtorità jistgħu, fid-
diskrezzjoni tagħhom, f’ċirkostanzi speċjali, jagħtu permess bil-
miktub b’deroga mid-disposizzjonijijet tar-regolamenti 111 u 112.
Flap imwaħħla 
mar-roti ta’ wara.
Sostitwit:
A.L. 335 ta’ l-
2002.
114. Ebda persuna ma tista’ tuża fuq it-triq xi motor omnibus,
vettura tal-merkanzija (li l-piż gross tagħha jkun jeċċedi 3,500 kg),
motor tractor jew truck kemm-il darba ma jkollhiex imwaħħla, fuq
wara r-roti ta’ wara, flap ta’ dak id-daqs hekk li ebda materjal ma
jkun jista’ jittajjar minn dik ir-rota fuq vetturi li jkunu mixjin
warajha.
Apparat tat-
telegrafu mingħajr 
fili.
115. (1) Ebda vettura bil-liċenza skond dawn ir- Regolamenti
ma għandha tkun armata b’apparat tal-wireless mingħajr permess
mill-Kummissarju tal-Pulizija.
(2) Ebda vettura tat-trasport pubbliku ma għandha tkun armata
b’apparat tal-wireless mingħajr permess mill-Awtorità.
Ħsejjes elettroniċi. 116. Ħadd ma jista’ jħaddem, jew iġiegħel jew jippermetti li
jitħaddem xi radio, tape recorder, record player, jew apparat
elettroniku bħal dawn f’xi omnibus, taxicar jew vettura oħra
liċenzjata għall-kiri ħlief karrozza self-drive, waqt li dik il-vettura
tkun miexja, jew waqt li tkun wieqfa f’xi post abitat.
TAQSIMA VI
Disposizzjonijiet Ġenerali dwar Vetturi
Imġieba 
perikoluża.
117. Waqt li vettura tkun qed titmexxa, ebda persuna ma tista’
tinżel, titla’, jew tiddendel magħha jew iġġib ruħha b’mod ieħor li
jista’ jikkawża perikolu jew biża lilha nfisha jew lil ħaddieħor.
Ebda  driver jew konduttur ta’ vettura ma għandu
jippermetti xi waħda mill-ħwejjeġ projbiti fil-paragrafu ta’ qabel
ta’ dan ir-regolament.
Bnadar. 118. Ħadd ma għandu jqiegħed bandiera fuq xi vettura mingħajr
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 31
permess mill-Kummissarju tal-Pulizija.
Importaturi u 
bejjiegħa.
Emendat:
A.L. 104 ta’ l-
2004.
119. L-importaturi u l-bejjiegħa ta’ vetturi għandhom iżommu
reġistru fejn għandu jitniżżel bil-linka kull bejgħ, xiri jew kunsinna
li ssir, flimkien mad-dettalji kollha dwar il-vetturi, l-ismijiet u
indirizzi tax-xerrejja, bejjiegħa jew nies li jirċievu l-vettura, u
għandhom, fi żmien sebat ijiem, igħarrfu bil-miktub lill-
Kummissarju tal-Pulizija b’kull negozju li jsir minnhom. Ir-reġistri
għandhom ikunu nnumerati u ppreżentati lil kull uffiċjal tal-
Pulizija ta’ mhux inqas mill-grad ta’ spettur jew gwardjan lokali
meta dan jitlob li jarahom:
Iżda fil-każ ta’ vetturi tat-trasport pubbliku t-tagħrif
imsemmi għandu jingħata lill-Awtorità u s-setgħa ta’ l-ispezzjoni
għandha tiġi eżerċitata mill-uffiċjali ta’ dik l-Awtorità.
L-ispezzjonijiet.
Sostitwit:
A.L. 125 ta’ l-
1998.
120. Għandu jsir eżami tal-vetturi kollha, f’dawk l-intervalli u
frekwenzi li jiġu preskritti, minn dawk l-eżaminaturi u f’dawk id-
dati u postijiet kif ordnati mid-Direttur (Traffiku), li jkollu wkoll
id-dritt illi jordna l-eżami mill-ġdid ta’ dawk il-vetturi kif jidhirlu
xieraq.
Kull sid li jonqos milli jkollu il-vettura tiegħu eżaminata
jew eżaminata mill-ġdid kif intqal qabel ikollu l-liċenza ta’ dik il-
vettura sospiża, sa dak iż-żmien li dik il-vettura tiġi eżaminata u
ċertifikata tajba għat-triq.
Vettura li jkollha 
makna tad-diesel.
121. (1) Kull vettura, li ma tkunx karozza privata, li jkollha
makna tad-diesel għandu jkollha l-pompa tal-fuel injector tal-
makna issiġillata mill-eżaminatur meta tinġieb dik il-vettura għall-
eżami u tinstab tajba.
(2) Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jordna li d-disposiz-
zjonijiet tas-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament jiġu applikati
għal karrozza privata.
(3) Il-Kummissarju tal-Pulizija jew l-Awtorità, skond il-każ,
jistgħu jawtorizzaw, meta jkun hekk meħtieġ għall-iskop ta’
tiswijiet jew għal xi raġuni oħra tajba, jew jawtorizza li jinkiser
kull siġill magħmul skond s-sub-regolamenti ta’ qabel ta’ dan ir-
regolament.
Postijiet għall-
ipparkjar għal 
vetturi.
Emendat:
A.L. 93 ta’ l-2003.
122. L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta għandu jkollha s-
setgħa li tiffissa postijiet ta’ parkeġġ u n-numru u x-xorta ta’
vetturi bil-mutur li jistgħu jużaw l-istess post.
L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta għandu jkollha s-
setgħa li tgħarraf liema huma l-postijiet ta’ parkeġġ u t-toroq fejn
ma jistax isir parkjar, billi jwaħħal tabelli f’dawn il-postijiet.
L-Awtorità tista’ tirriżerva vendi għal taxi stands. Kull
venda riżervata għandha tiġi murija b’tabella xierqa li turi n-numri
ta’ taxi cars li jistgħu jkunu esposti għall-kiri. Ebda vettura barra
minn taxi cars ma tista’ tipparkja ġo venda hekk riżervata.
Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’, għal okkażjoni jew
funzjoni speċjali, jirriżerva postijiet għall-ipparkjar, jew spazju
f’postijiet ta’ l-ipparkjar, għall-awtoritajiet, persuni jew gruppi
partikolari: iżda l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta tista’
32 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
tipprovdi għal postijiet ta’ parkeġġ kontinwu.
Passiġġieri fuq 
motor-cycle.
123. (1)  Mhux permess li fuq motor-cycle tinġarr iżjed minn
persuna waħda, barra s-sewwieq, u lanqas ma hu permess li din il-
persuna tinġarr xort’oħra ħlief billi toqgħod bil-qiegħda b’sieq
f’kull ġenb tal-motor-cycle u fuq sedil tajjeb imwaħħal sewwa mal-
motor-cycle wara s-sedil tas-sewwieq.
(2) Ebda persuna ma tista’ ssuq jew tinġarr fuq xi motor-cycle
kemm-il darba din ma tkunx dak il-ħin liebsa crash helmet.
(3) Għall-finijiet tas-sub-regolament (2) ta’ dan ir-regolament
l-espressjoni "motor-cycle" tfisser kull vettura bil-mutur b’żewġ
roti u tinkludi motor cycle b’side-car miegħu.
Ordnijiet tal-
Pulizija jew 
gwardjani lokali.
124. (1) Kull min isuq jew ikollu fil-kontroll tiegħu vettura
bil-mutur għandu f’kull waqt jobdi minnufih kull ordni,
indikazzjoni jew sinjal mogħti jew magħmul mill-Pulizija jew minn
gwardjan lokali għalbiex jitmexxa t-traffiku jew għal kull raġuni
oħra fit-twettiq ta’ dmirijiethom.
(2) Ikun ħati ta’ kontravvenzjoni min jagħti ħażin lil xi uffiċjal
tal-Pulizija jew gwardjan lokali filwaqt li jkunu qegħdin jaqdu
dmirijiethom, ismu, kunjomu, n-numru tal-karta ta’ l-identità, l-
indirizz jew xi partikolaritajiet oħra, jew xi dokument li jista’ jkun
meħtieġ skond il-liġi.
Sinjali ta’ dawl tat-
traffiku ta’ vetturi.
Emendat:
A.L. 91 ta’ l-2001.
125. (1) Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’, bil-parir tal-Bord
għall-Kontroll tat-Traffiku, jawtorizza li jitqiegħdu sinjali ta’ dawl,
awtomatiċi jew manwali, fiċ-ċentru ta’ xi salib it-toroq jew
f’għaqda ta’ toroq, jew mal-ġenb ta’ xi triq, sabiex jiġi regolat it-
traffiku ta’ vetturi.
(2) Wieħed minn dawk is-sinjali jkun jikkonsisti fi tliet lampi
ta’ sinjali eretti vertikalment li jitfgħu, meta jkunu jaħdmu, dawl
aħmar, dawl aħdar u dawl ambra rispettivament li jfissru:
(a) is-sinjal aħmar ifisser il-projbizzjoni li t-traffiku ta’
vetturi ma għandux ikompli miexi ’l hemm mil-linja
ta’ li turi fejn għandu jieqaf fuq il-karreġġata jew, jekk
ma jkunx hemm linja li turi fejn għandu jieqaf, lill-
hemm mis-sinjali fejn dawn ikunu mqegħda fuq il-
ġenb tat-triq; meta s-sinjali ta’ dawl ikunu fiċ-ċentru
ta’ salib it-toroq jew f’għaqda ta’ toroq, u ma jkunx
hemm linja li turi fejn għandu jieqaf fuq il-karreġġata,
is-sinjal aħmar ifisser li traffiku ta’ vetturi ma għandux
joħroġ ’il barra fuq salib it-toroq jew għaqda ta’ toroq;
(b) is-sinjal aħdar ifisser indikazzjoni li t-traffiku tal-
vetturi jista’ jkompli miexi dritt, jew idur għax-xellug
jew għal-lemin;
(ċ) is-sinjal ambra jfisser li ser ikun hemm bidla
immedjata mis-sinjal aħdar għas-sinjal aħmar u jfisser
l-istess projbizzjoni bħas-sinjal aħmar:
Iżda jekk, meta dan is-sinjal ambra jidher l-
ewwel, il-vettura tkun tant viċina tal-linja jew tas-
sinjali jew ta’ salib it-toroq jew għaqda ta’ toroq,
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 33
skond il-każ, li ma tkunx tista’ tiġi mwaqqfa
b’sigurezza skond is-sub-regolament (2)(a), dik il-
projbizzjoni ma tapplikax:
Iżda wkoll meta jkun qed jaħdem dawl ambra
jixgħel u jitfi, dak is-sinjal ifisser illi t-traffiku ta’
vetturi għandu jkompli miexi b’kawtela minħabba
salib it-toroq jew għaqda ta’ toroq jew minħabba li
jkun hemm passaġġ għan-nies bil-pass.
(3) Meta s-sinjal jikkonsisti fi tliet lampi ta’ sinjali f’għamla
trijangolari li jitfgħu, meta jkunu jaħdmu, żewġ sinjali ta’ dawl
aħmar jixgħel u jitfi u dawl ambra rispettivament, dawk is-sinjali
jfissru dan li ġej:
(a) is-sinjali ħomor jixgħelu u jitfu jfissru l-projbizzjoni li
t-traffiku ta’ vetturi ma għandux ikompli miexi ’l
hemm mil-linja ta’ waqfien fuq karreġġata;
(b) is-sinjal ambra jfisser il-projbizzjoni li t-traffiku ta’
vetturi ma għandux ikompli miexi ’l hemm mil-linja
ta’ waqfien fuq karreġġata, ħlief għal vettura li tkun
tant viċina tal-linja ta’ waqfien li ma tkunx tista’ tiġi
mwaqqfa b’sigurezza mingħajr ma tkompli sejra ’l
hinn mil-linja ta’ waqfien.
(4) It-traffiku tal-vetturi li jkun miexi skond id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan ir-regolament għandu jibqa’
miexi wara li jieħu kont xieraq tas-sigurezza ta’ l-oħrajn li jkunu
jużaw it-triq u salv l-ordni tal-Pulizija jew ta’ persuna oħra
awtorizzata li tista’ tkun imqabbda biex tirregola t-traffiku.
Responsabbiltà 
tas-sid.
126. Is-sid jew id-driver huwa responsabbli illi l-vettura tiegħu
tinżamm nadifa u fi stat tajjeb ta’ tiswija.
Limiti ta’ veloċità.
Emendat:
A.L. 58 ta’ l-2002;
A.L. 104 ta’ l-
2004.
127.  (1) Ebda vettura bil-mutur ma għandha teċċedi l-limitu
ta’ veloċità kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt:
L-ikbar veloċità f’kilometri 
fis-siegħa
Klassi ta’ vettura Fl-ibliet 
u fl-irħula 
Barra l-ibliet 
u l-irħula 
(A) Armati b’tyres pnewmatiċi
Taxicars ................................... 50 80
Il-vetturi bil-mutur għall-kiri .... 50 80
Il-vetturi bil-mutur self-drive .... 50 80
Private cars .............................. 50 80
Motor cycles ............................. 50 80
Motor cycles għall-kiri ............. 50 80
Il-karrozzi tal-mejtin bil-mutur . 50 80
L-inġenji ta’ l-invalidi............... 50 80
Minibuses ................................. 40 60
Motor omnibuses ...................... 40 60
34 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (1) ta’ dan
ir-regolament, il-Kummissarju tal-Pulizija jista’, fuq il-parir tal-
Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, jippreskrivi dwar kull triq jew
area partikolari limitu ta’ veloċità inqas minn dak speċifikat fis-
sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma
għandhomx japplikaw għal xi vettura li tkun qegħda tieħu sehem
f’avveniment sportiv li jkun qed isir bil-permess tal-Kummissarju
tal-Pulizija fi triq pubblika li f’dak il-ħin tkun magħluqa għall-
pubbliku għal dak l-avveniment sportiv.
(3) Ritratti fotografiċi, films, reġistrazzjonijiet video, xbihat
elettroniċi jew kull tip ta’ reġistrazzjoni oħra li ssir permezz ta’ xi
apparat ta’ sorveljar ta’ veloċità preskritt, inkluża kull
reġistrazzjoni ta’ xi tikjil li jkun sar mill-apparat, għandhom ikunu
aċċettati bi prova u għandhom jikkostitwixxu prova tal-kontenut
tagħhom jekk dawn ikollhom mehmuż magħhom ċertifikat iffirmat
minn uffiċjal tal-pulizija jew gwardjan lokali (fl-istess dokument
jew f’xi dokument ieħor)  dwar iċ-ċirkostanzi tal-jum, ħin u post
meta r-ritratt fotografiku, film, reġistrazzjoni video, xbieha
elettronika jew kull tip ta’ reġistrazzjoni oħra jkunu ġew prodotti.
(4) Kull apparat imsemmi fis-subregolament (1) għandu jkun
apparat preskritt b’ordni tal-Ministru responsabbli ghat-Trasport u
f’dik l-ordni jistgħu jiġu stipulati l-kondizzjonijiet dwar il-finijiet li
għalihom, u l-mod kif u ċ-ċirkostanzi l-oħra li fihom, l-apparat
għandu jintuża.
