UŻU TA’ ĊINTORINI TAS-SIGURTÀ  FIL-VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.12 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.12
REGOLAMENTI DWAR L-UŻU TA’ ĊINTORINI 
TAS-SIGURTÀ  FIL-VETTURI BIL-MUTUR
23 ta’ Settembru, 2003;
1 ta’ Jannar, 2004;
1 ta’ Ġunju, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 252 ta’ l-2003.
Taqsima I
PRELIMINARI
Titolu u bidu fis-
seħħ.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar
l-Użu ta’ Ċintorini tas-Sigurtà  fil-Vetturi bil-Mutur.
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ kif ġej:
(a) ir-regolamenti 1 sa 4 u 13 sa 17 mal-pubblikazzjoni ta’
dawn ir-regolamenti;
(b) ir-regolamenti 7 sa 12 fl-1 ta’ Jannar 2004; u
(ċ) ir-regolamenti 5 u 6 fl-1 ta’ Ġunju 2004.
Tifsir.
jeħtieġx mod ieħor:
''awtorità  medika kompetenti'' tfisser tabib mediku jew grupp ta’
tobba mediċi;
''ċertifikazzjoni ta’ eżenzjoni medika'' tfisser ċertifikat magħmul
fl-għamla indikata fit-Tieni Skeda u maħruġ mill-awtorità  medika
kompetenti, li jiċċertifika li mhux xieraq li, għal raġunijiet mediċi,
persuna tilbes iċ-ċintorin tas-sigurtà ;
''child safety lock'' tfisser sokra li tista’ titħaddem biss minn
persuna adulta u li ma tistax tkun imbagħbsa jew imħaddma mit-
tfal;
''Chairman'' tfisser iċ-Chairman ta’ l-Awtorità  dwar it-Trasport
ta’ Malta;
''ċintorin tas-sigurtà '' tfisser taħlita ta’ ċineg b’bokkla tas-sigurtà ,
tagħmir u aċċessorji ta’ aġġustament li jistgħu jankraw f’vettura li
taħdem b’mutur, maħsuba li jnaqqsu r-riskju ta’ korriment lill-
persuna li tilbes iċ-ċintorin;
''karrozza tal-passiġġieri'' tfisser vettura maħsuba għall-ġarr ta’
passiġġieri u li għandha sa tmien sedili eskluż is-sedil tax-xufier;
''persuna adulta'' tfisser persuna li tkun għalqet it-tnax-il sena;
''piż gross tal-vettura'' jew ''p.g.v'' tfisser il-piż fuq it-triq
speċifikat mill-fabbrikant bħala l-kapaċità  ta’ piż massimu
maħsuba għall-vettura, u dan il-piż jikkonsisti fil-piż kombinat tal-
vettura, it-tagħbija massima speċifikata, ix-xufier u t-tank mimli
karburanti;
''sedil'' tfisser sistema li tista’ tkun jew li tista’ ma tkunx parti
integrali mill-istruttura tal-vettura kompluta bit-tapezzerija u li hi
2 L.S.65.12 ħ UŻU TA’ ĊINTORINI TAS-SIGURTÀ  FIL-VETTURI BIL-MUTUR
intenzjonata biex fuqha tpoġġi bilqiegħda persuna adulta waħda.