(5) Dokument intiż li jkun dokument, reġistrazzjoni jew
ċertifikat iffirmat tax-xorta msemmija fis-subregolament (1)
għandu jitqies bħala tali dokument, reġistrazzjoni jew ċertifikat
iffirmat kif hawn aktar qabel imsemmi kemm-il darba ma jiġix
ippruvat xort’oħra.
(6) Is-sid tal-vettura li tiġi identifikata f’xi dokument,
reġistrazzjoni jew ċertifikat iffirmat imsemmi fis-subregolament
(1) ikun responsabbli għal kull reat li jkun hemm prova dwaru fl-
istess dokument, reġistrazzjoni jew ċertifikat iffirmat kemm-il
Il-vetturi tal-merkanzija sa 3
tunnellati metriċi .................. 40 60
Il-vetturi tal-merkanzija ta’
iktar minn 3 tunnellati
metriċi ...... 30 40
Il-vetturi industrijali u agrikoli . 20 30
Il-vetturi ta’ l-irmunkar ............ 20 30
L-ambulanzi ............................. Ebda limitu Ebda limitu
Il-karrozzi għat-tifi tan-nar ....... Ebda limitu Ebda limitu
Il-vetturi tal-Pulizija, Forzi
Armati u Dwana f’każijiet ta’
emerġenza jew prijorità ........ Ebda limitu Ebda limitu
(B) Armati b’tyres solidi
Il-vetturi kollha ........................ 15 20
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 35
darba ma jirriżultax li s-sewwieq tal-vettura fil-waqt tar-reat ma
jkunx ġie mwaqqaf u identifikat mill-pulizija minnufih wara li jkun
sar ir-reat.
(7) Xbieha reġistrata b’xi mezz minn dawk imsemmija fis-
subregolament (3) tista’ tiġi kkonvertita minn format wieħed għall-
ieħor, trasmessa, maħżuna jew riprodotta b’mezz elettroniku jew
b’kull mezz ieħor li jkun jippermetti x-xbieha reġistrata tiġi
riprodotta f’forma intelliġibbli inkluża waħda, bla ebda
limitazzjoni, elettronika.
(8) Meta xbieha reġistrata tkun ġiet maħżuna f’format
elettroniku kif provdut fis-subregolament (7), ix-xbieha reġistrata
tista’ tiġi riprodotta f’format ta’ karta li jkollu l-istess effett għall-
finijiet kollha bħallikieku kien dokument oriġinali jekk ir-
riproduzzjoni tiġi ċertifikata bħala tali fiċ-ċertifikat imsemmi fis-
subregolament (3).
(9) Apparat preskritt taħt is-subregolament (3) għandu jitqies
bħala li kien qed jiffunzjona b’mod preċiż u korrett f’kull rigward
fil-waqt li xi dokument jew reġistrazzjoni msemmija f’dak il-
paragrafu tkun ġiet prodotta minnha kemm-il darba ma jiġix
ippruvat il-kuntrarju.
(10) Min jiġi prodott kontrih ċertifikat taħt is-subregolament (3)
jista’ jitlob l-attendenza ta’ l-uffiċjal tal-pulizija jew gwardjan
lokali li jkun magħruf li ffirma ċ-ċertifikat  għall-fini ta’ kontro-
eżami.
(11) Għall-finijiet tas-subregolamenti (3) sa (6), ’’apparat ta’
sorveljar ta’ veloċità’’ tfisser dak l-apparat preskritt taħt is-
subregolament (3) li jkun jista’ jiffotografa jew jaqbad ix-xbieha
ta’ vettura bil-mutur filwaqt li jkun qiegħed fl-istess ħin ikejjel u
jirreġistra l-veloċità tagħha.
Trasport ta’ tfal ta’ 
l-iskola.
128. Kull vettura, barra minn karrozza privata (li ma tkunx
minibus), għandu jkollha, fil-waqt li tkun qed tittrasporta tfal ta’ l-
iskola, imwaħħla wara l-windscreen u wara t-tieqa ta’ wara, tabella
li turi żewġ itfal ta’ l-iskola u li tkun tixbah fix-xorta, għamla,
kulur u daqs tabella murija f’dak il-post li jiġi stabbilit mill-
Awtorità.
TAQSIMA VII
Sostitwit:
A.L. 85 ta’ l-1999
Il-vetturi għall-kiri, il-vetturi bil-Mutur self-drive u l-Motor 
Minibuses għat-trasport pubbliku
Liċenza għall-kiri.
Emendat:
A.L. 85 ta’ l-1999.
129. L-Awtorità tista’ tirrifjuta li tagħti jew iġġedded liċenza
għal vettura għall-kiri, vettura self-drive jew motor minibus għat-
trasport pubbliku jekk fil-fehma tagħha jkun hemm wisq minn
dawn il-liċenzi jew jekk il-għoti jew it-tiġdid ta’ din il-liċenza jkun
ta’ ħsara għall-interess jew konvenjenza tal-pubbliku. Din il-
vettura għandha għalhekk tingħatalha liċenza bħala motor car
privata mill-Kummissarju tal-Pulizija.
F’kull każ ebda vettura ma għandha tieħu liċenza bħala
vettura għall-kiri, vettura self-drive jew motor minibus għat-
trasport pubbliku jekk ma tkunx skond dawn ir-Regolamenti, l-
36 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
aktar skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima V dwar it-Tagħmir ta’
Vetturi.
Sigurtà ta’ vetturi 
għall-kiri, eċċ.
Sostitwit:
A.L. 85 ta’ l-1999.
130. (1) Kull vettura bil-mutur għall-kiri, vettura self-drive
jew motor minibus għat-trasport pubbliku għandha tkun tajba u
żgura f’kull ħaġa biex iġġorr il-passiġġieri.
(2) Vettura għall-kiri jew motor minibus għat-trasport pubbliku
għandha ġġorr fuqha fire extinguisher, security hammer u security
triangle kif ukoll, fir-rigward ta’ public service garage van u motor
minibus għat-trasport pubbliku, first-aid kit.
(3) Vettura għall-kiri li hi public service garage van u li tkun
liċenzjata u/jew reġistrata biex iġġorr bejn tmien u għaxar
passiġġieri, irid ikollha seat belt għal kull passiġġier.
(4) Kull motor minibus għat-trasport pubbliku mibnija wara l-
1995 irid ikollha seat belt għal kull passiġġier.
(5) Vettura għall-kiri li hi public service garage van għandu
jkollha mwaħħla mal-ħġieġa tal-bieb tal-lemin ta’ quddiem self
adhesive sticker ta’ material trasparenti, li tkun tindika dan it-
tagħrif li ġej:
In-Numru ta’ Reġistrazzjoni ...............................................
Is-sid reġistrat ...................................................................
L-għadd ta’ passiġġieri li tista’ ġġorr fuqha .......................
Sinjal biex ma jsirx tipjip - Jekk jogħġbok, tpejjipx.
(6) Motor minibuses għat-trasport pubbliku għandu jkollhom
miktub bl-abjad fuq kull wieħed mill-bibien ta’ quddiem il-kliem li
ġej:
Vettura għat-Trasport Pubbliku ..........................................
Numru ta’ Reġistrazzjoni ....................................................
Għadd ta’ passiġġieri li tista’ ġġorr ................................. .
Il-libsa u tag ta’ 
identità tad-driver.
Emendat:
A.L. 149 ta’ l-
1995;
A.L. 85 ta’ l-1999.
131. Ix-xufier ta’ vettura li għandha l-liċenza għall-kiri (li ma
tkunx vettura self-drive jew motor cycle għall-kiri) u ta’ motor
minibus għat-trasport pubbliku għandu jilbes fil-qadi ta’ dmirijietu
uniformi ta’ disinn u kulur li jiġu approvati mill-Awtorità.
Eżamijiet.
Emendat:
A.L. 85 ta’ l-1999.
132. Il-vetturi għall-kiri, vetturi self-drive u motor minibuses
għat-trasport pubbliku kollha, kif ukoll il-motor cycles għall-kiri
għandhom ikunu eżaminati kull sena u fi żminijiet oħra kif hemm
maħsub fir-regolament 120.
Reġistrazzjoni tal-
kirjiet.
Emendat:
A.L. 85 ta’ l-1999.
133. Is-sid jew min iżomm garage pubbliku għandu jkollu
reġistru li fih jidhru xi partikolaritajiet tal-kiri tal-vetturi tiegħu
skond ir-regolament 62.
Disposizzjonijiet 
ġenerali.
Emendat:
A.L. 85 ta’ l-1999.
134. (a) Ebda passiġġier ma għandu jirrifjuta li jħallas in-nol
tiegħu lix-xufier ta’ vettura għall-kiri meta jitlesta t-
traġitt, jew meta jkun mitlub.
(b)Id-driver ta’ kull vettura għall-kiri għandu jkollu fuqu
kopja tat-Tariffa tan-Nolijiet uffiċjali u ta’ dawn ir-
Regolamenti. Huwa għandu jurihom kull meta jkun
mitlub mill-Pulizija jew minn kull uffiċjal ta’ l-
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 37
Awtorità jew minn xi passiġġier.
(ċ) Kull vettura għall-kiri u vettura self-drive għandha
tinżamm dejjem nadifa, taħdem tajjeb u fi stat tajjeb ta’
tiswija.
(d) Ebda vettura għall-kiri jew vettura self-drive ma
għandha ġġorr petrol jew likwidu jew materjal ieħor li
jista’ jieħu n-nar ħlief fit-tank tal-vettura.
(e) Ebda passiġġier u/jew xufier ma jista’ jpejjep waqt li
jkun f’vettura għall-kiri li hi public service garage
van.
(f) Kull vettura għall-kiri li hi public service garage van
għandu jkollha f’post prominenti fuq ġewwa tal-
vettura u li jarawh sew il-passiġġieri kollha, sinjal li
ma jistax isir tipjip.
(g) Id-disposizzjonijiet kollha ta’ dan ir-regolament
japplikaw ukoll għar-rigward ta’ motor minibuses
għat-trasport pubbliku.
It-tariffa tan-
nolijiet.
Emendat:
A.L. 85 ta’ l-1999.
135. Id-detentur ta’ liċenza ta’ vettura self-drive għandu jara li
ebda vettura ma tinkera jekk ma jkollhiex muri f’post fejn tidher
sewwa ġol-vettura kopja tat-Tariffa tan-Nolijiet.
TAQSIMA VIII
Il-Vetturi tal-Merkanzija
Ħtiġiet oħra.
il darba ma tkunx skond il-ħtiġiet ta’ dawn ir-Regolamenti l-aktar
skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima V dwar it-Tagħmir tal-
Vetturi.
Sigurtà ta’ vetturi 
tal-merkanzija.
137. Vettura tal-merkanzija għandha tkun tajba u żgura f’kollox
għall-ġarr ta’ merkanzija.
Bini.
trakkijiet għandu jkollhom it-tavlar tal-ġnub u ta’ wara mhux inqas
minn 610mm. għoli mwaħħlin mat-tilar tal-karru u t-tagħbija
għandha tkun marbuta sew sabiex ebda biċċa minnha ma tkun tista’
taqa’ fit-triq jew inkella b’xi mod ieħor tipperikola t-traffiku jew
in-nies. Fl-ebda każ it-tagħbija ma għandha tilħaq għoli li jista’
jagħmel ħsara lill-istabilità tal-vettura u l-ebda biċċa minnha ma
għandha toħroġ ’il barra fuq xi naħa barra mill-wisa’ kollu tal-
body. Vetturi tal-merkanzija mibnija bħala vannijiet għandu
jkollhom body magħluq għal kollox b’materjal permanenti u
għandu jkollhom bieba fuq in-naħa ta’ wara, li taħt l-ebda
ċirkustanzi ma għandu jisporġi fuq l-ebda ġenb tal-van iktar mill-
wisa’ tal-body. It-tagħbija m’għandhiex tiskorri dak it-total li jkun
ffissat mill-fabbrikant u din għandha tkun immarkata b’mod ċar fuq
kull naħa tal-vettura.
B’danakollu, f’każijiet speċjali, il-Kummissarju tal-
Pulizija, fuq il-parir tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, jista’
jagħti permess bil-miktub lis-sidien tal-vetturi tal-merkanzija biex
ma jimxux skond il-ħtiġiet għall-kostruzzjoni stabbiliti b’dan ir-
regolament.
38 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
(2) Ebda kaxxi vojta jew mimlija, u ebda crates tal-flixken tal-
minerali ma għandhom jinġarru fuq xi vettura tal-merkanzija jew
fuq xi vettura oħra kemm-il darba dawk il-kaxxi jew crates ma
jkunux marbutin tajjeb.
(3) Ebda ċilindri tal-gas sew mimlija sew vojta, ma jistgħu
jinġarru fuq xi vettura tal-merkanzija kemm-il darba ma jkunux
f’pożizzjoni wieqfa, u ebda ċilindru ma għandu jinġarr fuq dawk il-
vetturi ma’ xi oġġetti oħra.
(4) Ebda vettura li jkollha ċilindri tal-gas, sew mimlija sew
vojta, ma tista’ tiġi ipparkjata f’xi post, ikun li jkun, f’area
residenzali kemm-il darba ma jkollhiex magħha lil xi ħadd
kontinwament.
Disposizzjonijiet 
partikolari 
applikabbli għal 
vetturi tal-
merkanzija.
139. (1) Ħadd ma għandu jsuq jew iġiegħel jew jippermetti li
tinsaq vettura tal-merkanzija meta, minħabba xi kawża, tkun xi
tkun, l-exhaust pipe jew il-konnessjoni tiegħu jarmu duħħan, naqal,
xrar, irmied, ġamar, jew sustanzi żejtnin.
(2) Ħadd ma jista’ jsuq vettura li tkun iġġorr xbieki jew vireg
tal-ħadid sakemm dawn ma jkunux marbuta b’mod li ma jagħmlux
jew x’aktarx ma jagħmlux ħsara lill-wiċċ tat-triq.
(3) Ħadd ma għandu jsuq jew iħaddem, jew iġiegħel jew
jippermetti li tinsaq jew titħaddem, vettura li tkun qegħda ġġorr
konkrit imħallat bil-lest ħlief jekk il-vettura jkollha mwaħħal
magħha lqugħ tal-kanvas jew xi lqugħ ieħor simili b’dak il-mod illi
ma jħallix li jixxerred konkrit maħlul li jista’ jagħti lok għal ħsara
fil-wiċċ tat-triq.
Eżamijiet. 140. Il-vetturi kollha tal-merkanzija għandhom ikunu eżaminati
kull sena u fi żminijiet oħra kif hemm maħsub fir-regolament 120.
Passiġġieri. 141. Ma jistgħux jinġarru passiġġieri f’vetturi tal-merkanzija,
iżda -
tista’ toqgħod bil-qiegħda persuna waħda ħdejn ix-
xufier ta’ vettura tal-merkanzija meta tkun qiegħda
tintuża;
jistgħu jinġarru nies inkarigati mill-merkanzija jew
imqabbdin għat-tagħbija jew il-ħatt tagħha.
Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’, fil-każijiet speċjali,
jagħti permess -
(i) lil sidien ta’ vettura tal-merkanzija biex iġorru persuni
fil-vetturi tagħhom barra minn dawk inkarigati mill-
merkanzija;
(ii) lill-kuntratturi u għaqdiet in bona fide biex iġorru lill-
ħaddiema mingħajr ħlas jew kumpens fil-vetturi
tagħhom ta’ merkanzija, mill-post fejn jiltaqgħu sal-
post tax-xogħol prinċipali tagħhom u għall-postijiet
oħra tax-xogħol u lura jekk dawk il-postijiet tax-
xogħol ma jkunux jintlaħqu faċilment minn linja tal-
karrozzi stabbilita u jekk ikun hemm dwar dik il-
vettura ta’ merkanzija sigurtà xierqa li tkopri
ħaddiema li jinġarru fiha mingħajr ħlas.
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 39
Merkanzija li tista’ 
titħassar.
142. Il-ħut u l-laħam frisk ma jistgħux jinġarru f’vetturi tal-
merkanzija jekk ma jkunux mibnijin apposta u approvati mit-Tabib
Prinċipali tal-Gvern.
Użu ta’ maċini 
f’portijiet jew fuq 
mollijiet.
143. Ebda persuna ma għandha, għalbiex timmaniġġa
merkanzija fuq mollijiet, fuq xtut, jew fuq wiċċ l-ilma f’xi port,
tagħmel użu minn xi vettura, dgħajsa jew biċċa f’wiċċ l-ilma
mgħammra b’maċin, fork lifter jew xi mekkaniżmu ieħor simili
biex jerfa’ l-merkanzija, mingħajr il-permess bil-miktub tal-
Kontrullur tad-Dwana.
TAQSIMA IX
Motor Omnibuses: il-Liċenzi u l-Linji
Kundizzjonijiet ta’ 
servizz. 
144. Il-liċenzi għall-motor omnibuses jingħataw bil-kondizzjoni
illi s-servizz fuq il-linja tagħhom hu obbligatorju kemm għall-
frekwenza tat-tluq mill-vendi u kif ukoll għan-numru ta’ sigħat
iffissati mill-Awtorità.
Klassifika ta’ 
motor omnibuses.
145. L-Awtorità tista’ tikklassifika motor omnibuses skond is-
servizzi, il-faċilitajiet u l-amenitajiet oħra li jkollhom.
Setgħa li jiġu 
stabbiliti l-linji.
146. L-Awtorità għandha tistabbilixxi l-linji li fuqhom
għandhom jaħdmu motor omnibuses u għandha tħejji, jew tieħu
ħsieb li jitħejja (suġġett għall-approvazzjoni tagħha) roster tal-
motor omnibuses biex jagħtu s-servizz skedat tagħhom fuq kull
linja partikolari.
Xogħol skond 
roster.
147. Is-sid ta’ kull motor omnibus għandu jieħu ħsieb li l-
vettura tiegħu taħdem fuq kull linja skond ir-roster imħejji jew
approvat, skond il-każ, skond ir-regolament 146.
Is-servizz 
scheduled qabel 
kollox.
148.  F’kull ġurnata li matulha motor omnibus tkun meħtieġa li
tagħmel servizz skedat, is-sid ta’ dik il-motor omnibus ma għandux
iġiegħel, iħalli jew jippermetti li dik il-motor omnibus tkun fuq it-
triq għal xi servizz jew xogħol, ikun li jkun, ħlief għas-servizz
skedat.
TAQSIMA X
Kondutturi u Xufiera ta’ Motor Omnibuses
Tags ta’ identità 
għax-xufiera u 
kondutturi.
149. Ix-xufier u l-konduttur ta’ motor omnibus għandhom jilbsu
tag ta’ identità, preskritta mill-Awtorità, fejn tidher fuq ix-xelluq
fuq sidirhom. 
Tags mhux 
trasferibbli.
150. Ebda xufier jew konduttur ta’ xi motor omnibus ma jista’
juża tag ta’ identità ħlief dik lilu mogħtija mill-imsemmija
Awtorità u dik it-tag ta’ identità ma tistax tinbidel minn xufier
għall-ieħor.
Tags ta’ identità 
għal spetturi.
151. L-ispetturi tal-biljetti u l-impjegati ta’ l-uffiċċji ċentrali
għal servizzi skedati jew mhux skedati għandhom ukoll jilbsu tag
ta’ identità li tiġi preskritta mill-Awtorità fejn tidher fuq ix-xellug
fuq sidirhom. Ebda spettur tal-biljetti jew impjegat ta’ l-imsemmija
uffiċċji ċentrali ma jista’ juża tag ta’ identità ħlief dik lilu mogħtija
mill-Awtorità.
40 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Ritorn ta’ tags ma’ 
kull skadenza.
152. It-tags ta’ identità għandhom jingħataw lura lill-Awtorità
malli l-liċenza tad-detentur tagħlaq jew tiġi sospiża. 
Ħtieġa ta’ 
konduttur.
153. Fuq kull motor omnibus li tkun taħdem għall-passiġġieri
għandu jkun hemm konduttur bil-liċenza.
Diskors bla bżonn 
u tipjip.
154. Ebda xufier, konduttur jew spettur tal-biljetti ta’ xi motor
omnibus u ebda despatcher ma jista’ jpejjep waqt li jkun f’xi
vettura.
Ebda xufier, konduttur jew spettur tal-biljetti ta’ xi motor
omnibus u ebda despatcher ma jista’ joqgħod jitħaddet bla bżonn
f’xi motor omnibus fil-waqt li din tkun qed taħdem bejn venda u
oħra.
Il-konduttur ma għandux joqgħod ma’ ġenb ix-xufier fuq
motor omnibus li għandha daħla waħda biss min-naħa ta’ wara fil-
waqt li l-motor omnibus tkun qed tittrasporta l-passiġġieri.
Il-konduttur għandu joqgħod ħdejn id-daħla tal-motor
omnibus meta tieqaf fi stage biex itella’ jew iniżżel il-passiġġieri.
Il-konduttur kif ukoll ix-xufier huma obbligati li jaraw illi
1-passiġġieri kollha jkunu ħadu posthom fil-motor omnibus qabel
din tibda miexja.
Ix-xufier għandu 
juri ir-regolamenti.
155. Ix-xufier ta’ motor omnibus għandu jkollu kopja ta’ dawn
ir-Regolamenti u għandu juriha kull meta jiġi mitlub mill-Pulizija
jew minn kull uffiċjal ta’ l-Awtorità jew minn xi passiġġier.
Responsabbiltà 
tas-sid u tal-
konduttur.
156. Il-konduttur u x-xufier jew is-sid ta’ motor omnibus ikunu
responsabbli għall-indafa tal-vettura meta din tintuża u għall-
osservanza tad-disposizzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu
f’dawn ir-Regolamenti.
Responsabbiltà 
tax-xufier. 
157. Ix-xufier ta’ motor omnibus ikun responsabbli għall-
manutenzjoni u s-sewqan tal-vettura u għall-osservanza tad-
disposizzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu ta’ dawn ir-
Regolamenti.
Uniformijiet.
Emendat:
A.L. 85 ta’ l-1999.
158. (1) Ix-xufier u l-konduttur ta’ motor omnibus għandhom
jilbsu, waqt ix-xogħol, l-uniformi ta’ xufier jew ta’ konduttur,
skond il-każ, skond il-mudell u l-kulur, u bi jew mingħajr marki
distintivi, skond l-uniformi kampjun relattiva esebita fl-uffiċini ta’
l-Awtorità f’Malta u/jew Għawdex, u/jew f’dak il-lok li jiġi
stabbilit mill-Awtorità.
(2) L-uniformi tax-xitwa għandha tintlibes mill-1 ta’ Ottubru
ta’ kull sena sal-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara u l-uniformi tas-sajf
għandha tintlibes mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru ta’ kull
sena:
Iżda l-Awtorità tista’ tawtorizza dati oħra.
(3) L-ispetturi tal-biljetti għandhom jilbsu, waqt ix-xogħol,
berritta sewda bil-pizz u l-uniformi skond il-mudell u l-kulur, u bil
jew mingħajr marki distintivi, kif tapprova l-Awtorità.
(4) Ix-xufiera, il-kondutturi u l-ispetturi tal-biljetti għandhom
jilbsu l-uniformi b’mod xieraq u għandhom iżommuha nadifa u fi
stat tajjeb.
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 41
TAQSIMA XI
Disposizzjonijiet Ġenerali dwar Motor Omnibuses.
Reklami. 
jintwera f’motor omnibuses li għandhom il-liċenza għall-kiri
mingħajr il-permess ta’ l-Awtorità. Meta jingħata permess ir-
reklam għandu jitqiegħed fi kwadru ta’ għamla u qisien approvati
mill-Awtorità.
Ebda reklam jew materjal ieħor stampat ma jista’ jitqiegħed
fuq in-naħa ta’ barra ta’ motor omnibuses li għandhom il-liċenza
għall-kiri.
Xejn ma għandu jtellef il-vista tax-xufier jew tal-
passiġġieri.
Passiġġieri 
b’imġieba mhux 
xierqa.
160. Meta  motor omnibus tkun qiegħda ġġorr passiġġieri jew
tistenna biex tgħabbi passiġġieri, il-passiġġieri jew min ikun bi
ħsiebu jitla’ fuq il-vettura, jekk il-kundizzjoni tiegħu tkun tali li
tista’ ddejjaq jew tkun ta’ ħsara għall-passiġġieri, jew il-
kundizzjoni ta’ lbiesu jew ħwejġu hija tali illi wieħed għandu
jaħseb illi tista’ tħammeġ jew tagħmel ħsara lill-imħaded jew lill-
inforor ta’ l-imħaded tal-vettura jew lill-ħwejjeġ tal-passiġġieri,
dan il-passiġġier ma għandux jibqa’ fil-vettura wara li x-xufier jew
konduttur ikun wissieh jew biex ma jidħolx fil-vettura jew biex
jinżel minnha u f’dan l-aħħar każ ikun tah lura l-flus tan-nol li jkun
ħallas.
Trasport ta’ 
annimali. 
161. Ħadd ma jista’ jgħabbi kelb jew annimal ieħor fuq ebda
motor omnibus jekk xi ħadd mill-passiġġieri joġġezzjona. Dawk il-
klieb li jkunu jistgħu jitgħabbew fuq motor omnibus ma
għandhomx jimlew ebda wieħed mill-postijiet tal-passiġġieri u l-
konduttur jista’ jitlob id-dritt ta’ ċenteżmu għal kull kelb. Ma
jistgħux jitgħabbew frat.
Vjaġġ sħiħ.
żmien xieraq jew fi żmien speċifikat kif jkun ordnat minn żmien
għal żmien mill-Awtorità.
F’każ li tiġri ħsara jew breakdown u l-bus ma tagħmilx il-
vjaġġ kollu, ix-xufier u/jew il-konduttur huma obbligati li jieħdu l-
passi meħtieġa biex jgħarrfu lill-Awtorità biex tmur bus oħra
flokha.
Tabelli tad-
destinazzjoni. 
163. Il-motor omnibuses kollha għandhom -
(a) waqt li jkunu fuq servizz skedat, juru d-destinazzjoni u
n-numru tal-linja tagħhom, u
(b) waqt li jkunu fuq servizz mhux skedat, juru dak il-fatt,
b’dak il-mod u f’dak il-post jew postijiet li l-Awtorità
tordna.
Il-ġbir tan-nol.
jrid jagħmel b’motor omnibus. Kull passiġġier li bi traskuraġni jew
għax irid ma jħallasx in-nol tiegħu jew li jivvjaġġa iżjed mill-istage
li jaqbel man-nol li jkun ħallas qabel mingħajr ma jħallas in-nol
barrani jista’, meta jinsab ħati, jeħel piena ta’ ħamsa u għoxrin
ċenteżmu ta’ kull kontravenzjoni.
42 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Il-passiġġieri għandhom jieħdu posthom f’ringiela ordnata
(queu) biex jirkbu l-bus u d-driver jew il-konduttur għandu jiġbor
in-nol fuq il-vettura mill-aktar fis li jista’.
Ebda xufier jew konduttur ma għandu jitlob nol iżjed minn
dak stabbilit mit-tariffa.
Meta jkunu mitluba nolijiet irħas minn dawk stabbiliti fit-
tariffa uffiċjali, għandha tintbagħat lista ta’ dawn in-nolijiet irħas
lill-Awtorità u għandhom jitqiegħdu f’post fejn jidhru fil-motor
omnibus. Dawn in-nolijiet irħas ma għandhomx jogħlew qabel ma
jgħaddu jumejn wara li jingħata avviż bil-miktub lill-Awtorità u
jitwaħħal avviż stampat f’post fejn jidher fil-vettura. Fl-ebda każ
ma għandhom in-nolijiet irħas jogħlew iżjed minn nolijiet stabbiliti
fit-tariffa uffiċjali tan-nolijiet.
Uffiċjali ta’ l-Awtorità li jkunu fuq ix-xogħol, route
managers u despatchers ma għandhomx ikunu mġegħlin iħallsu n-
nol meta jivvjaġġaw fuq motor omnibuses tal-linja li huma
impjegati magħha. Huma jistgħu jivvjaġġaw anki meta jkun
intlaħaq in-numru ta’ passiġġieri permess għall-omnibus.
Meta  bus tal-linja taħdem fuq linja preskritta jew servizz
sussidjarju ta’ linja partikolari, għandha titqiegħed tabella li turi
din il-linja f’naħa fejn tidher sewwa tal-windscreen.
Likwidu jew 
materjali li jieħdu 
n-nar.
Emendat:
A.L. 149 ta’ l-
1995.
165. (1) Il-motor omnibuses ma għandhomx iġorru petrol jew
likwidu jew materjal ieħor li jieħu n-nar ħlief fit-tankijiet tal-
vettura.
(2) Il-kontenut tat-tankijiet tal-vettura jistgħu, f’kull żmien,
jiġu eżaminati mill-Pulizija jew minn kull uffiċjal ta’ l-Awtorità u
ebda persuna ma għandha ġġiegħel jew tħalli li tintuża dik il-
vettura fit-triq kemm-il darba x-xufier tagħha ma jkunx qiegħed
iġorr fuqu ċavetta jew għodda oħra, sabiex jiftaħ it-tankijiet tal-
vettura.
Indħil lill-
impjegati ta’ l-
omnibus.
166. Ħadd ma jista’ bl-ebda mod jindaħal, ifixkel jew b’xi mod
ieħor idejjaq lix-xufier jew lill-konduttur fil-qadi tad-dmirijiet
tagħhom jew ikellem lix-xufier waqt li l-omnibus tkun miexja; ix-
xufiera u l-kondutturi ma għandhom bl-ebda mod juru nuqqas ta’
rispett lill-passiġġieri.
Imġieba ħażina. 167. Kull min jikser xi wieħed minn dawn ir-Regolamenti jew
idejjaq jew jikkaġuna storbju, jew jidher biċ-ċar li hu fi stat ta’
sakra f’motor omnibus, jista’ minnufih jitkeċċa mill-vettura mill-
Pulizija, barra minn kull piena illi jista’ jeħel skond il-liġi.
Proprjetà mitlufa.  168. Kull proprjetà mogħtija lil konduttur jew xufier ta’ motor
omnibus jew mogħtija lilhom għandha tkun ikkunsinnata minnhom
fl-eqreb uffiċċju tal-Pulizija meta jsir il-vjaġġ.
Ħwejjeġ 
oġġezzjonabbli.
169.  Ħadd ma jista’ jġorr fuq motor omnibus armi ikkargati, jew
oġġetti oħra li jkollhom riħa li tagħti fastidju jew tagħmel ħsara. 
Ħmieġ 
f’omnibuses. 