Din il-kelma tkopri kemm sedil individwali kemm parti minn bank
maħsuba biex fuqha tpoġġi bilqiegħda persuna waħda;
''sedil ta’ quddiem'' fir-rigward ta’ vettura tfisser sedil li hu għal
kollox jew parti minnu fil-parti ta’ quddiem tal-vettura;
''sedil ta’ wara'' fir-rigward ta’ vettura, tfisser kull sedil li m’hux
sedil ta’ quddiem;
''sistema ta’ rbit għat-tfal'' tfisser sistema li tkopri sedil,
imwaħħla ma’ l-istruttura tal-vettura b’modi xierqa li għandha mill-
anqas katina waħda ta’ rabta lokalizzata fuq l-istruttura tas-sedil li
turi l-marka ''E'' tan-Nazzjonijiet Magħquda jew BS ''kitemark'';
''tarbija'' tfisser persuna li għandha anqas minn tliet snin;
''tfal'' tfisser persuni taħt it-tnax-il sena u li jkunu twal anqas
minn 150 ċentimetru;
''vettura għall-ġarr ta’ merkanzija ħafifa '' tfisser vettura għall-
ġarr ta’ merkanzija li għandha piż gross massimu maħsub għall-
vettura ta’ mhux aktar minn 3.5 tunnellati p.g.v.;
''triq pubblika'' tfisser toroq nazzjonali arterjali, distributorji, ta’
aċċess u ta’ aċċess lokali;
''vettura'' tfisser vettura li taħdem b’mutur maħsuba għall-użu fi
triq pubblika, li għandha mill-anqas erba’ roti u li tista’ tinstaq
b’veloċità  ta’ aktar minn 25 kilometru fis-siegħa;
''vettura M2'' tfisser vettura maħsuba għall-ġarr ta’ passiġġieri u
li għandha aktar minn tmien sedili minbarra s-sedil tax-xufier, li
għandha piż gross massimu maħsub għall-vettura ta’ mhux aktar
minn 3.5 tunnellati p.g.v, u li m’hix mibnija jew adatta għall-ġarr
ta’ passiġġieri bilwieqfa;
''xufier'' tfisser persuna li ssuq vettura bil-mutur fi triq pubblika.
Taqsima II
L-ILBIES TAĊ-ĊINTORINI TAS-SIGURTÀ
MINN PERSUNI ADULTI
L-ilbies taċ-
ċintorini tas-sigurtà  
mix-xufiera.
3. Kull xufier fi triq pubblika għandu jilbes ċintorin tas-
sigurtà  meta jkun qed juża xi waħda minn dawn il-kategoriji ta’
vetturi li ġejjin:
(a) karrozzi tal-passiġġieri;
(b) vetturi M2; u
(ċ) vetturi li jġorru merkanzija ħafifa:
Sakemm iżda s-sedili okkupati huma attrezzati b’dan it-
tagħmir.
L-ilbies taċ-
ċintorini tas-sigurtà  
fis-sedil ta’ 
quddiem minn 
passiġġieri adulti.
4. Kull persuna adulta, li tkun qed tivvjaġġa fit-triq bħala
passiġġier fis-sedil ta’ quddiem, għandha tilbes iċ-ċintorin tas-
sigurtà  waqt li tkun qed tuża xi waħda mill-kategoriji ta’ vetturi li
ġejjin, sakemm iżda s-sedili okkupati huma attrezzati b’dan it-
tagħmir:
(a) karrozzi tal-passiġġieri;
UŻU TA’ ĊINTORINI TAS-SIGURTÀ  FIL-VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.12 3
(b) vetturi M2; u
(ċ) vetturi li jġorru merkanzija ħafifa.
L-ilbies taċ-
ċintorini tas-sigurtà  
fis-sedil ta’ wara 
minn passiġġieri 
adulti.
5.* Kull persuna adulta, li tkun qed tivvjaġġa fit-triq bħala
passiġġier fis-sedil ta’ wara, għandha tilbes iċ-ċintorin tas-sigurtà
meta tkun qed tuża karrozza tal-passiġġieri, sakemm is-sedili
okkupati jkunu attrezzati b’dan it-tagħmir.
Priorità  fl-użu tas-
sedil.
6.* Kull persuna adulta, li tkun qed tivvjaġġa bħala passiġġier
fis-sedil ta’ wara, għandha fl-ewwel lok toqgħod bilqiegħda fuq is-
sedil attrezzat biċ-ċintorini tas-sigurtà  u f’każ li dawn huma diġà
hekk okkupati toqgħod fuq sedili oħra.
Taqsima II
L-ILBIES TA’ ĊINTORINI TAS-SIGURTÀ  U L-UŻU
TAS-SISTEMA TA’ RBIT GĦAT-TFAL
L-irbit tat-trabi fis-
sedil ta’ quddiem.
7. (1) Tarbija li tkun qed tivvjaġġa fis-sedil ta’ quddiem ta’
kull vettura għandha tinġarr dejjem f’sistema ta’ rbit għat-tfal li hi
adatta għall-piż tat-tarbija kif jidher fl-Ewwel Skeda.
(2) Tarbija ma għandha qatt tintrabat b’ċintorin tas-sigurtà  użat
minn persuni adulti.