170. Ħadd ma jista’ jħammeġ kull omnibus minn ġewwa
b’oġġett, u l-passiġġieri ma għandhomx iħallu l-biljetti ta’ l-
omnibus fl-art jew f’kull parti oħra ta’ l-omnibus ħlief fil-kaxxa
ndikata għal dan l-iskop fir-regolament 194.
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 43
Avviżi uffiċjali u 
tariffa ta’ nolijiet.
171. It-tariffa uffiċjali tan-nolijiet, l-orarju u l-formula ta’
kemm tesa’ passiġġieri l-vettura għandhom jitqiegħdu f’post fejn
jidher wara l-kabina tax-xufier f’kull motor omnibus. 
Is-sid ta’ motor omnibus għandu jqiegħed ukoll f’post
prominenti fil-motor omnibus kull avviż li l-Awtorità tqis meħtieġ
għall-informazzjoni tal-pubbliku li jivvjaġġa. Dan l-avviż għandu
jibqa’ mwaħħal għal dak iż-żmien li l-Awtorità tordna.
Ix-xufier u s-sid tal-motor omnibus ikunu responsabbli biex
l-avviżi msemmijin hawn fuq jinżammu f’post fejn jidher mill-
passiġġieri.
Tagħbija żejda ta’ 
passiġġieri.
172. Ix-xufier u l-konduttur ta’ motor omnibus huma
responsabbli li ma jgħabbux iżjed minn numru ta’ passiġġieri
dettaljat għall-omnibus.
Qbiż ta’ 
omnibuses.
173. Ebda  motor omnibus ma għandha taqbeż omnibus oħra
ħlief meta din tkun wieqfa fi stage. 
Pakki.
omnibus. Meta fil-vettura jkun hemm imħolli apposta wisa’ għal
dawn il-pakki jew sarar, id-driver jew il-konduttur jista’ jitlob ħlas
ta’ mhux iżjed minn sitt ċenteżmi għat-tagħbija ta’ kull pakk jew
sorra. Ma għandu jittieħed ebda ħlas għal pakki żgħar li ma
jikkaġunawx skomodu lill-passiġġieri. Karrozzi tal-linja li jkunu
qegħdin jivvjaġġaw lejn u mill-ajruport internazzjonali jistgħu l-
iktar iġorru żewġ bagalji għal kull passiġġier.
Riforniment. 
fuq il-motor omnibus ikun hemm il-passiġġieri.
Tipjip. 
omnibus.
Projbizzjoni li 
togħqod fuq it-
tarġa.
177. Ħadd ma jista’ joqgħod bil-wieqfa jew bil-qiegħda fuq it-
tarġa jew skala tal-motor omnibus waqt li din tkun miexja.
Postijiet tat-
twaqqif.
178. (1) Motor omnibuses, li jaħdmu fuq linja, jistgħu jieqfu
biss fil-post awtorizzat muri b’tabella ta’ BUS STOP jew FARE
STAGE, u dan għall-iskop li jniżżel passiġġieri jew igħabbi dawk li
fil-fatt ikunu qegħdin jistennew taħt dawk it-tabelli biss:
Iżda spetturi tal-biljetti, uffiċjali tal-Pulizija u kull uffiċjal
ta’ l-Awtorità jistgħu, fil-qadi ta’ dmirijiethom, jitilgħu fuq kull
karrozza tal-linja f’kull post bejn bus stop u ieħor.
Ix-xufier ta’ motor omnibus għandu jieqaf f’kull post fejn
ikun hemm tabelli, kull meta passiġġier li jkun wieqaf taħt tabella
juri l-intenzjoni tiegħu li jirkeb il-vettura, kemm-il darba l-vettura
ma tkunx qed iġġorr in-numru kollu ta’ passiġġieri, u tkun mimlija.
Ix-xufier ta’ motor omnibus huwa obbligat li jwaqqaf il-
vettura tiegħu fl-ewwel post awtorizzat malli passiġġier fil-vettura
jkun issenjalalu biex jagħmel hekk billi jċempel il-qanpiena jew
mekkaniżmu ieħor provdut fil-karrozza għal dak l-iskop, u l-
konduttur għandu jagħti dak is-sinjal huwa stess lix-xufier kull
meta jkun mitlub minn xi passiġġier.
Ebda passiġġier ma għandu juża l-qanpiena jew
mekkaniżmu ieħor maħsub biex jissinjala lix-xufier biex jieqaf
44 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
ħlief meta jixtieq li jinżel f’post awtorizzat.
(2) Kull xufier ta’ motor  omnibus għandu, qabel ma jieqaf
f’post awtorizzat għall-waqfien, isuq dik il-motor omnibus ma’ tul
u viċin il-bankina, b’mod illi kull passiġġier jista’ jinżel mill-motor
omnibus direttament għal fuq il-bankina, jew jirkeb il-motor
omnibus direttament minn fuq il-bankina.
Arranġamenti 
għall-venda.
179.  Meta motor omnibus tkun fil-venda jew f’xi stage qegħda
tgħabbi jew tniżżel il-passiġġieri, ix-xufier għandu joqgħod f’postu
wara l-isteering wheel u l-konduttur joqgħod ħdejn id-daħla.
Kull uffiċjal ta’ l-Awtorità jista’ jordna lill-motor
omnibuses biex jitilqu mill-venda anki mingħajr ma jkollhom in-
numru kollu ta’ passiġġieri.
In-numru ta’ motor omnibuses li jitħallew jibqgħu fil-venda
għandu jkun iffissat mill-Awtorità.
Il-passiġġieri kollha li jaslu f’motor  omnibus f’venda jew
f’post użat bħala venda għandhom jinżlu mill-omnibus u, sabiex
jivvjaġġaw lura, ukoll jekk immedjatament kif jaslu, għandhom
joqogħdu għad-disposizzjonijiet tat-tieni paragrafu tar-regolament
164.
Biljetti. 180. Ebda passiġġier li ma jkollux biljett ma jista’ jirrifjuta li
jħallas id-dritt tan-nol lix-xufier jew lill-konduttur meta ssirlu
talba. Ix-xufier jew il-konduttur għandhom jikkonsenjaw biljetti
skond id-dritt tan-nol imħallas mill-passiġġier jew għalih innifsu
jew għal xi passiġġier ieħor jew relattivament għal xi pakkett li
jista’ jintalab ħlas għall-ġarr tiegħu skond ir-regolament 174.
Ix-xufiera jew il-kondutturi għandhom jieħdu l-biljetti mill-
uffiċċju ċentrali għal servizzi skedati bi prezz stabbilit mill-
Awtorità.
Il-biljetti għandhom juru n-nol imħallas u għandhom ikunu
ta’ dak il-qies, kulur u għamla kif l-imsemmija Awtorità tordna.
Kull xufier jew konduttur għandu jkollu biljetti tan-nolijiet
kollha relattivi għal-linja partikolari.
Ix-xufier jew il-konduttur ta’ motor omnibus huma
responsabbli li josservaw id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament.
Twieqi. 181. Ebda tieqa ma għandha tinżamm miftuħa waqt li l-motor
omnibus tkun wieqfa fil-venda jew meta tkun miexja jekk xi ħadd
mill-passiġġieri jitlob lix-xufier jew konduttur biex din tinżamm
magħluqa.
TAQSIMA XII
Ħtiġiet għall-Kostruzzjoni tal-Motor Omnibuses
Liċenzjar ta’ motor 
omnibuses.
182. Ebda vettura ma tista’ tingħata liċenza ta’ motor omnibus
jekk ma tkunx skond il-ħtiġiet ta’ dawn ir-Regolamenti, l-aktar tad-
disposizzjonijiet dwar motor omnibuses fit-Taqsima V dwar it-
Tagħmir tal-Vetturi.
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 45
Konformità mal-
ħtiġiet stabbiliti.
183. Kull vettura għandha tkun taqbel f’kollox mal-ħtiġiet dwar
il-kostruzzjoni, toqol u armar magħdud ix-xogħol kollu tal-body,
tappezzerija u armar li għandhom ikunu mibnijin sodi u kif jixraq
ta’ materjali adattati irfinuti tajjeb u f’kundizzjoni tajba u
b’saħħithom, u ta’ dik il-għamla biex tiflaħ it-tagħbijiet u l-kedd li
aktarx ikollha fix-xogħol.
Għandu jkun hemm mezzi effiċjenti biex il-passiġġieri
jkunu jistgħu jagħmlu sinjal lix-xufier meta jkunu jriduh iwaqqaf.
Mhux permess li jinbnew vetturi b’żewġ pjani mingħajr il-
permess speċjali ta’ l-Awtorità.
Il-body.
għandux joħroġ ’il barra minn tarf ix-chassis, jew ’il barra mit-tarf
ta’ biċċa miżjuda ma’ chassis li skond is-sengħa hi mgħoddija
b’tajba u sħiħa.
Ma għandu jinbena ebda body ta’ motor omnibus li fih
joqogħdu inqas minn sitta u għoxrin passiġġier u lanqas iżjed minn
sitta u erbgħin passiġġier mingħajr l-approvazzjoni bil-miktub ta’ l-
Awtorità.
Kapaċità tal-
makna.
185. Il-kapaċità tal-makna ta’ motor omnibus importat jew
mibni ġdid, jew wieħed li jkollu rimpjazzament ta’ makna, ma
għandhiex tkun anqas minn 74 Kw f’każ ta’ vettura li l-piż gross
tagħha mgħobbija ma jkunx iżjed minn 10 tunnellati metriċi u
mhux inqas minn 93 Kw jekk il-piż gross tagħha mgħobbija jkun
iżjed minn 10 tunnellati metriċi iżda mhux iżjed minn 12-il
tunnellata metrika.
L-Awtorità għandha s-setgħa fid-diskrezzjoni tagħha li
teħtieġ kapaċità akbar ta’ makna f’każ ta’ motor omnibus li l-piż
gross tiegħu jkun iżjed minn 12-il tunnellata metrika.
Il-forza tal-makna għandha tittieħed li tfisser il-forza tal-
makna bla ma tgħodd il-forza li tħaddem units awżiljari mhux
meħtieġa biex taħdem il-makna.
Brejkijiet. 
brejkijiet ta’ motor omnibus huma meħtieġa dawn li ġejjin:
Kull brejk għandu jkun kapaċi li jwaqqaf il-vettura
mgħobbija kollha f’pendil ta’ 1 f’4.
L-użu ta’ kull brejk ma għandux jaqta’ l-makna minn
ma’ l-ingranaġġ.
Ma għandu jitqiegħed xejn fuq il-motor omnibus li
jista’ jxekkel b’xi mod l-użu tal-brejkijiet.
Karburaturi u 
reċipjenti għall-
petrol.
187. Il-karburaturi kollha u l-apparati li għandhom x’jaqsmu
magħhom għandhom jitqiegħdu b’mod u jkunu milqugħin biex l-
ebda petrol jew żejt li jnixxi minnhom ma jaqa’ fuq xi naħa jew
biċċa tagħmir li tkun tista’ tieħu n-nar, jew ġo xi reċipjent fejn
jista’ jinġabar.
Meta taħt il-makna jew ma’ ġenb il-makkinarju jitwaħħal xi
tilar jew lqugħ ieħor, dan għandu jkun imqiegħed b’mod illi kull
meta jfur il-petrol dan ma jibqax fit-tilar.
46 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Bini fuq chassis 
ġdid. 
188. (1) Mhux permess il-bini ta’ motor omnibus ħlief fuq
chassis ġdid:
Iżda l-Awtorità tista’ tippermetti deroga għal din id-
disposizzjoni jew meta iċ-chassis relattiv ikun ġa użat f’motor
omnibus li l-body tiegħu jkun qiegħed jinbena mill-ġdid jew
rikostruwit, jew jekk ikun chassis sekondaman meta tinġieb prova
għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità li l-kundizzjoni tiegħu tkun tali li
jkun għad jiflaħ jieħu l-isforz u l-istrapazz mistenni li jkollu bil-piż
ta’ body ta’ motor omnibus mgħobbi kollu, il-piż tan-numru tal-
passiġġieri li għalihom tkun provduta kumdità biex joqogħdu
bilqiegħda, b’żieda għall-piż tax-xufier, konduttur, spettur tal-
biljetti, u kull numru awtorizzat ta’ passiġġieri bil-wieqfa, li jkun
kalkolat fi 72 kg. kull persuna:
Iżda wkoll l-Awtorità ma għandhiex tippermetti l-użu ta’ xi
chassis ta’ motor omnibus kemm-il darba l-eżaminaturi ta’ l-
Awtorità ma jkunux sodisfatti li huwa tajjeb u adattabbli; u l-
Awtorità tista’, barra milli timponi dawk il-kundizzjonijiet l-oħra li
jidhrilha xierqa, teħtieġ ċertifikat dwar l-effiċjenza strutturali tax-
chassis minn espert li jkollu dawk il-kwalifiki li l-Awtorità teħtieġ.
(2) L-Awtorità tista’ titlob l-ispeċifikazzjoni tal-fabbrikant ta’
kull chassis, jew omnibus, li turi t-tagħbija tax-chassis u l-piż tal-
body, biex jiġu prodotti lill-Awtorità.
(3) L-Awtorità tista’ tagħti permess għall-estensjoni ta’ kull
chassis ta’ omnibus -
(a) wara li l-ispeċifikazzjonijiet u d-disinji ta’ l-estensjoni
proposta jkunu approvati minnha fuq il-parir ta’ l-
espert imsemmi fis-sub-regolament (1); u
(b) wara li l-estensjoni tkun, meta x-xogħol tagħha
jitlesta, ċertifkata mill-espert li tkun skond l-
ispeċifikazzjonijiet u d-disinji approvati.
(4) Fil-każijiet kollha, in-numru massimu ta’ passiġġieri li
jistgħu jinġarru għandu jiġi stabbilit mill-Awtorità.
Vojt. 189. Ebda biċċa minn vettura mgħobbija kollha li tkun fil-pjan
ma għandha tkun eqreb mill-art minn 250mm.
Il-limiti għandhom iwasslu -
(i) fit-tul lura mill-iżjed biċċa fin-naħa ta’ quddiem tal-
vettura barra mill-istarting handle u mill-body -
(a) fil-każ ta’ vettura b’erba’ roti għal distanza ta’
4.4 metri jew, jekk il-fus ta’ wara jkun inqas
minn 4.4 metri wara din il-biċċa ta’ quddiem
nett, iżda bla ma jingħadd dan il-fus, u
(b) fil-każ ta’ vettura li għandha iżjed minn erba’
roti għal distanza ta’ 4 metri jew jekk il-fus tas-
sewqan ta’ quddiem tkun inqas minn 4 metri
wara din il-biċċa ta’ quddiem nett, iżda bla ma
jingħadd dan il-fus tas-sewqan;
(ii) fil-wisa’ għad-distanza fuq kull ġenb tal-linja taċ-
ċentru tal-vettura ta’ mhux inqas minn terz tad-
distanza bejn il-linji taċ-ċentru tas-sinjali tar-roti ta’
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 47
quddiem.
Bibien.
b’manuvra waħda tal-mekkaniżmu li jaqflu:
Iżda sabiex ikun żgurat li l-vettura meta ma tkunx
indukrata, jkun permess li jitqiegħed f’kull bieb tad-dħul u l-ħruġ
qofol ieħor b’mekkaniżmu li dan il-qofol ikun iddisinjat u magħmul
b’mod illi l-bieb jista’ f’kull ħin jinfetaħ minn persuna ġewwa l-
vettura b’manuvra waħda tal-mekkaniżmu komuni tal-qafla.
Il-manilji tal-bieb jew il-lievi tal-makni tal-bieb għandhom
ikunu ddisinjati u magħmulin b’mod li ma jkunux jistgħu jinqalgħu
jew li jaħdmu aċċidentalment. Meta jkun hemm xi dħul fil-bibien li
jibqgħu miftuħin meta tkun miexja l-vettura, għandu jkun hemm
ganġetti xierqa biex iżommu dawn il-bibien miftuħin tajjeb.
Il-bibien kollha (inklużi dawk għall-ħruġ f’każ ta’
emerġenza) għandhom ikunu ddisinjati b’mod li jistgħu jinfetħu
malajr f’każ ta’ bżonn sew minn ġewwa kif ukoll minn barra l-
vettura. Il-ħruġ ta’ emerġenza għandu jkollhom bibien li jinfetħu
fuq barra.
Il-mekkaniżmu tal-ħruġ kollu ta’ emerġenza għandu jkun
jista’ jintlaħaq bil-ħeffa minn nies ta’ tul normali weqfin f’art pjana
min-naħa ta’ barra tal-vettura.
Il-bibien kollha għandhom jinfetħu b’mod li ma jxekklux il-
wisa’ ta’ ebda dħul jew ħruġ sew minn ġewwa kif ukoll minn barra
l-vettura.
Sewqan.
naħa ta’ barra tal-vettura, u l-post tax-xufier għandu jkun mqiegħed
b’mod illi huwa jkun jista’ jagħmel is-soltu sinjali tat-traffiku min-
naħa ta’ barra tal-motor omnibus.
Post ix-xufier. 
ikollu wisa’ biżżejjed u jkun jista’ jilħaq bil-ħeffa u jħaddem malajr
il-kontroll. Il-post tax-xufier għandu jkun irranġat b’mod li jkun
milqugħ sewwa f’temp ħażin, u għandu jinstab mezz fejn meħtieġ
biex id-dawl ta’ wara fil-vettura ma jfixkilx lix-xufier.
Ma għandu jkun hemm ebda sedil fuq in-naħa tal-lemin tas-
sedil tax-xufier.
Meta jitgħabbew xi passiġġieri fix-xellug tax-xufier, huwa
għandu jkollu wisa’ ta’ mill-inqas 450mm. miċ-ċentru tar-rota tad-
direzzjoni san-naħa tax-xellug, u dan il-wisa’ għandu jingħażel
mil-post tal-passiġġieri b’diviżjoni soda li tkun għolja mill-inqas
230mm. mil-livell tas-sedil, u ma’ tul il-wisa’ kollu tas-sedil.
Il-post tax-xufier għandu jkollu wara s-sedil tiegħu screen
trasparenti imwaħħal.
Għandu jkun hemm dħul dritt għas-sedil tax-xufier min-
naħa ta’ barra tal-vettura jew b’mezz ta’ passaġġ li ma għandux
ikun idjaq minn 900mm. Xejn ma għandu jitqiegħed jew jitneħħa
mill-post tax-xufier b’mod li l-passiġġieri jkunu jistgħu jindaħlu fl-
użu tad-diversi kontrolli.
48 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Fili elettriċi.  193. Il-fili kollha elettriċi għandhom ikunu iżolati kif jixraq u
mwaħħlin tajjeb.
Dħul u ħruġ. 194. Meta l-vettura jkollha saqaf fiss ma għandux ikun hemm
inqas minn żewġ mezzi ta’ dħul u ħruġ, wieħed minnhom għandu
jkun ’il quddiem fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura u jintuża bħala
d-dħul u ħruġ komuni ta’ l-omnibus u l-ieħor fuq in-naħa l-oħra tal-
vettura biex jintuża f’każ ta’ emerġenza. Dan il-bieb għandu jkun
immarkat li jidher ċar EMERGENCY DOOR u jkun qiegħed b’mod
li l-passiġġieri jistgħu jgħaddu minnu dritt mill-passaġġ għal barra
l-vettura.
Ma għandu jitqiegħed ebda sedil ma’ xi bieb b’mod li meta
jkun ser jintuża, is-sedil ixekkel xi passaġġ għall-ħruġ jew kuritur
meħtieġ minn dawn ir-Regolamenti.
F’kull bieb, barra minn ħruġ ta’ emerġenza, għandu jkun
hemm poġġaman, sabiex jgħin il-passiġġieri jitilgħu u jinżlu mil-
vettura.
Ħdejn id-daħla ta’ kull omnibus bil-mutur għandha
titwaħħal kaxxa b’xaqq biex jintefgħu fiha l-biljetti wżati. Id-daqs
u l-għamla tal-kaxxa kif ukoll il-post fejn għandha titwaħħal
għandhom jiġu stabbiliti mill-Awtorità.
Kull daħla jew mezz ta’ ħruġ għall-passiġġieri għandu
jkollha wisa’ bla xkiel ta’ mhux inqas minn 530mm. u jekk ikun
hemm bieb, dan għandu jkun armat b’mod li l-wisa’ bla xkiel li
jibqa’ ma jkunx inqas minn 530mm. meta l-bieb ikun miftuħ.
Fil-każ ta’ ħruġ ta’ emerġenza, dan għandu jkun magħmul
b’mod li jkun livell mat-tavlar tal-paviment tal-wisa’ tal-bieb ikun
ta’ 660mm. u għandu jitħalla wisa’ bla xkiel li jagħti għalih ta’
mhux inqas minn tal-passaġġ.
Il-għoli ta’ kull dħul u ħruġ, barra mill-bieb ta’ emerġenza,
imkejjel mit-tavlar tal-paviment tal-bus sa l-eqreb punt ta’ l-
arkitrav, ma għandu fl-ebda każ ikun inqas minn 1.525 metri. Il-
bieb ta’ emerġenza ma għandu fl-ebda każ ikun inqas minn l.425
metri:
Iżda fil-każ ta’ omnibuses b’daħla fil-fond ta’ mhux inqas
minn 660mm., dawn ikollhom permess għal għoli miminu ta’ 1.37
metri.
It-tubu ta’ l -
exhaust.
195.  It-tubu ta’ l-exhaust għandu jitwaħhal jew ikun milqugħ
b’mod illi l-ebda materjal li jieħu n-nar ma jkun jista’ jintafa’ fih
mill-ebda post tal-vettura u li ma jkunx jista’ jieħu n-nar billi fil-
qrib fil-vettura jkun hemm xi materjal li jaqbad; it-tarf tal-pajp
għandu jitqiegħed fuq il-lemin u biżżejjed lejn in-naħa ta’ wara
biex id-dħaħen ma jidħlux fil-vettura.
Irid ikun hemm silencer tajjeb u ma tista’ tintuża ebda
valvola jew mekkaniżmu li jaqta’ dan is-silencer.
Għandu jkun hemm mezzi tajba biex is-sħana ma tasalx fuq
it-tubu ta’ l-exhaust jew il-bċejjeċ tiegħu li tista’ taffetwa xi biċċa
mill-vettura jew iddejjaq lill-passiġġieri.
Ħadd ma għandu jsuq jew iġiegħel jew jippermetti li tinsaq
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 49
omnibus meta, minħabba xi kawża tkun xi tkun it-tubu ta’ l-exhaust
jew il-konnessjoni tiegħu jarmu duħħan, naqal, xrar, irmied, ġamar,
jew sustanzi żejtnin.
It-tavlar tal-
paviment.
196. It-tavlar tal-paviment u kull bokkaport fil-qiegħa tal-
vettura għandu jkun sħiħ u għandu jkun aġġustat jew ingastat
b’mod li ma jkunx jista’ jinqala’ bil-vibrazzjonijiet. Kull mezz biex
jintrafa’ t-tavlar għandu jkun imwaħħal invell mat-tavlar tal-
paviment jew bokkaport. Ebda biċċa mit-tavlar tal-paviment ma’
tista’ tinqala’ waqt li fil-bus ikun hemm il-passiġġieri.
Tankijiet għar-
riforniment.
197. Ebda tank ma għandu jitqiegħed f’ebda naħa ta’ kull
passaġġ li jkun qrib 610mm. minn kull daħla jew ħruġ.
It-tankijiet tal-petrol għandhom ikunu mqegħdin b’mod illi
l-petrol li jfur mit-tank ma jaqax fuq l-injam jew jinġabar f’post
fejn jista’ jieħu n-nar. Għandu jkun hemm vit li bih il-provvista tal-
petrol għal kull karburatur tkun tista’ tinqata’ minnufih u l-mezz
biex jitħaddem għandu jkun fejn jidher u li jista’ jintlaħaq minnufih
f’kull ħin minn barra l-vettura. Il-posizzjoni OFF tal-mezz għall-
użu għandu jkun immarkat ċar fuq in-naħa ta’ barra tal-vettura.
Il-post tal-mili tat-tankijiet kollha tal-petrol għandu jkun
barra mill-body tal-vettura, u t-tappijiet taż-żennuna tat-tankijiet
għandhom ikunu magħmulin u armati b’mod li jistgħu jeħlu tajjeb
fil-post. It-toqba tan-nifs, jekk ikun hemm, għandha tiġi milqugħa
mill-periklu tan-nar, u għandha tkun magħmula b’mod li minnha la
jittajjar u l-anqas ma jixxerred il-petrol.
Passaġġi.
mill-inqas żewġ bibien.
Il-wisa’ ta’ kull passaġġ ma għandux ikun inqas minn
305mm. sa għoli ta’ 760mm. mill-livell ta’ l-art u ’l fuq minn dak
il-għoli mhux inqas minn 360mm.
Taqtir ta’ żjut.
ma jħallix iż-żjut u l-griż iqattar mill-makkinarju jew bnadijiet oħra
fuq it-triq.
Guard rails.
iżjed minn 610mm. bejn l-eqreb naħa tal-vettura għandu jitwaħħal
guard rail, staffa jew mezz ieħor bħal dawn li jasal sa 230mm. mir-
rota ta’ quddiem u 150mm. mir-rota ta’ wara, biex jilqa’ tajjeb dan
il-vagant sa mill-inqas 255mm. mill-art meta l-vettura tkun bla
passiġġieri u tkun wieqfa fuq art lixxa.
Għoli.
3.2 metri u l-għoli intern tagħha mkejjel mill-wiċċ ta’ l-art ma
għandux ikun anqas minn 1.83 metri sa distanza ta’ 1.17 metri, u
1.78 metri sa distanza ta’ 800mm., min-naħa ta’ ġewwa tal-bieb ta’
emerġenza:
Iżda dan ir-regolament ma japplikax għall-vetturi ġa
liċenzjati fl-24 ta’ Awissu, 1964.
Irjus-ir roti.
toħroġ ’il barra minn 90mm. mix-xifer tat-tyre meta jkun minfuħ
kollu.
50 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Armar li jieħu n-
nar 
203.  Ebda tagħmir magħmul miċ-ċellulojde jew xylonite jew
minn sustanza oħra infjammabbli, barra mill-iskompartiment ta’ l-
akkumulatur ma għandu jintuża jew jitwaħħal f’xi vettura.
Eżami, 
manutenzjoni u 
tagħmir.
204. Kull  motor omnibus għandha tittieħed għall-eżami ta’ l-
eżaminaturi ta’ l-Awtorità qabel ma tidħol għall-manutenzjoni u
għax-xogħol.
Dan l-eżami ma jsirx mill-eżaminaturi ta’ l-imsemmija
Awtorità jekk is-sid ma jkunx qabel ma jibda xi xogħol fuq il-
kostruzzjoni tal-vettura, ta t-tagħrif li ġej:
(a) id-dettalji kolha u d-disinn tax-chassis;
(b) dikjarazzjoni bil-miktub li tagħti d-dettalji tal-vettura
f’dik il-forma li tingħata mill-Awtorità.
L-Awtorità tista’ teħtieġ illi x-chassis jiġi eżaminat u
approvat mill-eżaminatur tagħha qabel ma jibda xi xogħol fuq il-
kostruzzjoni tal-body.
Il-motor omnibuses kollha għandhom jiġu spezzjonati kull
sena u fiż-żminijiet kontemplati fir-regolament 120.
Il-body sew minn barra kif ukoll minn ġewwa u t-twieqi u l-
armar kollu u s-sedili kollha tal-passiġġieri għandhom jinżammu l-
ħin kollu ndaf u f’kundizzjoni tajba. In-numru ta’ passiġġieri bil-
qiegħda fil-vettura għandu jkun immarkat ċar b’ittri ta’ mhux inqas
minn 25mm. f’post għoli fejn jidher sewwa ġewwa l-vettura.
Tul. 205. (Revokat bl-Avviż Legali 162 ta’ l-2003).
Id-dwal. 206. Minbarra d-dwal meħtieġa skond id-disposizzjonijiet tar-
regolamenti 97 sa 104 kull motor omnibus għandu jkollha dawl
tajjeb ta’ l-elettriku sabiex tiddawwal il-vettura minn ġewwa, dawl
li f’ebda ċirkostanza ma għandu jkun ta’ inqas minn erba’ lampi
kull waħda b’bozoz ta’ 6 watts.
Skorfini doppji. 207.  Il-bċejjeċ kollha li jitħarrku u l-bċejjeċ kollha ta’ l-apparat
li huma suġġetti għall-vibrazzjonijiet, u li huma mqabbdin
b’boltijiet jew pernijiet u bi skorfini għandhom ikunu marbutin bi
skorfini li jagħfsu waħda fuq l-oħra, jew bi skorfini u kollarini tal-
molla jew bi skorfini doppji tajba, jew bi skorfini ta’ gastell bil-
pinnijiet maqsuma jew b’xi mezz ieħor effiċjenti, b’mod li ma
jkunux jistgħu jiċċaqalqu jew jillaxkaw.
In-naħa ta’ wara 
tal-vetturi.
208. (1) Ix-chassis ta’ bus li jkollha l-bażi tar-roti ta’ tul ta’
4.5 metri u inqas, ma għandux ikollha l-biċċa tal-vettura li toħroġ
’il barra iktar minn 66% mill-bażi tar-roti.
(2) Ix-chassis tal-bus magħmula minn steel members ta’ biċċa
waħda u li jkollha l-bażi tar-roti itwal minn 4.5 metri iżda mhux
aqsar minn 4.8 metri ma għandux ikollha l-biċċa tal-vettura li
toħroġ ’il barra iktar minn 2.7 metri, u x-chassis li jkollha bażi tar-
roti iktar minn 4.8 metri iżda inqas minn 5.2 metri ma għandux
ikollha l-biċċa tal-vettura li toħroġ ’il barra iktar minn 2.4 metri, u
x-chassis li jkollha bażi tar-roti iktar minn 5.2 metri ma għandux
ikollha l-biċċa tal-vettura li toħroġ ’il barra iktar minn 2.3 metri.
(3) It-tul tal-biċċa vettura li toħroġ ’il barra għandu jitqies li
jkun dak imkejjel miċ-ċentru tal-fus ta’ wara sat-tarf nett ta’ wara
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 51
ta’ 1-istruttura prinċipali tal-body imma mhux inklużi xi pumi,
hinges, bumpers jew kurvaturi raġonevoli tal-body maħsubin biss
biex jagħtu forma lill-body u li b’ebda mod ma jħallu spazju għal
bil-qegħda jew spazju għal bagalji.