(3) Sistema ta’ rbit għat-tfal faċċata tas-sedil ta’ wara ma
għandhiex titwaħħal mas-sedil ta’ quddiem imħares minn borża ta’
l-arja sakemm dik il-borża ta’ l-arja ma tkunx ġiet deattivata.
Irbit ta’ tfal.
f’sedil ta’ quddiem kif ukoll f’sedil ta’ wara tal-karrozza għandhom
jintrabtu permezz ta’ sistema ta’ rbit għat-tfal li hi adatta għall-piż
tat-tfal kif muri fl-Ewwel Skeda, meta jkunu qegħdin jużaw
karrozza tal-passiġġieri.
(2) Tfal li jkunu qegħdin jivvjaġġaw bħala passiġġieri fis-sedil
ta’ quddiem għandhom jintrabtu permezz ta’ sistema ta’ rbit għat-
tfal adatta għall-piż tat-tfal kif muri fl-Ewwel Skeda, meta jkunu
qegħdin jużaw waħda mill-kategoriji ta’ vetturi li ġejjin:
(a) vetturi M2, u
(b) vetturi għall-ġarr ta’ merkanzija ħafifa.
Priorità  fl-użu tas-
sedil mit-tfal.
9. It-tfal għandhom fl-ewwel lok joqogħdu bilqiegħda f’sedil
attrezzat b’sistema ta’ rbit għat-tfal adatta għall-piż tat-tfal kif muri
fl-Ewwel Skeda, u jkun f’każ biss li dak is-sedil hu diġà  okkupat li
t-tfal għandhomu joqogħdu bilqiegħda f’sedili oħra li ma jkunux
attrezzati b’sistemi ta’ rbit għat-tfal.
L-użu ta’ ċintorini 
tas-sigurtà  mit-tfal.
10. Jekk fil-vettura ma jkunx hemm imwaħħla sistema ta’ rbit
għat-tfal, it-tfal għandhom jilbsu ċintorin tas-sigurtà , jekk ikun
hemm, f’kull ħin, iżda ma għandu jintlibes ebda ċintorin tas-sigurtà
lil xi tarbija.
Twaħħil ta’ 
ċintorini tas-sigurtà  
fil-vetturi bil-
mutur.
11. Iċ-Chairman jista’, permezz ta’ avviż fil-Gazzetta,
jispeċifika s-sena tal-manifattura ta’ dawk il-vetturi bil-mutur li
għandhom ikunu mgħammra b’ċintorini tas-sigurtà .
*Fis-seħħ mill-1 ta’ Ġunju, 2004.
4 L.S.65.12 ħ UŻU TA’ ĊINTORINI TAS-SIGURTÀ  FIL-VETTURI BIL-MUTUR
Child-safety lock. 12. Jekk il-vettura ma tkunx ġiet attrezzata b’ċintorin għas-
sigurtà  tal-passiġġier li miegħu jista’ jitwaħħal apparat ta’ rbit
għat-tfal, persuna ma tkunx tista’ ssuq vettura bil-mutur fi triq
pubblika bi tfal żgħar fil-parti ta’ wara tal-vettura kemm-il darba
dawk it-tfal ma jkunux bilqiegħda ħdejn persuna adulta, jew kemm-
il darba l-bibien ta’ wara tal-vettura ma jkunux mgħammra u
maqfula b’child safety lock.
Projbizzjoni tat-
tneħħija ta’ 
ċintorini tas-
sigurtà .
13. L-ebda persuna ma għandha tneħħi ċintorin tas-sigurtà
minn vettura li tkun ġiet manifatturata b’dan it-tagħmir imwaħħal
fiha bħala oġġett standard.