(4) L-Awtorità għandha tenħtieġ dwar kull chassis -
(a) l-ispeċifikazzjonijiet u d-disinni kollha li juru l-qisien,
l-identifikazzjoni, il-materjal u l-informazzjoni dwar
id-disinn, il-gross laden weight massimu u ċ-ċirku tad-
dawra li għalih ix-chassis tal-bus ġie disinjat u d-data
tal-fabbrikazzjoni;
(b)  ċertifikat minn awtorità kompetenti jew fabbrikant li
x-chassis ikun addattat bħala chassis ta’ bus.
(5) Ebda  chassis ma għandu jintuża bħala chassis ta’ bus
kemm-il darba l-Awtorità ma tkunx sodisfatta bid-disinn, il-
kostruzzjoni u il-kundizzjoni tiegħu.
X’mgħandux 
jisporġi mill-
vettura.
209. Il-ġnub ta’ kull vettura, ħlief l-indikatur tad-direzzjoni
meta jkun jaħdem, jew mera għas-sewqan, ma għandhomx jisporġu
iżjed minn 150mm. ’l hemm mill-faċċata ta’ barra tat-tyre ta’ barra
tar-rota ta’ wara ta’ l-istess naħa tal-vettura.
Pilastri.
bċejjeċ li fuqhom tista’ tinxteħet jew issir forza qawwija għandhom
ikunu mirfudin sewwa bi skwerer tal-ħadid.
Sinjali u lwien li 
jagħżlu l-linji.
Emendat:
A.L. 109 ta’ l-
1995;
A.L. 234 ta’ l-
1997.
211. (1) L-Awtorità tista’ tordna illi l-motor omnibuses
jinżebgħu f’dak il-lewn jew ilwien u jġibu biss dawk il-kelmiet,
sinjali, ċifri jew numri li jingħarfu kif l-Awtorità tordna.
(2) Il-marki distintivi u l-kuluri tal-linji għandhom ikunu kif
murija fl-Ewwel Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti:
Iżda, sat-30 ta’ Ottubru, 1995, u f’kull każ wara dik id-data,
l-marki distintivi u l-kuluri tal-linji għandhom ikunu skond kif
indikat fl-Ewwel Skeda u l-iskala tal-kuluri għandha tkun
approvata mill-Awtorità.
(3) Ebda lwien oħra ma għandhom jinżebgħu fuq xi omnibus
ħlief dawk speċifikati hawn fuq u ebda ittra, sinjali, ċifri, stampi
jew xi oġġetti mwaħħla, ornamenti, disinji jew tiżjin, ħlief dak li
jitolbu dawn ir-regolamenti, ma huma permessi fuq xi parti ta’
omnibus kemm-il darba ma jkunx hemm approvazzjoni minn qabel
għal hekk mill-Awtorità.
(4) Il-parti ta’ ġewwa tal-motor omnibuses kollha għandha tkun
miżbugħa bajda kemm-il darba l-materjal użat fil-kostruzzjoni
tagħha ma jkunx irfinut b’mod li ma tkunx meħtieġa żebgħa, iżda
dan il-materjal u l-lewn tiegħu jridu jkunu approvati mill-Awtorità.
(5) Iz-zokklu sa l-ogħli tal-parti t’isfel tat-twieqi għandu jkun
ta’ lewn kannella ċar.
(6) L-injam ta’ barra fuq il-parti t’isfel tat-twieqi għandu jkun
miżbugħ abjad.
(7) Is-saqaf għandu jkun mibni mill-injam jew minn materjal
ieħor adattat għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità u għandu jkun
miżbugħ abjad.
52 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Satety glass 
laminat.
212. Il-ħġieġ imwahħal mat-twieqi jew mal-paraventi għandu
jkun ħġieġ sħiħ (safety glass) laminat li jfisser ħġieġ maħdum u
mqiegħed b’mod illi jekk jinkiser ma jtirx fi frak li jista’ jagħmel
qatgħat kbar.
In-numru ta’ 
postijiet.
213. In-numru ta’ postijiet li jkun hemm imsemmi għandu jkun
dejjem kalkulat barra mill-post tax-xufier u tal-konduttur. 
Is-sedili. 214. Mill-inqas 410mm. meqjusa f’linja dritta min-naħa ta’
quddiem ta’ kull sedil għandhom jitħallew għal kull passiġġier fuq
sedil ta’ tnejn u għandu jkun tajjeb u komdu.
Suġġett għal dak li jingħad hawnhekk aktar ’il quddiem ma
jkunux permessi sedili ta’ iżjed minn żewġ persuni.
L-Awtorità tista’ f’każijiet speċjali, jekk tkun sodisfatta,
fid-diskrezzjoni tagħha, illi b’daqshekk ma jkunux ser jintlaqtu s-
sigurtà u l-kumdità tal-passiġġieri, tagħti pemess bil-miktub għal
mhux aktar minn sedil wieħed ta’ tliet persuni. F’kull każ bħal dan
is-sedil ta’ bi tlieta għandu jitqies fuq bażi ta’ 460mm. kull
passiġġier, u għandu jkun skond dawn ir-Regolamenti għal dak li
għandhom x’jaqsmu affarijiet oħra.
Ebda biċċa tad-dahar ta’ kull sedil ma għandha tkun inqas
twila minn 1.37 metru minn dik il-biċċa li taqbel magħha fis-sedil
ta’ quddiem.
Is-sedili li jkunu jħarsu lejn ġenb wieħed għandhom ikunu
armati b’mod li -
(a) ikun hemm vojt ta’ mill-inqas 690mm. mill-eqreb parti
ta’ wara tad-dahar ta’ kull sedil għall-eqreb parti ta’
wara tad-dahar tas-sedil l-ieħor jew mill-eqreb parti ta’
kwalunkwe diviżjoni fuq quddiem, u fil-każ ta’ sedili
biswit xulxin vojt ta’ mill-inqas 1.37 metru li jitkejlu
minn wara ta’ dahar ta’ sedil sa wara tad-dahar tas-
sedili l-ieħor. Kull manilja jew poġġaman li jisporġi
għal iżjed minn 100mm. mid-dahar tas-sedil ma
għandux jitqies fil-vojt imsemmi hawnhekk; u
(b) ikun hemm vojt ta’ mill-inqas 480mm. bejn kull biċċa
tax-xifer ta’ quddiem ta’ sedil u kull biċċa ta’ kull
sedil ieħor li jkun faċċata tiegħu.
Meta xi sedil li jħares lejn ġenb wieħed ikun qiegħed b’mod
illi l-passiġġier li jkun qiegħed fuqu jista’ jintefa’ ’l quddiem minn
daħla jew minn tarġiet, għandu jitqiegħed paraventu jew ilqugħ
biex ikun hemm protezzjoni lil kull passiġġier li jkun fuq dak is-
sedil.
Is-sedil ta’ fuq il-ħnejja tar-roti ma għandhomx jitqiegħdu
f’pożizzjoni li fiha l-passiġġieri ma joqogħdux komdi.
Id-dahar tas-sedili kollha għandu jkun tapezzat bil-lastiku
foam ta’ ħxuna ta’ mhux inqas minn 25mm. u 1-ħxuna kollha tad-
dahar tas-sedil inkluż it-tapezzar ma għandhiex tkun iżjed minn
50mm. Id-dahar ta’ kull sedil għandu jkun inklinat lura mhux inqas
minn 75mm. minn linja perpendikolari.
Is-sedili kollha għandhom ikunu tapezzati bil-lastiku foam
ta’ ħxuna mhux inqas minn 75mm. u għandhom ikunu inklinati ’l
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 53
isfel lejn id-dahar tas-sedil b’50mm.
It-tapezzar tas-sedili kollha u tad-dahar tas-sedili għandu
jkun miksi bi drapp approvat mill-Awtorità u bejn l-1 ta’ Mejju u l-
15 ta’ Ottubru għandu jkollhom inforor barranin li jistgħu jinħaslu.
Il-maqgħad ta’ kull sedil ma għandux ikun fond inqas minn
400mm.
Għall-fini ta’ dan ir-regolament il-kelma "dahar" tgħodd
ukoll għal kull biċċa tal-vettura li magħha jistgħu jistrieħu l-
passiġġieri.
Il-molol. 
kemm bejn kull rota u l-qafas tal-vettura, kif ukoll taħt dik il-parti
tal-qafas l-aktar qrib għal kull rota, għas-sodisfazzjon ta’ l-
eżaminaturi ta’ l-Awtorità.
Sodizza. 
illi f’kull kundizzjoni ta’ tagħbija jekk l-art li fuqha tkun wieqfa l-
vettura tkun immejla fuq xi ġenb ma jkunx hemm anglu ta’ iżjed
minn 35 grad minn linja orizzontali għall-pont ta’ fejn il-vettura
tkun tmejlet.
Sabiex isir test tas-sodizza l-għoli ta’ kull pern li jintuża
sabiex ma jħallix lir-rota tal-vettura toħroġ mill-ġenb ma għandux
ikun ikbar minn żewġ terzi tat-tul bejn wiċċ l-art li fuqha tkun il-
vettura qabel ma titmejjel, u dik il-biċċa tax-xifer ta’ dik ir-rota li
issa tkun l-eqreb lejn wiċċ l-art meta l-vettura tkun mgħobbija,
jiġifieri komplita u armata b’kollox għas-servizz bi provvista sħiħa
ta’ ilma, żejt u petrol u mgħobbija b’toqol ta’ 72kg kull persuna fil-
posizzjonijiet tajba ta’ kull waħda biex jirrappreżentaw lix-xufier,
lill-konduttur u lit-tagħbija sħiħa awtorizzata ta’ passiġġieri.
Taraġ.
vettura, barra mill-bieb ta’ emerġenza, ma għandux ikun iżjed minn
430mm. jew anqas minn 250mm. ’il fuq mill-art meta l-vettura tkun
vojta.
It-tarġiet kollha għandu jkunu magħmula b’mod li ma
jiżolqux. It-tarġiet fissi ma għandhomx ikunu idjaq minn 230mm. u
f’ebda każ ma għandhom joħorġu fuq il-ġenb ’il barra mill-body
tal-vettura jekk ma jkunux imħarsin mill-ġwienah ta’ quddiem (jew
xort’oħra) biex ma jkunux jistgħu jagħmlu ħsara lil min ikun miexi.
In-numru tat-tarġiet bejn l-invell ta’ l-art u t-tavlar tal-
paviment ta’ kull motor omnibus ma għandu fl-ebda każ ikun iżjed
minn erbgħa; u l-għoli ta’ kull tarġa ma għandux ikun iżjed minn
250mm.
Sinjali li l-vettura 
ser tieqaf.
218. Dawl aħmar ta’ twissija għandu jitwaħħal fuq in-naħa ta’
wara ta’ dik il-vettura, biex b’hekk javża kull meta x-xufier ta’
motor omnibus ikun ser iwaqqaf il-vettura.
Għodod u rkaptu 
ieħor.
219. Il-vettura għandha tkun armata tajjeb b’sett komplet ta’
għodod u rkaptu ieħor għat-tiswijiet. Fost l-għodod għandu jkun
hemm manwella u rota barranija komplita bit-tyre u t-tubu ta’
ġewwa.
54 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Fusijiet dritti u tal-
ingranaġġ.
220. Fejn ikun hemm fusijiet dritti ta’ l-ingranaġġ mikxufin jew
miftuħin u jkollhom it-tul ta’ iżjed minn 610mm., li ma jkunux
imqabbda, dawn għandhom jiġu mqabbdin b’ħadida jew ħadidiet li
jkollhom il-ħolqa jew għollieqa li ddur madwar dawn il-fusijiet u
mwaħħla b’mod li tnaqqas il-periklu ta’ ħsara għall-bċejjeċ l-oħra
tal-vettura kemm-il darba l-fus ta’ l-ingranaġġ li jinkiser.
Kif il-vettura 
għandha ddur tond.
221. Kull vettura għandha tkun magħmula b’mod li tkun tista’
ddur tond f’kull direzzjoni f’dijametru ta’ mhux iżjed minn 18.3
metru fil-każ ta’ vettura li t-tul kollu tagħha ma jkunx iżjed minn
7.9 metri u 20.1 metru fil-każ ta’ vettura li t-tul kollu tagħha jkun
iżjed minn 7.9 metri. Dan id-dijametru għandu jitqies mit-tarf ta’
barra nett tas-sinjali tar-roti fuq art lixxa.
Tyres.  222. Kull  motor omnibus għandha tkun armata b’tyres
pnewmatiċi.
Ventilazzjoni. 223. Għandu jkun hemm ventilazzjoni biżżejjed kemm għall-
passiġġieri kif ukoll għax-xufier bla ma jkun hemm għalfejn
tinfetaħ ebda tieqa prinċipali jew windscreen.
Ventilaturi tas-saqaf ikunu tat-tip vacuum tajbin għal kull
temp b’apertura ta’ 75mm. dijametru skond it-tip approvat mill-
Awtorità u ma għandux ikun hemm anqas minn sitt ventilaturi bħal
dawn, tlieta fuq kull naħa, b’dik id-distanza minn wieħed għall-
ieħor li tipprovdi ċirkolazzjoni libera ta’ arja ma’ ġewwa kollu.
Piż. 224.  (Revokat bl-Avviż Legali 162 ta’ l-2003).
Tul bejn ir-roti.  225. It-tul bejn ir-roti ta’ quddiem ma għandu fl-ebda każ ikun
anqas mit-tul bejn ir-roti ta’ wara.
Fil-każ ta’ chassis mhux fabbrikat għal użu bħala chassis
ta’ bus, it-tul bejn ir-roti ta’ wara ma għandux ikun anqas minn 69
fil-mija tal-wisa’ kollu tal-vettura.
Il-kejl tat-tul bejn ir-roti għandu jittieħed orizzontalment
fil-livell taċ-ċentru tar-roti.
Għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti kull żewġ roti ta’
vettura bil-mutur għandhom jitqiesu bħala rota waħda jekk it-tul
bejn iċ-ċentri ta’ l-arei ta’ kuntatt bejn dawn ir-roti u wiċċ it-triq
ikun anqas minn 460mm.
Wisa’. 226. (Revokat bl-Avviż Legali 162 ta’ l-2003).
Irpar tat-twieqi.
Emendat:
A.L. 92 ta’ l-1995.
227. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tar-
regolament 230, kull tieqa fuq kull motor omnibus, liċenzjata biex
taħdem fuq is-servizz bl-iskeda, għandha tkun magħmula b’mod li
tista’ tinfetaħ billi titniżżel jew tiżżerżaq mill-passiġġieri f’kull
waqt, anki meta dik il-motor omnibus tkun qed taħdem fuq servizzi
li ma jkunux servizzi bi skeda.
(2) Meta l-ħġieġ tat-twieqi hu magħmul li jinżel jew li jinfetaħ
billi jiżżerżaq, jeħtieġ li jkun hemm irpar sabiex il-passiġġieri
jitħarsu mill-ħsara minn vetturi li jkunu għaddejjin.
(3) Il-ħġieġ tat-twieqi li jkun qiegħed faċċata xi sedil u li jista’
jitkisser jekk jaħbat magħħom xi passiġġier għandhom ikollhom
irpar xieraq.
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 55
(4) L-ebda motor omnibus ma għandha titħalla taħdem fuq xi
linja, u s-sid ta’ dik il-motor omnibus ma għandux iġiegħel, iħalli
jew jippermetti li dik il-motor omnibus tkun fuq it-triq, fuq xi
servizz jew xogħol li jkun kemm-il darba ma tkunx skond il-
provvedimenti ta’ dan ir-regolament.
(5) Kull motor omnibus li ma tkunx skond il-provvedimenti ta’
dan ir-regolament tkun tista’ titneħħa minnufih mit-triq mill-
uffiċjali ta’ l-Awtorità jew mill-Pulizija, barra minn kull piena li l-
liċenzjat jista’ jeħel skond il-liġi.
Windscreen.
b’mod illi x-xufier tagħha waqt li qiegħed imexxi l-vettura jkun
jista’ jara ċar it-triq u t-traffiku ta’ quddiem il-vettura bil-mutur.
Il-bċejjeċ li jistgħu jinfetħu jew jingħalqu, jekk ikun hemm,
għandhom ikunu fornuti b’mezzi tajba biex jissudahom.
Parafangi.
mezzi oħra bħal dawn biex jilqgħu kemm jista’ jkun it-tajn u l-ilma
li jtir mir-roti, jekk il-body tal-vettura ma jagħtix protezzjoni
biżżejjed.
Eċċezzjoni għall-
ħtiġiet fil-bini ta’ 
vettura.
230. L-Awtorità tista’, f’każijiet speċjali, tagħti permess lis-
sidien ta’ motor omnibuses li ma jsegwux għal kollox il-ħtiġiet
dwar kostruzzjoni preskritti f’dawn ir-Regolamenti.
TAQSIMA XIII
Taxicars: Liċenzjar u Disposizzjonijiet Ġenerali
Liċenzi. 
motor cars biex jiġu wżati bħala taxicars kemm-il darba l-vettura
ma taqbilx għal kollox mal-provvedimenti preskritti f’din it-
taqsima u, ħlief safejn jistgħu jkunu kompatibbli mad-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, fit-Taqsima V dwar it-Tagħmir
tal-Vetturi.
Reklamar ta’ 
taxicars.
Emendat:
A.L. 85 ta’ l-1999.
232. Salvi d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti dwar il-
wiri tal-kelma TAXI fuq taxicars, ħadd ma għandu jagħmel reklam
f’xi post, sew jekk liċenzjat bħala garage għas-servizz pubbliku
sew jekk le, jew b’riferenza għal xi garage ta’ servizz pubbliku,
sew permezz ta’ sinjali ta’ reklam jew b’leaflets jew b’xi ħaġa oħra
miżbugħa, stampata jew miktuba, jew mxandra jew trasmessa,
għall-kiri ta’ taxicars.
Apparat ta’ 
wireless.
233. Ebda  taxicar ma għandha tkun fornuta b’apparat ta’
wireless jew b’xi invenzjoni oħra mekkanika jew xort’oħra
maħsuba li tipproduċi, tirriproduċi jew tamplifika mużika, diskors
jew ħsejjes oħra jew b’apparat televiżiv mingħajr il-permess ta’ l-
Awtorità.
Ħorn. 
ma għandu jiġi wżat fuq xi taxicar.
Il-libsa tax-xufiera 
ta’ taxicar.
Emendat:
A.L. 149 ta’ l-
1995.
235. Ix-xufier ta’ taxicar għandu jilbes waqt li jkun qed jaqdi
dmirijietu uniformi ta’ disinn u kulur li jiġu approvati mill-
Awtorità.
56 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Eżamijiet. 236. It-taxicars kollha għandhom jiġu eżaminati kull sena u fiż-
żminijiet l-oħra kif jiddisponi r-regolament 120.
Dmir ta’ xufier fuq 
il-venda.
237. Ix-xufiera ta’ l-ewwel tliet taxicars esposti għall-kiri fuq xi
venda jew post ieħor ma għandhomx iħallu l-vettura tagħhom waqt
li tkun hekk esposta. Ix-xufiera ta’ kull taxicar oħra esposta kif
imsemmi qabel għandhom jibqgħu fejn jintlaħqu faċilment u
għandhom minnufih jieħdu ħsieb il-vettura tagħhom malli jkun
imiss lilhom li jieħdu posthom fost l-ewwel tliet taxicars:
Iżda sew il-Pulizija sew l-uffiċjali ta’ l-Awtorità jistgħu,
meta jkun jidher lil xi ħadd minnhom li d-disposizzjonijiet ta’ dan
ir-regolament jistgħu jġibu tbatija minħabba l-qagħda fit-tul fix-
xemx, jeżentaw lil dawk ix-xufiera minn dan ir-regolament.
Kirja minn fuq il-
venda.
238. (1) Ħadd ma jista’ jikri taxicar minn xi venda, anqas ma
jista’ x-xufier ta’ taxicar fuq xi venda jaċċetta kirja, jekk, f’kull
każ, dik il-vettura ma tkunx l-ewwel taxicar fil-venda:
Iżda jekk ix-xufier ta’ l-ewwel taxicar ma jkunx fil-vettura,
kemm-il darba ma jkunx hekk eżentat sew mill-Pulizija jew mill-
uffiċjali ta’ l-Awtorità, l-ewwel taxicar fuq il-venda bix-xufier fil-
vettura għandha titqies li tkun l-ewwel taxicar disponibbli għall-
kiri.
(2) Ebda xufier ta’ taxicar li tkun qiegħda għall-kiri fuq xi
venda ma għandu, mingħajr raġuni xierqa, jirrifjuta l-kiri tat-taxi
tiegħu minn xi persuna li titlob dik il-kirja.
(3) Kull xufier li jirrifjuta kirja kif imsemmi fis-sub-
regolament (2) ta’ dan ir-regolament għandu, salv ir-responsabbiltà
tiegħu għal proċedimenti kriminali, jitlef postu fuq il-venda u
minfloku tidħol it-taxicar li jkun imissha.
Kirja minn persuna 
li tkun fit-triq.
Sostitwit:
A.L. 407 ta’ l-
2003.
239. (1) Taxicar  li tkun stazzjonarja tista’ tinkera biss minn
venda tat-taxi kif provdut fid-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.
(2) Taxicar  tista’ tivvjaġġa minn post għal ieħor biex tkun
tista’ tinkera, iżda ma tistax toffri s-servizzi tagħha jew taċċetta
kirja mingħand persuna jekk din tkun tinsab f’medda ta’ ħamsin
metru minn venda ta’ taxi.
(3) Ix-xufier ta’ taxicar, waqt li jkun qed jivvjaġġa għall-kiri,
ma għandux isejjaħ jew xort’oħra jiffitta lil xi persuna biex tikri t-
taxi u lanqas ma għandu jagħmel użu mis-servizzi ta’ xi persuna
oħra għal dan l-iskop.
(4) Ix-xufier ta’ taxicar li jkun ftiehem jew li jkun inkera biex
ikun preżenti bit-taxicar f’post u ħin miftiehem, għandu jkun
preżenti bl-imsemmija taxicar f’dak il-ħin u post miftiehem.
(5) Meta x-xufier ta’ taxicar  ikun mitlub li jsuq lejn xi
destinazzjoni partikolari hu għandu, bla ħsara għal kull direzzjoni
mogħtija mill-kerrej, imur lejn dik id-destinazzjoni permezz tar-
rotta l-aktar adatta.
(6) Ix-xufier ta’ taxicar  li tkun fuq kirja, filwaqt li tkun
għaddejja dik il-kirja, għandu joqgħod jistenna bil-vettura f’dawk
il-postijiet u matul dak il-ħin li l-kerrej jista’ leġittimament jordna.
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 57
Produzzjoni tat-
tariffa ta’ nolijiet.
240. Ix-xufier ta’ kull taxicar għandu jkollu kopja tat-tariffa
uffiċjali tan-nolijiet u ta’ din il-parti ta’ dawn ir-Regolamenti li
għandu jipproduċi kull meta jkun hekk mitlub mill-Pulizija jew
minn xi uffiċjal ta’ l-Awtorità jew minn xi passiġġier.
Ħlas ta’ nolijiet.
lix-xufier ta’ taxicar fi tmiem it-traġitt. 
Indafa u sigurezza.
kontinwament nadifa u fi stat tajjeb ta’ tiswija waqt li tkun fl-użu.
Ebda petrol jew likwidu jew materjal ieħor li jieħu n-nar ma
għandu jinġarr f’xi taxicar ħlief fit-tank tal-vettura.
Disposizzjonijiet 
ġenerali.
243. Ix-xufier ta’ taxicar għandu, minnufih wara li tispiċċa
kirja, ifittex fit-taxicar u, jekk tinstab xi ħaġa li tista’ tkun tħalliet
fiha iħares id-disposizzjonijiet tal-liġi.
TAQSIMA XIV
Ħtiġiet għall-Kostruzzjoni ta’ Taxicars
Kostruzzjoni.
għandu jkollhom post għal bilqegħda b’kumdità għal mhux anqas
minn erbgħa u mhux aktar minn tmien passiġġieri mhux ta’ età
żgħira u xufier. Għandu jkun provdut spazju biżżejjed għar-riġlejn
u għar-ras u l-bibien għandhom ikunu wesgħin biżżejjed biex
jippermettu li jidħlu b’mod faċli u konvenjenti l-passiġġieri.
Ittri u marki.
tiżjin, disinji jew dekorazzjonijiet li ma jkunux dawk meħtieġa
b’dawn ir-Regolamenti ma jkunu permessi f’xi parti ta’ taxicar
kemm-il darba ma jkunx ġie mogħti permess minn qabel mill-
Awtorità.
Forza tal-makna.
minn 1400 cm3:
Iżda vetturi ta’ anqas minn 1400 cm3 li kienu liċenzati
bħala taxi cars għas-sena 1960 ikunu jistgħu jkomplu jaħdmu bħala
hekk sakemm l-Awtorità ma tordnax xort’oħra.
Dawl intern u 
ħġieġ.
247. It-taxicars għandhom ikunu fornuti b’dawl intern xieraq u
bi ħġieġ ta’ sikurezza. 
Numru ta’ identità 
ta’ taxicars.
Emendat:
A.L. 148 ta’ l-
1995.
248. (1) It-taxicars jiġu mogħtija numri konsekuttivi mill-
Awtorità. Pjanċa, tal-kejl ta’ 130 mm. b’20 mm. u li jkollha bl-
iswed il-kelma TAXI u n-numru ta’ l-identità relattiv għandha
titwaħħal fuq id-dahar tas-seat ta’ quddiem f’dik il-pożizzjoni li
tkun tista’ tinqara malajr u sewwa mill-passiġġieri.
(2) In-numru mogħti mill-Awtorità għandu jinżebagħ fuq il-
bibien tal-ġenb ta’ quddiem tat-taxicar bl-ittra "M" quddiem u bil-
kulur iswed fil-każ ta’ taxicars li huma liċenzjati biex jaħdmu
f’Malta, u bl-ittra "G" quddiem u bil-kulur aħmar fil-każ ta’
taxicars li huma liċenzjati li jaħdmu f’Għawdex, u f’kull każ skond
dawk il-qisien li l-Awtorità tordna.
Sinjal bid-dawl. 
il-parti ta’ quddiem tas-saqaf ’il fuq mill-windscreen jew,
alternattivament, wara l-windscreen ġewwa l-vettura b’dak il-mod
58 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
li ma jfixkilx il-viżjoni tax-xufier.
Is-sinjal għandu jkun b’ittri miżbugħa ħomor fuq sfond
abjad u dak is-sinjal u dawk l-ittri għandhom ikunu ta’ dawk il-
qisien li jiġu stabbiliti minn żmien għal żmien mill-Awtorità.
Is-sinjal għandu jkun mixgħul fil-ħinijiet kollha bejn inżul
ix-xemx u tlugħ ix-xemx, ħlief meta l-vettura tkun mikrija:
Iżda meta taxicar tkun fil-venda, il-vettura biss li tkun
qiegħda l-ewwel waħda fil-venda għandha żżomm dan is-sinjal
mixgħul.
Sewqan.  250. It-taxicars għandhom ikunu tat-tip right-hand drive:
Iżda l-vetturi li kienu liċenzati bħala taxicars għas-sena
1960 għandhom jitħallew li jkomplu jaħdmu sakemm l-Awtorità
ma tiddeċidix xort’oħra.
Bagalji. 251. It-taxicars għandu jkollhom kompartiment għall-bagalji ta’
kobor xieraq.
Id-disposizzjoni ta’ qabel ma għandhiex tgħodd għall-
vetturi li kienu liċenzjati bħala taxicars għas-sena 1960, kemm-il-
darba kumdità alternattiva għall-bagalji titqiegħed f’dawk il-vetturi
għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità.
Formula tat-tariffi 
fi gwarniċ.
252. Formula stampata fi gwarniċ xieraq li turi t-tariffa ta’
nolijiet u kull ħlas ieħor li huwa permess għandha tiġi murija f’post
tajjeb fil-ħinijiet kollha fl-intern ta’ kull taxicar. Din il-formula
tkun tista’ tinkiseb mill-uffiċċju ta’ l-Awtorità.
TAQSIMA XV
Taximeters
(Ir-regolamenti 253 sa 269 (it-tnejn inklużi) ġew imħassra bl-
Avviż Legali 162 ta’ l-2003).
TAQSIMA XVI
Disposizzjonijiet Ġenerali
Applikabilità ta’ 
regolamenti oħra.
270. Ħlief safejn ikunu inkonsistenti mad-disposizzjonijiet tat-
Taqsimijiet XII sa XV ta’ dawn ir-Regolamenti, id-
disposizzjonijiet li hemm fit-Taqsimiet l-oħra ta’ dawn ir-
Regolamenti għandhom jgħoddu għat-taxicars.
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 59
Is-Sinjali u l-Ilwien li jagħżlu l-Linji tal-Motor Omnibuses
MALTA - Kulur aranġjo ċar bi strixxa aranġjo skur skond l-iskala approvata mill-
Awtorità. Din l-istrixxa għandha tkun waħda biss u orizzontali u li tavarja fil-wisa’
bejn 20cm. and 30cm.
Nru. tal-Linja Linja
1 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Paola - Għajn Dwieli
- San Ġwann t’Għuxa - Verdala - Vittoriosa u lura. 
2 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Paola - Għajn Dwieli
- San Ġwann t’Għuxa - Cafe Riche Roundabout (Victoria Square) u
lura.
3 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Paola - Il-Fgura -
Cospicua -Senglea u lura.
4 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Paola - Għajn Dwieli
- Cospicua - Vittoriosa (Terminus) - Triq il-Missjoni Taljana - Bighi -
Il-Kalkara Terminus u lura.
5 Vakanti.
6 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Paola - Għajn Dwieli
- San Ġwann t’Għuxa - Vittoriosa u lura.
7 Vakanti.
8 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Paola - Ħal-Tarxien -
Tal-Barrani - Ħal-Għaxaq - Il-Gudja - Air Terminal u lura.
9 Vakanti.
10 Vakanti.
11 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Paola - Ħal-Tarxien -
Tal-Barrani - Bir-id-Deheb - St.George’s Bay - B’Bugia u lura.
12 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Paola - Ħal-Tarxien -
Tal-Barrani - Bir-id-Deheb - St. George’s Bay - Pretty Bay - B’Bugia
-Kalafrana - B’Bugia u lura.
13 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Paola - Ħal-Tarxien -
Tal-Barrani - Bir-id-Deheb - St.George’s Bay - Pretty Bay - B’Buġia -
Kalafrana - Ħal Far - B’Bugia u lura.
14 Vakanti.
15 Valletta - Floriana - Il-Marsa - Paola - Ħal-Tarxien - Santa Lucia u
lura.