Taqsima IV
EŻENZJONIJIET
Eżenzjonijiet. 14. Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti ma
għandhomx japplikaw għal persuna li tkun:
(a) qed tuża vettura bil-mutur kostruwita jew adattata
għall-konsenja jew ġbir ta’ oġġetti meta tkun qed
tagħmel ir-ronda għall-konsenja jew ġbir ta’ oġġetti;
jew
(b) qed tirriversja jew timmanuvra l-vettura għal distanza
qasira fi spazju limitat; jew
(ċ) xufier kwalifikat li jkun qed jissorvelja lid-detentur ta’
liċenzja provviżorja għal min ikun qed jitgħallem isuq
meta dak id-detentur ikun qed jagħmel xi manuvra
minn dawk imsemmija fil-paragrafu (b); jew
(d) tkun fil-pussess ta’ ċertifikat ta’ eżenzjoni fuq bażi
medika kif provdut fit-Tieni Skeda; jew
(e) membru tal-Korp tal-Pulizija jew tas-Servizz tal-Ħabs
waqt li jkun qed jipproteġi jew jeskorta persuni; jew
(f) fis-servizz ta’ skwadra tat-tifi tan-nar u tkun liebsa
lbies jew iġġorr tagħmir li għandu x’jaqsam ma’ dan;
jew
(g) uffiċjal jew assistent mediku waqt li jkun qed jieħu
ħsieb pazjenti li jkunu qed jivvjaġġaw f’ambulanza;
jew
(h) qed tagħmel test ta’ kompetenza fis-sewqan; jew
(i) ix-xufier ta’ taxi-car waqt li jkun qed ifittex kirja jew
sejjer lejn fejn tkun se tibda l-kirja, jew li jkun qed
jittrasporta xi passiġġier waqt il-kirja, skond il-każ.
Responsabbiltà  
kriminali.
15. Kulmeta jitwettaq reat bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti, ir-responsabbiltà  kriminali għandha taqa’ kif
ġej:
(a) għar-rigward tar-regolamenti 3, 7, 8, 9 u 10, ir-
responsabbiltà  kriminali għandha tvesti fix-xufier tal-
vettura;
(b) għar-rigward tar-regolamenti 4, 5 u 6, ir-
responsabbiltà  kriminali għandha tkun tal-passiġġier
fil-vettura li ma jkunx liebes iċ-ċintorin tas-sigurtà
mwaħħal fil-vettura fil-ħin li jitwettaq ir-reat jekk dak
UŻU TA’ ĊINTORINI TAS-SIGURTÀ  FIL-VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.12 5
il-passiġġier ikollu aktar minn sittax-il sena;
(ċ) għar-rigward tar-regolamenti 4, 5 u 6, fejn ma jkun
preżenti fil-vettura l-ebda passiġġier kif imfisser fil-
paragrafu (b), ir-responsabbiltà  kriminali għandha
tkun tax-xufier;
(d) għar-rigward tar-regolament 12 ir-responsabbiltà
kriminali għandha tkun ta’ l-utent reġistrat jew tas-sid
tal-vettura, kemm-il darba dak is-sid ma jġibx prova
qabel jew matul il-proċedimenti li dik il-vettura tkun
intużat fi triq pubblika, fil-ħin li jkun sar ir-reat,
mingħajr il-permess jew l-awtorità  tiegħu;
(e) għar-rigward tar-regolament 13, ir-responsabbiltà
kriminali għandha tkun tal-persuna li tkun ordnat it-
tneħħija taċ-ċintorin tas-sigurtà .
Reati u pieni.
regolamenti għandha, meta tinsab ħatja, teħel ammenda ta’ mhux
anqas minn għaxar liri u mhux iżjed minn ħamsa u għoxrin lira.
6 L.S.65.12 ħ UŻU TA’ ĊINTORINI TAS-SIGURTÀ  FIL-VETTURI BIL-MUTUR
L-EWWEL SKEDA
(Regolamenti 7, 8 u 9)
AVVIŻ TA’ TAGĦRIF DWAR L-UŻU TA’ SISTEMI TA’ RBIT GĦAT-TFAL
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 14(d))
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT MEDIKU
TIP TA’ RBIT GĦAT-TFAL SKALA TA’ PIŻIJIET SKALA TA’ ETÀ
(APPROSSIMATTIV)
SEDIL GĦAT-TRABI SA 10 KGS MIT-TWELID SA 9 XHUR
SEDIL GĦAT-TFAL 9 KGS SA 18 KGS 6 XHUR SA 4 SNIN
BOOSTER SEAT 9 KGS SA 25 KGS 6 XHUR SA 6 SNIN
BOOSTER CUSHION 15 KGS SA 36 KGS 4 SNIN SA 11-IL SENA