16 Vakanti.
17 Vakanti.
18 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Paola - Il-Fgura -
Ħaż-Żabbar u lura.
19 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Il-Fgura - Ħaż-
L-EWWEL SKEDA
ġRegolament 211(2)ħ
Emendata:
A.L. 109 ta’ l-1995;
A.L. 234 ta’ l-1997.
60 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Żabbar - M’Scala u lura.
20 Vakanti.
21 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Paola - Il-Fgura -
Ħaż-Żabbar - Ix-Xgħajra u lura.
22 M’Scala - Ħaż-Żabbar - Cospicua u lura.
23 Ix-Xgħajra - Ħaż-Żabbar - Cospicua u lura.
24 Vakanti.
25 Vakanti.
26 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Paola - Ħal-Tarxien -
Tal-Barrani - Iż-Żejtun u lura.
27 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Paola - Ħal-Tarxien -
Tal-Barrani - Iż-Żejtun - Bir-id-Deheb - M’Xlokk u lura.
28  Iż-Żejtun - Cospicua u lura.
29 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Paola - Ħal-Tarxien -
Tal-Barrani - Iż-Żejtun - St.Thomas Bay u lura.
30 Vakanti. 
31 Vakanti.
32 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Ħal-Luqa - Iż-
Żurrieq u lura.
33 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Industrial Estate - Il-
Karwija - Ħal-Safi - Iż-Żurrieq u lura.
34 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Ħal-Luqa - Kirkop -
Ħal-Safi -Iż-Żurrieq u lura.
35  Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - St. Vincent De Paule - Guard
Room - L-Imqabba - Il-Qrendi u lura.
36  Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Ħal-Luqa u lura.
37  Valletta - Floriana - Il-Blata 1-Bajda - Il-Marsa - St. Vincent De Paule
u lura.
38 Vakanti.
39 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Ħal-Luqa - Air
Terminal -Iż-Żurrieq u lura.
40 Valletta - Floriana - Il-Pietà -L-Imsida - B’Kara - Ħal-Balzan - Ħal-
Lija - Ħ’Attard u lura.
41 Valletta - Floriana - Il-Pietà - l-Imsida - Il-Kappara (Regional Road) -
Il-Gżira (Gasan) - Tas-Sliema - (Mrabat) San Ġiljan - San Ġwann -
Ta’ Żwejt -B’Kara u lura.
42 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - Il-Kappara - San Ġiljan
(Regional Road) - Ta’ Ġiorni - Il-Mensija - San Ġwann - B’Kara u
lura.
43  Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - B’Kara - Ħal-Lija - Il-Mosta
- Burmarrad - San Pawl il-Baħar - Ix-Xemxija - Selmun Hill - Il-
Mellieħa u lura.
44 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - B’Kara - Ħal-Lija - Il-Mosta
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 61
- Burmarrad - San Pawl il-Baħar - Ix-Xemxija - Selmun Hill - Il-
Mellieħa - L-Għadira u lura.
45 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - B’Kara - Ħal-Lija - Il-Mosta
- Burmarrad - San Pawl il-Baħar - Ix-Xemxija - Selmun Hill - Il-
Mellieħa - L-Għadira -Iċ-Ċirkewwa u lura.
46 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - B’Kara - Ħal-Lija - Il-Mosta
- L-Imġarr u lura.
47 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - B’Kara - Ħal-Lija - Il-Mosta
- L-Imġarr -Għajn Tuffieħa u lura.
48 Buġibba - San Pawl il-Baħar - Ix-Xemxija - Il-Mellieħa - L-Għadira -
Iċ-Ċirkewwa u lura.
49 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - B’Kara - Ħal-Lija - Il-Mosta
- Burmarrad - San Pawl il-Baħar - Buġibba u lura.
50 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - B’Kara - Ħal-Lija - Il-Mosta
- Burmarrad - San Pawl il-Baħar - Ix-Xemxija - Selmun Hill - Il-
Mellieħa - L-Għadira - L-Armier u lura.
51 Buġibba - San Pawl il-Baħar - Ix-Xemxija - Għajn Tuffieħa u lura.
52 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - B’Kara - Ħal-Lija - Il-Mosta
- Għajn Tuffieħa u lura. 
53 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - B’Kara - Ħal-Lija - Il-Mosta
u lura.
54 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - B’Kara - Ħal-Lija - In-
Naxxar u lura.
55 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - B’Kara - Ħal-Lija - In-
Naxxar - Għargħur u lura.
56 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - B’Kara - Ħal-Lija - Il-Mosta
- In-Naxxar u lura.
57 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - B’Kara - Ħal-Lija - Il-Mosta
- Santa Margherita Estate u lura.
58 Vakanti.
59 Vakanti.
60 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - Il-Gżira - Tas-Sliema - Is-
Savoy u lura.
61 Valletta - Floriana - L-Imsida - Il-Gżira - Tas-Sliema Ix-Xatt u lura.
62 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - Il-Gżira - Tas-Sliema Ix-Xatt
- Tas-Sliema - San Ġiljan - Spinola u lura.
63 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - Il-Gżira - Is-Savoy - Dingli
Street - Tas-Sliema Ix-Xatt - Ix-Xatt - Il-Gżira - Ta’ Xbiex Sea Front -
L-Imsida - Il-Pietà - Floriana - Valletta.
64 Vakanti.
65 Tas-Sliema Ix-Xatt - Tas-Sliema (Savoy) - San Ġwann - Taż-Żwejt u
lura (kif ukoll għan-Naxxar - Il-Mosta - Ta’ Qali - Ir-Rabat, fis-sajf
biss).
66 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - Il-Gżira - Is-Savoy - Mrabat
62 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
Road - Ta’ Ġiorni u lura.
67 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - Il-Gżira - Sliema Ferry -
Sliema Sea Front - San Ġiljan - Spinola - Paceville - Is-Swieqi -
St.Andrew’s u lura. 
68 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - Il-Gżira - Tas-Sliema Ferry -
Sliema Sea Front - San Ġiljan- Spinola - Paceville - Is-Swieqi -
St.Andrew’s - Baħar iċ-Ċagħaq u lura.
69 Vakanti.
70 Sliema Ferry - San Ġiljan- St. Andrews - Salina - Buġibba - Il-Qawra
u lura.
71 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Ħamrun - Santa Venera -
Fleur-de-Lys - B’Kara u lura.
72 Vakanti.
73 Vakanti.
74 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Ħamrun - B’Kara - Ħal-
Balzan (Corinthia Palace) u lura.
75 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Ħamrun - Fra Diegu -
G’Mangia - St. Luke’s Hospital u lura. (Kif ukoll minn Termini oħrajn
filwaqt ta’ ħinijiet tad-dħul speċjali).
76 Vakanti.
77 Vakanti.
78 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Ħamrun (Kunċizzjoni) -
Santa Venera (Psaila Street) - B’Kara u lura.
79 Vakanti
80 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Ħamrun - Fleur-de-Lys - L-
Imrieħel - Ħ’Attard - Ir-Rabat u lura.
81 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Hamrun - Fleur-de-Lys - L-
Imrieħel - Ħ’Attard - Ir-Rabat - Ħad-Dingli u lura.
82 Vakanti.
83 Ir-Rabat - Il-Mosta - Burmarrad - San Pawl il-Baħar u lura.
84 Ir-Rabat - L-Imtarfa u lura.
85 Vakanti.
86 Buġibba - Il-Mosta - Ta’ Qali - Ir-Rabat u lura (fis-sajf biss).
87 Vakanti.
88 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Ħamrun - Ħaż-Żebbuġ u lura.
89 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Ħamrun - Is-Siġġiewi u lura.
90 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Ħamrun - Ħal-Qormi
(St.Sebastian) u lura.
91 Valletta - Floriana - Il-Blata 1-Bajda - Il-Ħamrun - Ħal-Qormi
(St.George) u lura.
92 Ħaż-Żebbuġ - St. Vincent de Paule u lura.
93 Vakanti.
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 63
94 Is-Siġġiewi - Għar Lapsi u lura.
95 Vakanti.
96 Vakanti.
97 Vakanti.
98 Supermarket - Great Siege Road - Auberge de Baviere - M’Xetto
Road - St. Sebastian Bastion - Fort St. Elmo - Mediterranean
Conference Centre - Barracca Wharf - Crucifix Hill - War Memorial -
Monument ta’ Kristu Re - Hotel Phoenicia - Supermarket.
99 Vakanti.
100 Vakanti.
115 Valletta - Floriana - Il-Blata l-Bajda - Il-Marsa - Paola - Ħal-Ħal-
Tarxien - Santa Lucia - Tal-Barrani - Bir-id-Deheb - St.George’s Bay
- Pretty Bay - B’Buġia u lura.
452 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - B’Kara By Pass - Ħal-Lija -
Il-Mosta - Burmarrad - San Pawl il-Baħar - Il-Mellieħa - L-Għadira -
Iċ-Ċirkewwa u lura.
672 Valletta - Floriana - Il-Pietà - L-Imsida - Regional Road - Is-Swieqi -
St.Andrew’s u lura.
GĦAWDEX - Kulur griż ċar bi strixxa ħamra
Nru. tal-Linja  Linja
L-GĦARB/SAN LAWRENZ
1 Ir-Rabat sa l-Għarb u lura
2 Ir-Rabat sa San Lawrenz u lura
3 Ir-Rabat sa San Lawrenz mill-Għarb u lura
4 Ir-Rabat sa San Lawrenz minn Ta’ Pinu - Għarb u lura
5 Ir-Rabat sad-Dwejra mill-Għarb - San Lawrenz u lura
6 L-Għarb sad-Dwejra minn San Lawrenz u lura
7 L-Għarb sa Ta’ Pinu u lura
8 L-Għarb sa Marsalforn mir-Rabat u lura
9 San Lawrenz sa l-Imġarr mill-Għarb - Rabat u lura
10 San Lawrenz sa Ta’ Pinu u lura
11 San Lawrenz sax-Xagħra mill-Għarb - Rabat u lura
12 (Riżervata)
13 (Riżervata)
KERĊEM
14 Ir-Rabat sal-Kerċem - Santa Lucia u lura 
15 Il-Kerċem - Santa Lucia sa l-Imġarr u lura
16 Il-Kerċem sax-Xlendi mir-Rabat u lura 
17 Il-Kerċem - Santa Lucia sa Ta’ Pinu u lura
18 Il-Kerċem - Santa Lucia sax-Xagħra mir-Rabat u lura
64 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
19 (Riżervata)
20 (Riżervata)
MARSALFORN
21 Ir-Rabat sa Marsalforn u lura
22 Ir-Rabat sal-Qbajjar u lura
23 (Riżervata)
24 (Riżervata)
L-IMĠARR
25 Ir-Rabat sa l-Imġarr u lura
26 Ir-Rabat sa l-Imġarr mix-Xewkija u lura
27 (Riżervata)
28 (Riżervata)
NADUR
29 Ir-Rabat san-Nadur u lura
30 Ir-Rabat sa San Blas (Nadur) u lura
31 Ir-Rabat sar-Ramla min-Nadur u lura
32 In-Nadur sa l-Imġarr mill-Qala u lura
33 In-Nadur sar-Ramla u lura
34 In-Nadur sa Ta’ Pinu u lura
35 In-Nadur sal-Qala u lura
36 In-Nadur sax-Xewkija u lura
37 (Riżervata)
38 (Riżervata)
39 (Riżervata)
QALA/GĦAJNSIELEM
40 Ir-Rabat sal-Qala u lura
41 Ir-Rabat sal-Qala minn Għajnsielem u lura
42 Ir-Rabat sal-Qala mix-Xewkija - Għajnsielem u lura
43 Ir-Rabat sal-Qala min-Nadur u lura 
44 Ir-Rabat sa Għajnsielem u lura
45 Il-Qala sa Għajnsielem u lura
46 Il-Qala sax-Xewkija u lura
47 Għajnsielem sax-Xewkija u lura
48 (Riżervata)
49 (Riżervata)
SANNAT/MUNXAR
50 Ir-Rabat sa Sannat u lura
VETTURI BIL-MUTUR ġL.S.65.11 65
51 Ir-Rabat sal-Munxar mis-Sannat u lura
52 Ir-Rabat sal-Munxar u lura
53 Sannat sa Ta’ Pinu u lura
54 Sannat - il-Munxar sax-Xlendi u lura
55 Il-Munxar sa Ta’ Pinu u lura
56 Il-Munxar - Sannat sa l-Imġarr u lura
57 Il-Munxar - Sannat sal-Qala u lura
58 Il-Munxar - Sannat sax-Xewkija u lura
59 (Riżervata)
60 (Riżervata)
TA’ PINU
61 Ir-Rabat sa Ta’ Pinu u lura
62 (Riżervata)
63 (Riżervata)
XAGĦRA
64 Ir-Rabat sax-Xagħra u lura
65 Ir-Rabat sax-Xagħra mir-roundabout tax-Xewkija u lura
66 Ir-Rabat sal-Post tan-Nazzarenu (ix-Xagħra) u lura
67 Ix-Xagħra sa l-Imġarr mix-Xewkija u lura
68 Ix-Xagħra sa Marsalforn u lura
69 Ix-Xagħra sa Ta’ Pinu u lura
70 Ix-Xagħra sal-Qala u lura
71 (Riżervata)
72 (Riżervata)
XEWKIJA
73 Ir-Rabat sax-Xewkija u lura
74 Ir-Rabat sa l-Industrial Estate u lura
75 L-Għarb - San Lawrenz sa l-Industrial Estate u lura
76 Il-Kerċem sa l-Industrial Estate u lura
77 Is-Sannat - il-Munxar sa l-Industrial Estate u lura
78 Iż-Żebbuġ - l-Għasri sa l-Industrial Estate u lura
79 Il-Qala sa l-Industrial Estate u lura
80 In-Nadur sa l-Industrial Estate u lura
81 Ix-Xagħra sa l-Industrial Estate u lura
82 Għajnsielem sa l-Industrial Estate u lura 
83  Ix-Xewkija sal-Qala u lura
84 (Riżervata) 
66 L.S.65.11ħ VETTURI BIL-MUTUR
85 (Riżervata) 
86 (Riżervata)
XLENDI
87 Ir-Rabat sax-Xlendi u lura
88 (Riżervata)
89 (Riżervata)
90 (Riżervata)
ŻEBBUĠ/GĦASRI
91 Ir-Rabat saż-Żebbuġ mill-Għasri u lura
92 Iż-Żebbuġ - Għasri sal-Qbajjar (Marsalforn) u lura
93 Iż-Żebbuġ - Għasri sax-Xagħra u lura
94 Iż-Żebbuġ - Għasri sa l-Imġarr u lura
MOTOR OMNIBUSES LI NORMALMENT MA JAGĦMLUX SERVIZZ BI SKEDA
- Kulur li jintgħażel mill-operatur, kemm-il darba dan ma jkunx kulur li jista’ jiġi
mifxul mas-sinjali u lwien tal-motor omnibuses li jaħdmu bi skeda, u li jkun ġie
approvat mill-Awtorità għat-Trasport Pubbliku.
(Regolament 211)
*Kolliżjonijiet bejn vetturi bil-mutur meta l-ħabta tiġri bejn il-parti ta’ quddiem
ta’ vettura u dik il-parti li tkun tinsab bejn ir-roti ta’ wara ta’ vettura oħra.
Miżjuda:
A.L. 234 ta’ l-1997. IT-TIENI SKEDA
